Illum previous editions

ILLUM 4 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

13 editorjal IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-konsulenza ta' Joseph Muscat li oriġinat minn kumpanija falluta ta' għasafar eżotiċi għal it inqas minn €12,000 fix-xahar bir-raġun qajmet ħafna rix! Wara kollox kullħadd jaf li mindu telaq minn Prim Ministru f 'ċirkustanzi xejn feliċi f ' Jannar ta' 2020, Muscat sar konsulent ta' ħafna kumpaniji privati. Alla biss jaf kemm jaqla fix-xahar. Imma huwa stmat li jaqla it inqas minn 40,000 Ewro fix-xahar jew €480,000 fis-sena. U din hija figura konservattiva. Il-problema kbira hi li l-kumpanija tal-Papagalli huwa intrinsikament marbut ma' sid tal- Casino Dragonara li kien wassal biex jitlef titlu fuq l-art tal-Casino Dragonara. Estensjoni li ġiet approvata bl-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista fil-parlament wara snin ta' stennija u qtugħ il-qalb. Fil-parlament mozzjoni tressqet grazzi għall-inizjattiva ta' Joseph Muscat minn Chris Cardona u appoġġjata mill-Partit Nazzjonalista. Ma hemmx raġuni għalfejn din l-estensjoni ma kellix tingħata, imma dak iż-żmien is-sidien Johann Schembri u Michael Bianchi tal-Casino kienu qed isibu ħafna intoppi. Infatti fl-istess nifs il-Kap tas- segretarjat ta' Muscat Keith Schembri deher li kien qed jibgħat messaġġi ċari kontra din l-estensjoni ċarament li kienu jikkowinċidu ma' l-interess ta' Yorgen Fenech li dak iż-żmien kien propjetarju tal-Casino f ' Porto Maso u tal-Casino tad-dolmen u li kien iqis l-Casino Dragonara bħala kompetitur mhux denju. Li huwa ċar hu li Joseph Muscat aċċetta konsulenza ta' 12K Ewro fix- xahar għal xogħol żgur mhux relatat mal-Papagalli. Konsulenza li tqajjem aktar mistoqsijiet milli risposti. Jekk din kienet nota ta' ringrazzjament talli l-ehim tal-Casino seħħ, mela ċertament hemm xi ħaġa stramba. Li twasslek biex tistaqsi jekk Muscat għad għandu argumenti konvinċenti. Kif jista jkun li Muscat jiġġustifika kull qassata li għamel u dan wara li għadu kif inkixef li kien qed jirċieva konsulenza mlaħħma minn Accutor, il-kumpanija marbuta mal-VGH u l-Istewards. Il-politiku li kien stqarr fi 2013 li ser jmexxi il-pajjiż bi stil ġdid mhux biss waqa' għal wiċċu safrattant spiċċa literalment jivvomtu f 'wiċċ is-segwaċi tiegħu li tant tawh sostenn meta kellu bżonn meta kien fl-oppożiżżjoni u sewwa meta kien fil-Gvern. Twassalna ukoll biex nistaqsu jekk hemmx affarijiet oħra li ma nafux u li ser ikomplu juruna kemm ġejna żvjati fuq il-karattru ta' Muscat u kif ukoll fuq il-vera agenda tiegħu. Ħasra kbira għal pajjiż u għall-partit Laburista u wisq aktar għal min emmen fl-integrita ta' bniedem u li llum qed jurina l-vera kuluri tiegħu. Insult f'wiċċna u f'dak tal-Partit Laburista

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 June 2023