Illum previous editions

ILLUM 4 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Xogħol Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici 12 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum I s-sena 2022 kienet waħda pożittiva, b'suċċessi tanġib- bli għal Heritage Malta u s-Sovrintendenza tal-Patri- monju Kulturali u anke s-sena 2023 se tkun waħda tajba ħafna. Fil-Parlament din il-ġimgħa kellna l-opportunita' niddibattu l-ħidma ta' dawn iż-żewġ awtoritajiet importanti ħafna b'rabta mas-sena li għaddiet u dik preżenti. Nibdew minn Heritage Malta. L-ewwel punt li rridu nagħmlu hu li s-sena 2022 titqies bħala sena li ġiet affettwata mill-pandemija, billi kien biss f 'Mejju li l-operat ġie lura għan-normal u għalhekk l-aġenzija tilfet wieħed mill-aktar perjodi li fihom ikollha viżitaturi. L-2022 fil-fatt kienet mimlija proġetti u inizjattivi kif ukoll attivitajiet li kellhom rispons tajjeb ħafna mill-pubbliku. Għalkemm matul il-pandemija l-mużewijiet u s-siti kienu magħluqin, il-manutenzjoni tagħhom baqgħet għaddejja bla waqfien. Anzi, il-programm ambizzjuż ta' restawr u konservazzjoni ġie intensifikat, filwaqt li l-inventarju nazzjonali sar aktar għani bl-akkwist ta' artefatti sinifikanti u l-interazzjoni ma' udjenzi varji ssaħħet b'metodi innovattivi. Minkejja li l-Covid-19 ħarbtet ir-rutina ta' kuljum fis-siti u l-mużewijiet ghal dak il-perjodu kollu, Heritage Malta mhi qed turi l-ebda wieħed mis-sinjali tipiċi ta' saram finanzjarju. La għandha dejn mal-banek jew xi dejn ieħor, u lanqas ma għandha overdras. Dak kollu li xtrat ħallsitu fiż-żmien stipulat, saħansitra anke fl-agħar perjodu tal-pandemija. Il-qagħda finanzjarja tagħha hija f 'saħħitha u dan mhux b'kumbinazzjoni. Dan grazzi għall- appoġġ tal-gvern u għar-riservi tagħha stess, li kienu f 'pożizzjoni tajba ħafna bejn l-2015 u l-2019, jiġifieri sakemm faqqgħet il- pandemija. Dan ipoġġina f 'qagħda vantaġġjuża li nħarsu 'l quddiem b'ottimiżmu. Għall-2023, l-aġenzija qed tipproġetta dħul ta' €8.5m mill- operat tagħha u minn dħul operattiv ieħor li hu żieda fuq dak tas-sena li għaddiet. Dan id-dħul jinkludi l-bejgħ mill-ħwienet, l-attivitajiet, u rifużjoni ta' fondi EEA u ERDF għall-proġetti tal- Mużew Marittimu u l-Palazz tal- Gran Mastru. Kif diġa għidt, minkejja l-isfidi l-aħħar xhur kienu impenjattivi ħafna għal Heritage Malta u matulhom kompliet twettaq il- missjoni tagħha li tressaq kemm jista' jkun l-istorja u l-kultura lejn il-pubbliku filwaqt li tiżgura li l-viżitatur jibqa' dejjem fiċ-ċentru tal-operat kollu tagħha. Ewlenin fost il-ħidmiet tal- aġenzija hemm it-tkomplija tax- xogħlijiet ta' restawr fil-Palazz tal- Gran Mastru. Beda wkoll x-xogħol, minn fondi lokali, tar-restawr tas-swali statali fil-Piano Nobile, li jinkludi s-suffetti tal-injam 'a cassettoni', il-pittura mal-ħitan, l-artijiet tal-irħam u d-damask, kif ukoll tiswijiet strutturali tas-soqfa u servizzi u finishes ġodda. Dan jinkludi wkoll l-ispazji li jintużaw mill-Uffiċċju tal-President. Fit-totalità tiegħu, il-proġett tar- restawr tal-Palazz tal-Gran