Illum previous editions

ILLUM 4 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 19

illum • IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 intervista 11 minkejja li tliftu tmien snin ilu' 'Mort niġri l-isptar u tefgħuni f 'kamra, fil-kamra ta' ħdejja kien qiegħed hemm, mejjet' L-ILLUM toħodha lura għal tmien snin ilu, meta rċeviet l-aħbar li Matthew kien tilef ħajtu. Tirrakkonta li dakinhar hija kienet impenjata iżda Matthew għall-ħabta tas-1p.m. dejjem kien jieħu break u normalment kien iċemplilha dak il-ħin. Dakinhar it- telefonata qatt ma waslet, anzi bdiet iċċemppilu hi biex tara ġralux xi ħaġa. "Sakemm kont miexja lejn id-dar ċempilli missieru u qalli biex immur l-isptar għax Matthew kien weġġa' x-xogħol. Li ġara huwa li ftit qabel ma miet kien bagħtli messaġġ iżda kont irċevejtu tard peress li ma kellix konnessjoni. Fil- fatt, minħabba f 'hekk bdejt immerih li ma jistax ikun li ġralu xi ħaġa għaliex kien għadu kif ikellimni," irrakontat Maria. Li ġara wara se jibqa' mnaqqax fil-memorja tagħha. Qalet li l-familja tagħha jaqbdu magħha u fejn jidħlu dawn l-affarjiet jgħidulha li l-istejjer tkabbarhom. Fil-fatt meta marret ħdejn missierha biex tgħidlu jwassalha l-isptar ma bediex jemmen li kienet xi ħaġa urġenti, "eventwalment biex jiċċajta kien qalli li se nsir armla." Saħqet li wara li marret l-emerġenza bdiet tistaqsi għal Matthew Bartolo u fl-aħħar iltaqgħet ma' impjegata li qabditilha idejha, għafsitielha u qaltilha biex issegwiha. "Għadni niftakarha sa llum. Sadanittant jien kont għadni qed infittex biex nara jekk insibux fuq xi stretcher." Fid-daqqa u l-ħin, iz-zija ta' Matthew – li kienet preżenti wkoll - għamlet sinjal lil missierha, mingħajr ma indunat Maria, li huwa kien mejjet u malli induna missierha lanqas ried jemmen, "nara l-missieri jagħti daqqa ta' ponn mal-ħajt u dak il-ħin ippanikkjajt u ma kontx naf x'inhu jiġri. X'ħin smajt li kien mejjet, bqajt ninsiti biex narah għax lanqas b'xejn ma ridt nemmen." 'Dejjem staqsejna x'ġara, iżda dejjem bqajna bla risposta' Id-diskors issa jdur fuq l-inċident li sewa' ħajjet Matthew. Il-ġimgħa l-oħra il-Qorti illiberat lir-raġel li kien mixli li xegħel il-magna li kkaġunat il-mewt tiegħuħ. Dakinhar Matthew kien qiegħed taħt is-superviżjoni ta' din il- persuna minħabba l-età tiegħu kif ukoll minħabba li kienet magna perikoluża. Fil-Qorti tul is-snin kienu taw ix-xhieda tagħhom numru ta' kollegi tagħhom. Fosthom instema' kif Bartolo kien inqabad fil-magna meta xegħelha l-imputat, iżda ħareġ li huwa għamel hekk wara li għal darbtejn, staqsa lil Bartolo jekk kollox kienx sew. "Jiena ma nixtiq li nitfa' l-ħtija fuq ħadd, però jekk staqsih aktar minn darba jekk kollox kien sew, kif ma rahx qabel ma nqabad fil-magna? Nafu li lil Matthew mhux se nġibuh lura iżda allinqas irridu nkunu nafu x'ġara mumenti qabel ma miet. Aħna nafu li miet biss, ma nafux biex u kif," qalet Maria. Żiedet li llum il-ġurnata, li hija omm, li tista' tifhem id- dulur li għaddiet minnhu omm Matthew, Claudette. Qalet li ma tistax tifhem kif il-każ ta' Matthew dam daqstant u li għadhom ma ngħatawx ġustizzja. "Għaliex? Għax Matthew mhux politiku jew xi ħadd magħruf ? Għax kien ġuvni normali jħobb imur il-każin u li ma tantx kien jidher?," staqsiet b'rabja Maria. 