Illum previous editions

ILLUM 4 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet Malta kburija bl-atleti tagħha f'ġimgħa sportiva ddominata mill-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar L-atleti Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar kienu dominanti għall-aħħar hekk kif sal-Ħamis, il-Maltin kissru r-rekord tagħhom stess għall-ammont ta' midalji li ntrebħu f'din il-kompetizzjoni. Sal-ħin tal- pubblikazzjoni, Malta kienet fuq quddiem min-naħa tal-ammont ta' midalji li ntrebħu b'89 midalja, filwaqt li fit-tieni post, Ċipru kellha 83 midalja Jared Micallef kien fost l-ewwel Maltin li rebħu d-deheb għal pajjiżhom fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta' din is-sena, meta ġie l-ewwel fil-ġirja tat-800 metru tal-irġiel. Micallef rebaħ ukoll il-medalja tal-bronż fil-ġirja tal-1,500 metru tal-irġiel Janet Richard ġiet fl-ewwel post fil-ġirja tal-400 metru tan-nisa, hekk kif lestiet it-tellieqa b'ħin ta' 53.51 sekonda Eleanor Bezzina ġabet id-deheb għal pajjiżha permezz tal- kompetizzjoni tal-għaxar metri fl-'Air Pistol' Gina McNamara hija t-tieni mara li rebħet id-deheb fid-19- il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, u oħtha Clare McNamara rebħet il-bronż fl-istess tellieqa m'oħtha tat-800 metru tan-nisa. Aktar tard tul il-ġimgħa ta' logħob, Gina McNamara rebħet midalja tad-deheb oħra wara li ġiet fl-ewwel post fit-tellieqa tal-1,500 metru tan-nisa, biex b'hekk saret l-ewwel mara Maltija li rebħet żewġ midalji tad-deheb f 'dawn il-logħob Peppijna Dalli ħarġet rebbieħa hekk kif spiċċat fl- ewwel post tal-'pole vault' tan-nisa Claire Azzopardi ġabet l-ewwel midalja tad-deheb tagħha għal pajjiżna meta ġiet l-ewwel fil-long jump tan-nisa. Apparti minn hekk, Azzopardi spiċċat fl-ewwel post ukoll fit-'triple jump' tan-nisa, biex b'hekk rebħet it-tieni midalja tad-deheb tagħha. Fl-aħħar ġurnata tal-logħob, Azzopardi ġabet it-tielet midalja tad-deheb tagħha għal Malta permezz ta' rebħa Maltija fir-'relay race'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 June 2023