Illum previous editions

ILLUM 4 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1500675

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 19

06 analiżi IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' ĠUNJU 2023 • illum 8,454 persuna qed jistennew interventi mediċi Skont mistoqsijiet Parlamentari li ġew imwieġba fl-aħħar ġimgħat, jidher li hemm eluf ta' persuni jistennew operazzjonijiet marbuta ma' numru ta' problemi tas-saħħa. Iżda x'inhu jagħmel il-Gvern biex jindirizza dawn il-listi twal ta' stennija? Fl-informazzjoni mpoġġija fuq il-mejda tal-kamra, ġie kjarifikat li dawn il-persuni ilhom jistennew għal aktar mill-ħin stipulat mill- "Patient Charter". Din tgħid li t-trattament għal każijiet li mhux urġenti għandu jibda sa 18-il xahar wara li l-pazjent ikun eżaminat u tinħareġ dijanjosi, u jekk is-saħħa tal-pazjent tkun f 'periklu, dawn għandhom jiġu indirizzati sa 12-il ġimgħa mill- eżaminazjoni. Dan ifisser li t-8,454 persuna msemmija li qed jistennew dawn l-interventi mediċi ilhom jistennew aktar minn 12-il ġimgħa jekk il-kundizzjoni tagħhom hija urġenti u saħansitra 'l fuq minn 18-il xahar jekk mhix urġenti. Apparti minn hekk, f 'April li għadda kien ħareġ ukoll li mal- 1,573 pazjent kienu qed jistennew ukoll interventi mediċi oħra. Fosthom, kien hemm 934 persuna qed jistennew interventi maġġuri fl-irkoppa, u 492 jistennew għal operazzjoni tal-katarretti. X'inhu jwassal għal dawn il- listi twal ta' stennija? Il-listi ta' stennija għal diversi tipi ta' operazzjonijiet żdiedet matul is-snin għal diversi raġunijiet. Fost oħrajn, fil-każ ta' operazzjonijiet tal-kataretti, bosta persuni kellhom jistennew xhur twal, minħabba nuqqas ta' tagħmir neċessarju biex isiru dawn it-tip ta' interventi, hekk kif kien il-każ ta' bosta persuni fl-2022. Raġuni oħra wara dawn il-listi ta' stennija kienet il-pandemija, fejn minħabba li din ġabet magħha żmien straordinarju bi sfidi liemabħalhom għas-settur tas-saħħa, ħafna operazzjonijiet u interventi kellhom jiġu posposti. Dwar dan, kien ġie rrappurtat li madwar 22,000 intervent mediku kellhom jiġu posposti minħabba l-Covid-19. Fil-fatt, wara li l-isfida tal- pandemija bdiet tikkalma, il- Gvern kien ħaseb biex jidħol fi ehim ma' sptarijiet privati biex isiru aktar interventi fi żmien qasir. Aktar kmieni din is-sena kien ġie żvelat li fl-isptar privat ta' St omas f 'Ħal Qormi, kienu qed isiru medja ta' bejn tmienja u għaxar operazzjonijiet kuljum, u b'hekk jinqdew aktar pazjenti. Minn dan l-isptar, li qieghed jagħmel operazzjonijiet mit- Tnejn sas-Sibt, huwa maħsub li din is-sena se jsiru bejn 2,000 u 5,000 operazzjoni f 'dan l-isptar biss, liema interventi jkunu qed isiru minn kirurgi tal-Isptar Mater Dei xorta waħda. Intant fl-Isptar Mater Dei, il-kirurgi qed jagħmlu wkoll operazzjonijiet fis- Sibtijiet u l-Ħdud ukoll. Fost it-tip ta' interventi li qed isiru fl-Isptar St omas, hemm dawk marbuta ma' ġinekoloġija u kirurġija ġenerali u operazzjonijiet tal-qalb fost oħrajn. Sa issa, jidher li l-Gvern qed jagħmel dak li jista' biex jindirizza l-istennija twila għall- operazzjonijiet. Fl-2022 saru mas-60,500 operazzjoni, li tfisser żieda konsiderevoli minn 56,000 operazzjoni fl-2019 qabel il- pandemija. Dwar dan, id-Deputat Prim Ministru kien spjega wkoll li l-Gvern se jkun qed iżid il- kapaċità tiegħu biex isiru aktar operazzjonijiet, fosthom permezz ta' żewġ swali ġodda fl-Isptar Vincent Moran f 'Raħal Ġdid. Chris Fearne: Il-pandemija tal- Covid-19 kienet raġuni kbira wara ż-żieda fil-persuni li qed jistennew interventi mediċi. Fil-fatt, fis-snin fejn is-settur tas-saħħa kien iffukat aktar fuq l-imxijja, ġew posposti mat-22,000 operazzjoni Ikompli minn paġna 1 MATTHEW FARRUGIA Bejn l-2020 u l-2022 f 'Malt a kien hawn 190 każ quddiem il-Qorti tal-Minorenni, liema każijiet involvew żgħażagħ ta' bejn l-14 u t-18-il sena. Dan skont ċifri li ġew ippubblikati minn mistoqsija Parlamentari mill- Kelliema tal-Oppożizzjoni għall- Ugwaljanza u d-drittijiet