Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675
08 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet Il-Qorti ċaħdet libell kontra l-gazzetta ILLUM miuħa minn Adrian Farrugia, b'rabta ma' artiklu li kien żvela li Farrugia kien ġie akkużat b'korruzzjoni u tbagħbis ta' logħob tal-futbol fl-Italja. Il-Maġistrat Rachel Montebello kkonludiet li l-allegazzjonijiet fl-artiklu kienu minnhom. Il-libell kien infetaħ biex jiskredita dak li qal mal-gazzetta ILLUM Jude Amin Utulu f 'intervista ma' Liam Carter Utulu, li kien referee, kien ġie sospiż mill-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA), wara allegazzjoni li kien aġent ta' plejers fl-istess ħin li kien referee. Fl-artiklu, huwa kien stqarr li l-MFA kienet iddeċidiet li temmen lil Farrugia, bħala l-persuna li kien talab l-investigazzjoni, l-istess Farrugia li kien bagħbas il-logħob. Fir-rapport tal-ILLUM, Utulu kien qal li Farrugia, li kien il-kowċ tal- Mosta, staqsieh biex jirrakomandalu ħames plejers Niġerjani interessati li jilgħabu l-futbol f 'Malta. Għalhekk, Utulu tah kuntatt ta' ħabib tiegħu u aġent Niġerjan, u ċaħad li qatt irċieva xi flus għal dal-irwol li kellu. Wara logħba tal-futbol li fiha Utulu kien referee, fejn it-tim tal-Mosta tilfu 3-1, Utulu ġie msejjaħ biex jattendi laqgħa mal-MFA biex jaffaċċja akkużi li huwa għamilha ta' aġent. "Jiena spjegat li għaddejt xi rakkomandazzjonijiet lil Adrian biex ngħin lil Niġerjani bħali jiġi jilagħbu Malta. Kif wara kollox xi ħadd kien għamel miegħi fl-2001. Però spjegat li qatt ma ħadt xi flus jew tħallast b'mod ieħor," saħaq Utulu. Waqt din il-laqgħa, Utulu qal li l-MFA informatu li jinsab f 'inkwiet kbir u li se jkun investigat. Wara s-sospensjoni tiegħu, Utulu qal li kien trattat inġustament, u kien qal lil din il-gazzetta li Farrugia u huh Robert flimkien ma' Felice Bellini kienu ġew implikati f 'investigazzjoni ta' tbagħbis ta' logħob fl-Italja, liema investigazzjoni kienet imsemmija "Dirty Soccer." Fil-Qorti, Farrugia kien ċaħad li kien involut fit-tbagħbis tal-logħob jew reati oħra, u stqarr li l-ILLUM ma staqsietx għall-kummenti tiegħu qabel ġiet ippubblikata l-istorja. Min-naħa tiegħu, Saviour Balzan, kien ippreżenta wkoll numru ta' artikli lokali u Taljani dwar l-investigazzjoni ta' tbagħbis ta' logħob fl-Italja. Min-naħa tad-difiża, magħmula minn Saviour Balzan, Liam Carter u Albert Gauci Cunningham, stqarret li dak li ġie ppubblikat m'humiex allegazzjonijiet foloz. Il-Qorti nnutat ukoll li Farrugia qatt ma ċaħad li ġie investigat. Rapporti fil-midja dwar l-involviment ta' Farrugia fit-tbagħbis tal-logħob imorru lura għall-2015, hekk kif il- Qorti nnutat li hu u huh kienu lkoll involuti f 'dan it-tbagħbis fil-logħob. Għalhekk, il-Qorti ddikjarat li l-fatti fl-artiklu huma lkoll minnhom, u ordnat li Farrugia jħallas l-ispejjeż marbuta ma' dan il-każ. Il-Qorti tivvindika lill-ILLUM: Issib li dak miktub fuq Adrian Farrugia huwa minnu Alla, il-familja u l-politika: Nazzjon dwar kif jgħixu MATTHEW FARRUGIA Minn stħarriġ estensiv li sar għall-konferenza nazzjonali 'l-Istat tan- Nazzjon', l-istatistiku Dr Vincent Marmara ta stampa ċara tal-opinjonijiet u l-istat tal-poplu Malti u Għawdxi b'rabta ma' diversi oqsma. Bla dubju, dawn iċ-ċifri jixdhu kif il-poplu Malti inbidel u qed ikompli jinbidel. Mill-politika sar- reliġjon u l-istil ta' kif wieħed jgħix, l-ILLUM analizzat dak li sab dan l-istħarriġ. Il-Politika Jidher li aktar ma jmur, il-poplu Malti qed jagħti inqas u inqas importanza għall-politika, hekk kif fl- 2023, huma biss 37.4% tal- Maltin li qalu li l-politika hija mportanti ħafna, li jfisser li dan in-numru naqas b'aktar minn 10% mill-2021. Dan filwaqt li dawk li wieġbu "Insomma" u "Lanqas xejn" kienu jammontaw għal 33.8% u 26.9% rispettivament, filwaqt li dawk li wieġbu ma' nafx ammontaw għal 1.8%. Dan jirrifletti wkoll dak li seħħ fl-elezzjoni ġenerali tal-2022 kif ukoll fi stħarriġ wara l-ieħor, hekk kif numru kbir ta' nies qed juru diżinteress fil-politika, b'mod speċjali fejn jidħlu ż-żewġ partiti l-kbar. Apparti minn hekk, l-istħarriġ tal- istat tan-nazzjon jixhed ukoll li d-diżinteress jogħla iktar kemm persuna tkun żagħżugħa. Fuq it-tema tal-politika wkoll, il-poplu ġie mistoqsi l-mistoqsija "Meta tasal għall-opinjoni tiegħek dwar diversi temi differenti, tikkunsidra l-opinjoni tal- partit politiku li temmen fih int?" Hawn ukoll, 42.6% qalu li ma jikkunsidrawx dak li jgħidu l-partiti politiċi, u dawk li qalu li jikkunsidraw il-partiti politiċi, (30.6%) raw tnaqqis ta' aktar minn 10% fl- aħħar sentejn. Ġie nnutat tnaqqis ukoll fil-persuni li dejjem jivvutaw għall-istess partit. Minkejja li n-numru ta' persuni li vvutaw għal partit wieħed huma fil-maġġoranza b'67.4%, dan in-numru naqas b'15.3% f 'sentejn. Dan filwaqt li l-ammont ta' nies li jikkunsidraw jivvotaw għal partit ieħor tela' għal 38.7% minn 27.3% fl-2021. L-istħarriġ ta' din is- sena wera wkoll li hemm żieda żgħira fin-nies li ma jarawx differenza bejn iż- żewġ partiti politiċi kbar, iżda 49.9% għadhom jaraw differenza bejniethom. Ir-Reliġjon Fuq nota aktar spiritwali, it-twemmin f 'Alla fost il- Maltin baqa' wieħed b'saħħtu, hekk kif 88.5% stqarru li jemmnu f 'ħallieq, minkejja tnaqqis marġinali ta' 5% mill- 2021. Dan filwaqt li ġiet innutata żieda ta' 3.3% fost dawk li qalu li r-reliġjon huwa mportanti ferm għalihom, u jidher li l-importanza tar- reliġjon togħla skont l-età. B'mod prattiku, 49% tal- Maltin jidher li jikkunsidraw ir-reliġjon meta jieħdu deċiżjoni dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin. Hawn ġiet innutata distinzjoni kbira bejn dawk li jgħidu li jemmnu f 'Alla u dawk li jipprattikaw ir- reliġjon fil-ħajja ta' kuljum anke bid-deċiżjonijiet li jieħdu. L-Aħbarjiet Il-maġġoranza tal-Maltin ma jaħsbux li l-midja Maltija tirrapporta u tiddiskuti suġġetti li jikkonċernawhom. Hekk kif fil-ħajja mgħaġġla tal- lum, kollox jista' jinbidel fi żmien qasir, stħarriġ bħal m'hu dak tal- Istat tan-Nazzjon huwa utli biex wieħed jifhem pajjiż minn fejn ġej, fejn qiegħed u fejn jista' jkun sena oħra, hekk kif dan l-eżerċizzju qed iservi wkoll biex il-Maltin jgħidu tagħhom dwar dak li jaħsbu u l-mod ta' kif jgħixu l-ħajja ta' kuljum Ciantar, Fearne u Muscat Tkompli minn Paġna 1 Ciantar qalet li dawk li huma viċin tagħha li kienet gidba sfaċċata, infurmat il-Ministru Chris Fearne li kienet ser tissospendi lilha nnifsha mill- kariga uffiċċjali mal-Gvern, spiċċat bla paga u għażlet li ma tmurx lura għall- kompjuter. Fl-uffiċċju tiegħu Chris Fearne deher imħasseb, kienet ċara li dan kien attentat ta' frame up. Fearne huwa kkunsidrat bħala l-iktar persuna idonja għall-kummissarju li jmiss ta' Malta flok Helena Dalli. Uffiċċjali viċin Fearne qalu li Fearne kien ċert li l-kampanja kien qed jaġevola min kellu interess inessi mit-taħwid tal- Vitals. U kif ukoll biex id-diskors idur fuq persuni oħra. Ftit jiem qabel, Muscat li qed jaffaċċja inkjesta maġisterjali dwar il-Vitals kien ukoll f 'ċentru ta' maltempata. Kienet ukoll ġimgħa ħażina għal Muscat bl- aħbar li kien ha konsulenza minn kumpanija ta' Johann Schembri s-sid tad-dragonara Casino, Casino li kien irnexxielu jkollu konċessjoni estiża għal 65 sena meta Muscat kien Prim Ministru. Intant Ram Tumuluri l-persuna assoċjat ma Vitals ġie rappurtat li ċaħad li qatt kellu kuntatt dirett ma' kumpanija li allegatament għamlet €443,500 lil Carmen Ciantar. Anzi Tumuluri stqarr li lanqas ma kien hemm konnessjoni bejnu jew Vitals Global Healthcare mal-kumpanija Għawdxija Gozo International Medicare Ltd, liema kumpanija Għawdxija ġiet irrappurtata li għaddiet mal-€443,500 f 'pagamenti lil Ciantar. Fl-ittra, l-avukat ta' Tumuluri qal li qed iħares lejn kull rimedju legali disponibbli biex inaddaf ismu, fosthom li s-sit 'Daily Pakistan' jirtira r-rapport inkwistjoni, u kull sit li rrepeta dak li ġie rrappurtat jagħmel l-istess. Fis-saga ta' Vitals u Stewards, jidher li kullħadd qed jipprova iwaħħal f 'ħaddieħor. Infatti r-rapport tal- Awditur Ġenerali dwar il-VITALS għamilha ċara li r-responsabbilita kienet primarjament ta' Konrad Mizzi u l-Gvern imexxi minn Joseph Muscat. Minn naħa l-oħra ma kien l-ebda referenza għal Chris Fearne fir-rapport, anzi indikazzjoni li kien tħalla barra minn kull deċiżjoni importanti ma' Stewards u Vitals. Minn naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista qed jinsistu li r-responsabbilita politika taqa ukoll fuq Robert Abela li kien membru tal- kabinett ta' Muscat f 'dan il-perjodu.