Illum previous editions

ILLUM 4 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

F'pajjiżna, 19.8% ta' persuni li għandhom 15-il sena jew aktar ipejjpu t-tabakk kuljum, li jfisser li Malta tinsab viċin ferm tar-rata medja Ewropea f 'dan ir-rigward. Dan ħareġ fi stħarriġ mill- Eurostat, li juri t-tendenzi tal- istati membri tal-Unjoni Ewropea dwar l-użu tat-tabakk f 'kull pajjiż. Hawn ġie nnutat li filwaqt li 16.8% tan-nisa Maltin ipejjpu kuljum, ir- rata tal-irġiel hija ta' 21.9%, li jfisser li bħall-maġġoranza assoluta tal- pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, l-irġiel huma aktar probabbli li jpejpu kuljum. L-istħarriġ tal-Eurostat iħares ukoll lejn l-użu ta' 'vapes' u 'e-cigarettes', li huma meqjusa minn numru ta' nies li jagħmlu inqas ħsara mis-sigaretti. Minkejja dan, l-istudji juru li mhux possibbli li jiġi determinat jekk dawn jagħmlux inqas ħsara mis-sigaretti, u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) saħqet li dawn jagħmlu użu minn sustanzi li jagħmlu l-ħsara lis- saħħa. Mill-Maltin, 1.1% biss jagħmlu użu minn dawn l-alternattivi għas- sigaretti kuljum. Fid-dawl ta' dawn l-istatistiċi, din il-gazzetta tkellmet ma' Gertrude Buttigieg, iċ-Chairperson tal-Malta Health Network, li nnutat li r-rata ta' persuni li jpejjpu kuljum f 'pajjizna baqgħet stabbli tul is-snin. Minkejja dan, Buttigieg stqarret li filwaqt li huwa tajjeb li l-ammont ta' persuni li jpejjpu mhux jiżdied, hija tixtieq tara tnaqqis ta' din ir- rata, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-informazzjoni magħrufa minn kulħadd dwar il- ħsara li jagħmlu s-sigaretti. Hija spjegat li bħala parti mill- ħidma tal-Malta Health Network, l-awtoritajiet għandhom iħarsu aktar lejn il-ħidma sabiex żgħażagħ lanqas biss ikunu mħajjra jibdew ipejjpu, filwaqt li tkompli tingħata l-għajnuna sabiex persuni li jpejjpu jwaqqfu dan il-vizzju. Buttigieg għamlet referenza għal dak li qed isir fl-Iskozja, fejn permezz ta' diversi miżuri u inizjattivi, il-Mira tal-Iskoċċiżi hija li jittellgħu ġenerazzjonijiet sħaħ li ma jpejpux, u maż-żmien it-tipjip ma jibqax aċċettat soċjalment daqs kemm hu aċċettat bħalissa. Bl-istess mod, hija spjegat li Malta għandha timmira li tmur fl-istess direzzjoni. Innutat li jekk wieħed ibiddel biss il-liġijiet, xorta waħda se jkun hemm min jibda' jpejjep, u għalhekk l-emfasi għandha tkun l-edukazzjoni li twassal għat- tibdil fil-kultura, li fl-aħħar mill- aħħar għandha aktar impatt fuq dak li huwa aċċettat mis-soċjetà. Eżempju ta' dan kien fis-snin 70 u tmenin, fejn bosta karattri fuq serje televiżivi u films kienu kkunsidrati 'cool' għax ipejjpu. Gertrude Buttigieg tisħaq li bħalma t-televiżjoni għamlet it- tipjip aċċettabbli ħafna f 'għajnejn is- soċjetà, l-edukazjoni u l-kampanji jistgħu ikollhom l-effett oppost, u b'hekk wieħed lanqas qatt ma jikkunsidra li jibda' jpejjep. Hawn ġew spjegati l-benefiċċji għas-soċjetà kollha meta t-tipjip jonqos. Fost l-oħrajn, Buttigieg kwotat studju mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, li turi kif it-tabakk joqtol mat-8,000,000 persuna fis- sena madwar id-dinja, iżda b'mod xokkanti, madwar 1,200,000 persuna minnhom lanqas biss ipejjpu, iżda jkunu viċin nies li jkunu qed ipejjpu. Apparti minn hekk, hija nnutat li persuna li tpejjep, u maż-żmien tbagħti minn mard kroniku bħal 'Chronic Obstructive Pulmonary Disease' ikollhom bżonn trattament mediku estensiv tul ħajjithom, li jammonta għal nefqa ta' bejn €500 u €5,000 f 'kura. Għalhekk, spjegat Buttigieg, inqas ma jkun hemm nies li jpejjpu, l-Istat jista' jonfoq aktar flus fuq trattament ta' mard ieħor li huwa inqas evitabbli minn dawk ikkawżati mit-tipjip. Fid-dawl ta' dawn iċ-ċifri, huwa evidenti li meta wieħed ipejjep, ma jkunx qed jagħmel ħsara lis- saħħa tiegħu biss, iżda anke ħsara fis-saħħa ta' dawk ta' madwaru, u għalhekk, ikun ta' benefiċċju għall- individwu u anke għas-soċjetà li jieqaf ipejjep minnufih. aħbarijiet 03 IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum Persuna minn kull ħamsa f'Malta tpejjep; X'għandu jsir biex it-tipjip jonqos? 03 Skont studji, it-tipjip jagħmel ħsara kbira fis-saħħa ta' min ipejjep u anke n-nies ta' madwarhom, kif ukoll iwassal għall-bżonn li jintefqu aktar fondi f'kura medika għall-individwi li jpejjpu. L-ILLUM tkellmet maċ- Chairperson tal-Malta Health Network, li spjegat id-direzzjoni li Malta għandha tmur biex jonqos it-tipjip fost il-Maltin Skont stħarriġ mill-Eurostat, u studji oħra li saru tul is-snin, ir-rata ta' tipjip f 'Malta hija daqs il-medja Ewropea, u baqgħet stabbli għal numru ta' snin. Gertrude Buttigieg hija ċ-Chairperson tal-Malta Health Network

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 June 2023