'Ninsa kif kont qabel ma miet Matthew. Parti minni mietet meta miet Tenniet li l-ferita qatt ma tingħalaq u mhux minnu li ż-żmien inessi, anzi jkollok tadatta u tidra' l-weġgħa. Minkejja d-dulur li għaddiet minnu qalet li hi qed tipprova tagħmel bħal Matthew u tħares lejn il-pożittiv. Qalet li minħabba f 'hekk hija kibret ħafna, l-attitudni tagħha inbiddlet u saret ma tinħelhiex tinkwieta jew tirrabja fuq affarjiet żgħar. "Fejn qabel li nargumenta ma' Matthew kienet tkun xi ħaġa kbira, illum ma nżommx f 'qalbi," qalet Maria. Issa din l-intervista ddur fuq ir-relazzjoni preżenti tagħha. Maria u Trayden se jiżżewġu s-sena d-dieħla u ħames xhur ilu kellhom it-tieni iben, Thias. L-ewwel iben, bil-kunsens ta' Trayden semmewh Mateo, b'tifkira għall-eks maħbub tagħha. Tgħid li hija grata ħafna li għandha sieħeb li jagħtiha s-sostenn meta jkollha ġranet fejn tkun imdejqa, qatt ma jgħidilha biex tieqaf issemih u jifhem li Matthew għadu parti kbira minn ħajjitha. "Meta miet Matthew kont nitolbu biex jekk iridni jkolli persuna oħra f 'ħajti biex jibagħtli lil xi ħadd li jħallih preżenti f 'ħajjitha, għax impossibli li bniedem tinsih. U hekk ġara, hekk sibt fil-partner tiegħi," kompliet Maria. Qalet għal darboħra li hi bħala persuna qatt ma tista' terġa' tmur lura għal dak li kienet għax parti minnha mietet meta miet hu, iżda xorta waħda tibqa' tħares 'il quddiem. Din il-gazzetta twaqqafha momentarjament u tistaqsiha jekk hux lesta li tispjega lil binha Mateo dwar għaliex ingħata dak l-isem. Hija qalet li hi u s-sieħeb tagħha diġà ftehmu li meta binhom ikun matur biżżejjed biex jifhem, lesta li tgħidlu kollox. "It-tnejn qbilna li mgħandniex għalfejn nigdbulhom, speċjalment lil Mateo. Jiena illlum il-ġurnata nieħdu miegħi ċ-ċimiterju wkoll," qalet Maria. Irrakontat li meta kienet ħabbret li semmiet lil binha għall-eks maħbub tagħha, kien hemm min saħansitra ħadha kontriha. 'Kieku nista' naqta' idejja biex imqar narah għal ħames minuti, lanqas hemm għalfejn inkellmu, imbasta narah' Lejn l-aħħar ta' din l-intervista l-ILLUM tistaqsiha x'tgħidlu, li kieku jkollha opportunità li tkellmu għal ħames minuti. Bid-dmugħ f 'għajnejha u b'emozzjoni kbira tgħid li għandha ħafna x'tgħidlu, iżda li tgħidlu żgur huwa li tħobbu ħafna. "Kemm nixtieq li tiġri. Li kieku nista' naqta idejja biex imqar narah għal ħames minuti, lanqas hemm għalfejn inkellmu, imbasta narah. Imqar kemm narah ftit," qalet Maria. Fl-aħħar Maria bdiet turi lill-gazzetta ħafna ritratti ta' Matthew u qalet li kull ritratt kellu elf memorja miegħu. Minn ritratt tiegħu ma' ħmara għal ritratt ieħor tiegħu liebes il- ħwejjeġ tagħha, hija irrakkontat dwar l-avventuri tagħhom flimkien. Maria temmet tgħid mal-ILLUM li Matthew kien bniedem uniku b'karattru li – żgur – qatt mhu se jkun hemm persuna oħra bħalu. Mateo fuq il-qabar ta' Matthew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 June 2023