tat-tfal lill- Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard. Hawn, ġew żvelati dettalji tal- każijiet tar-reati mwettqa minn tfal taħt it-tmintax-il sena, u minkejja l-età tal-imputati, ir-reati li ġew imressqa bihom huma serji daqs il-każijiet li jitressqu bihom l-adulti kuljum fil-Qorti Kriminali. Fost iż-żgħażagħ wara dawn ir- reati, hemm numru kbir minnhom li għandhom biss 16-il sena, u l-iżgħar imputat bejn l-2020 u l-2022 kellu biss 12-il sena. Huwa kien akkużat li hedded lil persuni oħra b'mod verbali, u anke li uża b'mod mhux xieraq apparat ta' komunikazzjoni elettronika, liema tifel ġie liberat mill-akkużi miġjuba kontrih. L-użu ta' "apparat ta' komunikazzjoni elettronika" u t-theddid kienu akkużi komuni fost dawn iż-żgħażagħ, bħalma kienu l-akkużi ta' sewqan ta' vetturi, ċikeltti u anke e-scooters mingħajr liċenzji. Dawn it-tip ta' reati wkoll mal-fatt li ż-żgħażagħ saqu dawn il-vetturi b'mod irresponsabbli u mingħajr sigurtà, hekk kif uħud minnhom spiċċaw ġarrbu ġrieħi fuq terzi persuni minħabba s-sewqan tagħhom. Il-ksur tal-paċi pubblika u offiżi ta' natura ħafifa kienu wkoll fuq quddiem tar-reati li twettqu mill- minorenni bejn l-2020 u l-2022. Kien hemm ukoll żewġ persuni li ġarrew sikkina barra mingħajr il-liċenzja skont il-liġi, u tnejn oħra kienu fil-pussess ta' "arma irregolari." Intant, ħames żgħażagħ instabu ħatja li kienu fil-pussess ta' "xi materjal indiċenti li juri persuna ta' tħat l-eta'", u kollha kemm huma nħelsu mill-arrest b'numru ta' kundizzjonijiet. Fil-fatt, kienu biss 13% tal- imputati li marru quddiem il-Qorti tal-Minorenni ħarġu kompletament lliberati mill-akkużi tagħhom, filwaqt li 23% nstabu ħatja, u ngħataw pieni li jvarjaw minn multi sa sentenzi sospiżi u probation. F'madwar 12-il każ ieħor, il- proċedimenti ġew iddikjarati bħala eżawriti, li jfisser li l-proċeduri fil-kontront taż-żgħażagħ għal xi raġuni jkunu waqfu. Raġuni fost oħrajn wara dan tista' tkun li x-xhieda jagħżlu li ma jixhdux, jew li l-parti offiża ma tkunx tixtieq li tkompli bil-proċeduri. Ħarsa lejn ir-reati fost ż-żgħażagħ Maltin Iż-żgħażagħ li għandhom inqas minn 18-il sena xorta waħda jwettqu reati serji, li jvarjaw minn serq għal theddid, u anke pussess ta' armi u pornografija llegali X'tgħid il-liġi Maltija għal persuni minorenni? F'għajnejn il-liġi, persuni taħt it-18-il sena ma jistgħux jitressqu l-Qorti Kriminali, iżda l-età minima li wieħed huwa risponsabbli għar-reati li jwettaq hija ta' 14-il sena. Jekk persuna jkollha inqas minn 14-il sena, il-liġi tħares lejn il-ġenituri tagħha bħala l-persuni risponsabbli għar- reat ta' wliedhom. Il-liġi tgħid ukoll li jekk persuna bejn l-14 u s-16-il sena twettaq reat b'intenzjoni malizjuża li tista' tiġi ppruvata, hija tkun responsabbli kriminalment, u persuna bejn is-16 u t-18-il sena hija responsabbli wkoll, iżda fiż-żewġ każijiet is-sentenzi li jingħataw jekk jinstabu ħatja jkunu mnaqqsa. Dan ifisser li jekk persuna li għandha aktar minn 18-il sena tinstab ħatja għal kwalunkwe reat, hija tingħata sentenza b'kastig, iżda jekk persuna minorenni tinstab ħatja għall-istess reat, hija tingħata sentenza b'kastig li huwa żewġ gradi inqas minn li kieku kien adult. Dawn id-differenzi bejn il-proċeduri kriminali lejn żgħażagħ u adulti huma marbuta ma' diversi fatturi. Fosthom hemm il-fatt li ż-żgħażagħ ikunu għadhom qed jiżviluppaw, u għalhekk hemm possibilità kbira li huma jagħmlu kif jaraw, speċjalment jekk jitrabbew f 'ambjent diffiċli. Apparti minn hekk, wieħed irid jikkunsidra wkoll li meta persuna tintbagħat il-ħabs minn età żgħira, ikunu qed jiġu influwenzati ferm mill-ambjent ta' madwarhom, u għalhekk tiżdied il-possibilità li wieħed jeħel f 'ċirku ikrah fejn ikompli jidħol u joħroġ mill-ħabs. Informazzjoni li ġiet żvelata wara mistoqsija Parlamentari tagħti stampa tar-reati li saru minn żgħażagħ taħt it-18-il sena fl- aħħar tliet snin, u x'pieni ingħataw għalihom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 June 2023