Mastru hu stmat li se jiswa aktar minn €30 miljun. L-ewwel fażi tal-proġett qed tiġi kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, filwaqt li l-fażi suċċessiva, li se tiswa iktar minn €20 miljun, qed tkun iffinanzjata mill-Gvern Malti. Fadal imbagħad żewġ fażijiet oħra sabiex dan il-proġett ikun komplut, li jinkludu anke s-sotterran tal- Palazz. Dan huwa l-aktar proġett estensiv li qatt daħlet għalih Heritage Malta. Id f 'id mal-proġett tal-Palazz tal-Gran Mastru, tkompla x-xogħol fil-binja tal-Main Guard faċċata tal-palazz. Fi Xrobb l-Għaġin, imbagħad, bdew l-iskavi ta' fdalijiet ta' tempju preistoriku f 'xifer l-irdum li kien ġie parzjalment skavat fil-bidu tas-seklu 20. Il-proġett ta' Xrobb l-Għaġin huwa wieħed ambizzjuż li permezz tiegħu hu ppjanat li l-fdalijiet ta' dan it-tempju jerġgħu jiġu skavati, dokumentati anki b'mod diġitali u virtwali, u fejn ikun possibbli jinqalgħu biex jerġgħu jitpoġġew iktar 'il ġewwa mill- irdum. Din hija ħolqa oħra minn ħidma sħiħa li twassal biex tingħata tifsira ġdida ta' aktar aċċessibbiltà għall- patrimonju Malti. Il-Forti Delimara ukoll qed jingħata ħajja ġdida, permezz ta' xogħlijiet ta' tindif u konsolidazzjoni li mhux biss qed isebbħu d-dehra tiegħu iżda qed jagħtu lura wkoll l-aċċessibbiltà għal xi partijiet tal-forti. F'Borġ in-Nadur, imbagħad, ġiet akkwistata biċċa art konsiderevoli sabiex jiġu protetti fdalijiet preistoriċi ta' Żmien il-Bronż, ħalli dawn eventwalment ikunu jistgħu jiġu skavati u studjati. Din l-istess art se tkun tista' tintuża wkoll għal attivitajiet kulturali li jikkumplimentaw l-esperjenza fil-park ta' Għar Dalam fil-qrib. Sadanittant, it-tempju preistoriku ġie mnaddaf minn ħafna strutturi u fdalijiet oħra moderni li kienu qed ixekklu t-tgawdija tiegħu. Se ninvestu ukoll bis-sħiħ fir- rinovar ta' Villa Guardamangia, li hija l-unika dar barra mir-Renju Unit li għexet fiha r-Reġina Eliżabetta II. Il-proġett ta' restawr jinqasam fi tliet fażijiet. Bħalissa ninsabu fl-ewwel fażi: il-konsolidament ta' partijiet li jinsabu f 'periklu li jiġġarrfu u t-tħejjijiet kollha meħtieġa, inkluż ir-riċerka, sabiex ikun jista' jibda x-xogħol maġġuri. It-tieni fażi tinkludi l-biċċa l-kbira tax- xogħol ta' riabilitazzjoni, restawr u konservazzjoni. Peress li l-villa tinsab f 'kundizzjoni ħażina ħafna, din se tkun l-iktar fażi twila u diffiċli. Imbagħad fl-aħħar fażi nikkonċentraw fuq li nerġgħu noħolqu l-ambjent li kien jirrenja fil-villa fis-snin ħamsin sabiex inkunu nistgħu noffru esperjenza ta' dar storika tal-perjodu lill- viżitaturi kollha. Tlestiet ukoll l-ewwel fażi ta' xogħlijiet fil-Mużew Marittimu. Din l-ewwel fażi, li kienet finanzjata mill-EEA Norway Grants 2014- 2021, kienet tikkonsisti f 'restawr, tindif, twaqqigħ, rikostruzzjoni u riabilitazzjoni fil-partijiet dilapidati fuq wara tal-mużew. Fit-tieni fażi tal-proġett se jsir modernizzar ġenerali u qed jitfassal masterplan ġenerali għall-ispazji kollha tal- mużew. Fil-Park Arkeoloġiku ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra mbagħad għaddej