Illum previous editions

ILLUM 4 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 19

Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum Ir-relazzjoni bejn id-dħul tal-flus u l-attendenzi fiċ-cinema (1) Diversi films fil-preżent, speċjalment dawk il- blockbusters tas-Supereroj, films animati aktarx dawk tal-kumpaniji Disney/Pixar jew DreamWorks, oħrajn avventureski tas-serje e Fast And e Furious, dawk simili ta' Jurassic Park/World, l-avventuri fl-ispazju tas-sensiela Star Wars, dawk fuq l-ibħra ta' Pirates Of e Caribbean, inkluż ukoll il-fantasiji epiċi ta' e Lord Of e Rings u e Hobbit, xi xogħol ieħor ta' ġeneri differenti, kollha daħħlu fil-box office 'l fuq minn biljun dollari. Dan ix-xenarju jagħti lil wieħed f 'jiem li f 'dawn l-aħħar 20 sena, mill-miġja tal-Millenju, li l-pubbliku qed jattendi bi ħġaru fis-swali tal-films, jew jieħu vantaġġ mill-offerti tal- istreaming. Mill-lista li se ssibu lejn l-aħħar ta' dan ir-rapport, fost l-aqwa films li daħlu l-aktar flus wieħed biss hu ta' qabel is- sena 2000 – Titanic (1997). Dan ix-xenarju jagħti l-impressjoni li bħalissa ċ-ċinema (qabel faqqgħet l-epidemija tal- Covid-19) għaddej mill-aqwa fażi tiegħu. Din hi r-realta'? Iż- żmien tad-deheb tal-attendenzi fiċ-ċinema żgur li kien ħafna snin ilu, sa mill-perjodu tas- snin għoxrin taċ-ċinema mutu sat-Tieni Gwerra Dinjija. Fl- 1946, meta l-gwerra kien ilha aktar minn sena li spiċċat, l-attendenzi speċjalment fl-Istati Uniti u l-Kanada sparaw 'l fuq b'mod konsiderevoli. Fil-bidu tas-snin ħamsin bil-miġja tat- televiżjoni dawn bdew inaqqsu drastikament. Il-produtturi, tekniċi, eċċ., dejjem jaraw kif se jerġgħu jiġbdu lin-nies lejn it- teatri, fl-1953 irxuxtaw il-proċess 3-D (it-tielet dimensjoni) li b'nuċċali apposti tara affarijiet ġejjin lejk. (Kienu saru xi esperimenti f 'dan il-qasam sa mis-snin għoxrinijiet). F'inqas minn sena, dan l-esperiment falla għax kienn jonqsu biex ikun sodisfaċenti jew perfett. Fortunatament, fl-istess sena l-kumpanija 20th Century Fox ħarġet il-film e Robe b'sistema ġdida, CinemaScope (liżar wiesa'), li ntlaqa' tajjeb ferm mill-pubbliku. Dan il-proċess, issa aktar raffinat, għadu jintuża sal-preżent. F'kelma waħda, l-attendenzi ta' qabel kienu bil- wisq akbar minn dawk tal-lum. Hawn wieħed irid jieħu in kunsiderazzjoni ta' ħafna affarijiet li huma parti mill- ħajja naturali u komuni. Il- prezzijiet taċ-ċinema dejjem qed jogħlew skont l-għoli tal-ħajja u l-inflazzjoni. Fis-snin sittin, xi cinemas (hawn Malta kellna tnejn) kienu armati bit-Todd AO jew 70mm (tertuqa d-doppju ta' film normali – 35mm). Barra minn xtutna kien hawn swali mgħammra bis-Cinerama (3 magni jitfgħu l-immaġini fuq liżar ġgantesk ta' għamla ta' nofs qamar) u wesgħat kbar fejn wieħed, flimkien ma' oħrajn, seta' jara l-film mill-karozza tiegħu stess f 'postijiet magħrufa bħala Drive-in, naturalment kollha bi prezz għola. Anki fis- snin aktar riċenti, qed joħorġu produzzjonijiet bit-3D, aktar perfetta, sofistikata