Illum previous editions

ILLUM 18 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1501674

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 19

Il-mużika Jazz twieldet fl- Amerika u ilha tinstema' fil- films kważi mill-bidunett tat-talkies. Produzzjonijiet ta' ġeneri differenti – films mużikali, oħrajn bijografiċi, drammi, anki xogħlijiet tad- ditektivs jew thrillers kellhom din il-kwalita' ta' mużika. Il-popolarita' tal-jazz wara xterdet madwar id-dinja kollha u anki, kull tant żmien, issir xi kwalita' ta' trasformazzjoni fil-ħsejjes mużikali. L-oriġini tal-jazz ġej mill-Afrikani/ Amerikani ta' New Orleans, fl-Istati Uniti, lejn l-aħħar tas- seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20. Kien fis-snin għoxrin, xi 100 sena ilu, snin magħrufa bħala "żmien il-Jazz", li din il-mużika saret turi forma ta' espressjoni. B'hekk uriet ruħha taħt forma ta' stil mużikali ta' tradizzjoni ndipendenti, kif ukoll popolari. Il-mużika jazz għandha l-għeruq tagħha fil-kulturi u espressjoni mużikali tal-Afrika tal-Punent minn fejn ġew diversi lsiera fl-Amerika. Il-fundazzjoni tal-jazz għandha rabta soda mal-esperjenzi tas-Suwed tal- Istati Uniti, għalkemm kulturi differenti kkontribixxew l-esperjenzi tagħhom u l-istili personali. Personaġġi ntellettwali madwar id-dinja faħħru l-jazz bħala waħda mill- forom tal-arti tal-Amerika. Hekk kif il-mużika jazz xterdet madwar id-dinja, sawwret kulturi nazzjonali, reġjonali u lokali differenti li kkrejaw stili distinti. Il-jazz fi New Orleans beda lejn is-sena 1910 li kkombina marċi tal-baned ta' qabel b'arranġamenti aħjar ta' mużika "beguine", "ragtime" u "blues". Fis-snin 30 il-jazz sar popolari mal-baned tal-mużika "swing", il-Kansas City jazz u dak magħruf bħala "Gypsy Jazz" (li kien jinkludi valzi ħfief ). Il-"Bebop" beda jinstema' fis- snin 40 li biddel din il-forma ta' mużika minn waħda popolari taz-zfin lejn tip ta' mużika aktar qawwija u mgħaġġla fejn intużaw ukoll strumenti bil- kordi. Lejn l-aħħar tas-snin 40 żviluppa il-"cool jazz" bi ħsejjes iżjed baxxi u b'linji melodjużi. Dak msemmi bħala "free jazz" li kien jindaqq mingħajr battuti regolari u strutturi formali deher fis-snin 50 u f 'nofs ta' dan iż-żmien ħareġ il-"hard bob" li ntroduċa nfluwenzi mir-"rhytmn and blues", mużika "gospel" u "blues" bis- sassafonu jew il-pjanu. F'nofs is-snin 60 u 70 tal-bidu l-jazz kien ikkombinat mar-ritmu tal-mużika "rock", strumenti elektroniċi u ħsejjes qawwijin minn fuq il-palk. Wara, stili u ġeneri oħra kienu popolari fis-snin elfejn bħal jazz Latin u Kuban. Il-jazz kien parti sostanzjali mill-films Amerikani sa mis- snin bikrin, bl-ewwel banda, Original Dixieland Jazz Band tidher fil-film mutu The Good For Nothing tal-1917. Il-kelma Jazz bdiet tidher fit-titlu ta' ħafna films ta' dan il-perjodu u kienet tindika ħajja lussuża. L-aktar li ntużat b'mod prominenti kien fil-film innovattiv u famuż tal- 1927 The Jazz Singer li parti minnu kien mitkellem u li fih il-protagonist kien il-kantant ċelebri u l-aqwa esponent tad- divertiment mużikali, Al Jolson, li sikwit kien jiżbogħ wiċċu iswed. Però, l-ewwel produzzjonijiet li kien fihom il-jazz propju kienu films qosra, St. Louis Blues u Black And Tan Fantasy bi Duke Ellington u l-Orkestra tiegħu. Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum Il-mużika jazz fil-films (1)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 June 2023