ix-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tal-passaġġ li jgħaqqad lil Ħaġar Qim mal-Imnajdra, b'investiment ta' kważi €400,000, kemm għall-viżitaturi kif ukoll sabiex vetturi ta' emerġenza jkunu jistgħu jgħaddu aktar faċilment, u anke għall-manutenzjoni tas-siti nfushom. Parti minn dan il-proġett tinvolvi wkoll kmamar għas-sigurtà u servizzi anċillari għall-viżitaturi minflok l-istrutturi li hemm illum. Fil-Palazz tal-Inkwiżitur ukoll baqa' għaddej b'ritmu tajjeb ix-xogħol ta' restawr. Saru wkoll xogħlijiet ta' upgrading għall- faċilitajiet tal-viżitaturi. Xtaqt naghti spunt posittiv ukoll fuq ix-xogħol tant siewi tas- Sovraintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Is-Sovrintendenza tal- Patrimonju Kulturali, bħala konsulent statutorju fil-proċess tal-applikazzjonijiet għal-iżvilupp, rċeviet u pproċessat total ta' xejn inqas minn 11, 287 talba għal konsultazzjoni fis-sena 2022. Dan ifisser żieda ta' madwar 600 applikazzjoni meta mqabbel mas- sena 2021, fejn is-Sovrintendenza rċeviet 10,685 talba, u 10,509 fis- sena 2020. Dan ifisser ukoll żieda fil- moniteraġġ arkeoloġiku, kif ukoll moniteraġġ ta' restawr tal-bini, kif ukoll l-analiżi tal-materjal arkeoloġiku li jinsab waqt skavi. Ukoll irrid ngħid li minkejja din iż-żieda l-effiċjenza tal-operat tas- Sovraintendenza żdiedet u marret 'il quddiem. Irrid hawn insemmi ukoll li ġew approvati numru ta' talbiet minn NGOs varji għall-hekk imsejħa guardianship deeds, jew aħjar Atti ta' Kurazija, wara qbil li ntlaħaq mal-Awtorita' tal-Artijiet dwarhom. Is-Sovrintendenza tal- Patrimonju Kulturali ser tkun qed taħdem sabiex jiġu ffinalizzati talbiet għal tiġdid ta' Atti ta' Kurazija fuq dawn il-proprjetajiet – Torri ta' Sant' Agata (magħruf bħala it-Torri l-Aħmar) ġewwa il-Mellieħa, it-Torri ta' Wignacourt, f 'San Pawl il-Baħar, It-Torri tad-Dwejra f 'Għawdex, It-Torri u l-Batterija ta' Santa Marija li jinsabu f 'Kemmuna, Torri Mamo f 'Marsaskala, it-Torri ta' Xutu f 'Wied iż-Żurrieq, It-Torri tal-Għallies u ta' Qaliet Marku fin- Naxxar, il- Ġnien tas-Sur tal-Msida, fil-Floriana, Couvre Port, Il-Birgu, Il-Kappella tal-Vitorja, u s-Saluting Battery u Lascaris War Complex fil-Belt Valletta. Barra minn hekk is- Sovrintendenza se tkun qed tipproċessa u tiffinalizza wkoll talbiet għal Atti ta' Kurazija ġodda li daħlu fuq il-Kapella ta' San Mikiel is-Sanċir ġewwa r-Rabat, il-Mitħna ta' Ganu (magħrufa wkoll bħala l-Mitħna tal-Maħlut) f 'Birkirkara u il-Mitħna ta' Ġesu ta' Nazaret (magħrufa wkoll bħala l-Mitħna l-Qadima) ġewwa l-Mosta. Aħna impenjati li nkompli naħdmu kemm nifilħu favur l-patrimonju tagħna u nirringrazzja minn qalbi d-diriġenza u ħaddiema kemm ta' Heritage Malta u kemm tas-Sovrantendenza tax-xogħol fejjiedi li huma jwettqu. l-proġett ta' Xrobb l-Għaġin huwa wieħed ambizzjuż li permezz tiegħu hu ppjanat li l-fdalijiet ta' dan it-tempju jerġgħu jiġu skavati, dokumentati anki b'mod diġitali u virtwali, u fejn ikun possibbli jinqalgħu biex jerġgħu jitpoġġew iktar 'il ġewwa mill-irdum.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 June 2023