u stabbli jew fuq il-liżar kbir IMAX fejn il- prezz tal-biljett hu aktar. Fil-lista tal-aqwa fl-attendenzi jibqa' jiddomina waħdu fl-ewwel post il-grandjuż u epiku Gone With e Wind tal-1939, li ħareġ fil-15 ta' Diċembru ta' dik is-sena. Minkejja li għaddew 84 sena minn fuqu, dan jibqa' film kbir, spettakulari, ta' qtigħ il-qalb li jirrakkonta l-inċidenti sentimentali, romantiċi, mimlija burdati ta' Rosella O'Hara f 'lejliet il-Gwerra Ċivili Amerikana. L-M.G.M. kienu jafu li f 'idejhom għandhom teżor li ġennen lill-poplu Amerikan, speċalment fil-premiere tiegħu li sar apposta f 'Atlanta (naraw din il-belt tinħaraq fil-film f 'din il- gwerra), li beda t-triq trijonfali tiegħu tas-suċċess. Minn dak iż-żmien, Gone With e Wind baqa' joħroġ kull it snin u kull darba jiġbed l-udjenzi. Meta reġgħu ħarġuh fl-1968, fil- laboratorju bidlu t-tertuqa tiegħu u kabbruha għal 70mm u hekk ukoll kien ħareġ hawn Malta fl-ewwel wiri tiegħu fil-Belt u tas-Sliema. Fil-kumplament tat-teatri ntwera bil-proċes ta' liżar wiesa' (CinemaScope). L-attendenzi tiegħu smati aktar minn 200 miljun biljett mibjugħa li kważi mpossibbli jiġu superati. Iż-żewġ klassifiki rispettivi huma dawn:- L-Aqwa fil-Bejgħ tal-Biljetti. 1. Gone With e Wind (1939) 202,286,200 spettaturi Dir. Victor Fleming. 2. Star Wars, Ep. 4: A New Hope (1977) 178,118, 500 sp. Dir. George Lucas. 3. e Sound Of Music (1965) 142,485,200 sp. Dir. Robert Wise. 4. E.T. e Extra Terrestrial (1982) 141,854,300 sp. Dir. Steve Spielberg. 5. Titanic (1997) 135,849.300 sp. Dir. Jaqmes Cameron 6. e Ten Commandments (1956) 131,000,000 sp. Dir. Cecil B. DeMille 7. Jaws (1975) 128,075,800 sp. Dir. Steven Spielberg. 8. Doctor Zhivago (1965) 124,135,500 sp. Dir. David Lean. 9. e Exorcist (1973) 110,115,400 sp. Dir. William Friedkin. 10. Snow White And e 7 Dwarfs (1937) 109,000,000 sp. Dir. 6 persuni. 11. Star Wars, Ep.7: e Force Awakens (2015) 108,115,800 sp. Dir. J. J. Abrams. 12. 101 Dalmatians (1961) 99,117,300 sp. Dir. Wolfgang Reitherman u 2 oħra. 13. Star Wars, Ep. 5: e Empire Strikes Back (1980) 98,105,900 sp. Dir. Irvin Kershner. 14. Ben-Hur (1959) 98,046,900 sp. Dir. William Wyler 15. Avatar (2009) 97,309,600 sp. Dir. James Cameron 16. Avengers: Endgame (2019) 95,269,900 sp. Dir. Anthony u Joe Russo 17. Star Wars: e Return Of e Jedi (1982) 84,059,400 sp. Dir. Richard Marquand 18. Jurassic Park (1993) 91,664,800 sp. Dir. Steven Spielberg 19.Star Wars, Ep. 1: e Phantom Menace (1999) 90,312,900 sp. Dir. George Lucas 20. e Lion King (1994) 89,146,400 sp. Dir. Bob Minkoff; Roger Allers 21. e Sting (1973) 89,142,800 sp. Dir. George Roy Hill 22. Raiders Of e Lost Ark (1981) 88,543,400 sp. Dir. Steven Spielberg 23. e Graduate (1967) 85,576,800 sp. Dir. Mike Nichols 24. Fantasia (1941) 83,043,500 sp. Dir. 12-il Direttur differenti 25. e Godfather (1972) 75,922,500 sp. Dir. Francis Ford Coppola. Gone with the Wind – L-Aqwa fl-Attendenzi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 June 2023