Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 19

L-użu rikreattiv tal- kannabis iwassal għall-użu ta' tipi ta' droga oħra? www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • NRU 870 MCAST Mosta 25 June 5pm - 9pm mcast.edu.mt Open Day MCAST Paola 23 June 6pm - 10pm Join us on campus to find out all about student life at MCAST Jinħelsu minn kull akkuża, 18-il sena wara l-qtil ta' Rosso PAĠNI 6 u 7 300 imwiddba għax ma ħallsux il- manteniment jew aċċess għall-ulied ANTHEA CACHIA Fis-sena 2022, Malta rat b'kollox 32 omm u 259 missier illi nstabu ħatja li naqsu milli jħallsu l-manteniment jew li jagħtu aċċess għall-ulied, lill-ġenitur l-ieħor. Dan irriżulta minn mistoqsija Parlamentari illi għamlet id-Deputat tal-Oppożizzjoni Graziella Attard Previ lill-Ministru għall- Ġustizzja Jonathan Attard. Attard sostna illi fl-2022 biss kien hemm ukoll disa' missirijiet li ntbagħtu l-ħabs għaliex naqsu milli jħallsu l-manteniment. Dan filwaqt illi 25 missier ingħataw l-libertà kondizzjonata meta nstab ħati tal-istess reat. Tajjeb illi nsemmu wkoll illi kienu tliet nisa biss illi ngħataw l-istess sentenza, bid-differenza illi dawn ingħataw libertà kondizzjonata għaliex irriutaw milli jagħtu aċċess tal-ulied lill-ġenitur l-ieħor. Min- naħa l-oħra għal każi meqjusa aktar minuri, kien hemm 32 omm u 259 missirijiet li ngħataw sentenza ta' twiddiba u ċanfira. Il-Ministru Attard irrimarka fil-pożittiv illi fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2023, l-ebda ma persuna ma nstabet ħatja ta' dawn it-tipi ta' ksur tal-liġi. ANTHEA CACHIA Anthony Bugeja u Piero di Bartolo meħlusa minn kull akkuża fil-konfront tal-qtil tas- sajjied Albert Brian Rosso. Dan il-verdett ġie mogħti mill-ġurati wara it sigħat ta' jiddeliberaw. Dan il-verdett irriżulta wara sitt ijiem ta' ġuri fejn id-difiża ma eżibiet l-ebda evidenza fil-konfront tagħha iżda argumentat biss illi m'hemm ebda prova li Rosso huwa mejjet għax il-katavru qatt ma nstab. Għalissa l-għejbien u l-mewt ta' Rosso jibqa' misteru, mingħajr risposta u mingħajr ħadd responsabbli. Il-ġurati damu biss ftit iktar minn sagħtejn jiddeliberaw PAĠNA 3 Anthony Bugeja (xellug) u Piero Di Bartolo instabu mhux ħatja li qatlu lil Albert Brian Rosso PAĠNI 12 u 13

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023