Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122
'Il-politiċi ma jiddistingwux min hu l-barrani għax jibbenefika lilhom ' www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • NRU 871 PAĠNA 3 Il-PM Abela imwissi li jekk ma jieħux azzjoni fuq Kemmuna, se jkun hawn l-inkwiet "Abela hu bniedem li ma għandu ftit interess fl- ambjent u lanqas hu lest biex japprezza r-rabja li hemm fost il-pubbliku dwar l-ambjent. Hekk stqarr rappreżentant li kien fil- laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela fl-aħħar tal- ġimgħa. Ir-rappreżentant qal illi Abela, "huwa bniedem li ma għarafx kemm hu mħasseb il-poplu. Wieħed jista' jara d-differenza minn Joseph Muscat, li kien kapaċi jinterċetta problema meta titfaċċa." Fil-laqgħa, ir- rappreżentanti kienu mistgħaġba kif il-Prim Ministru kien daqstant eċitat bil-proġett ta' Hili Development f 'Kemmuna. Tant hu hekk illi "lanqas kien hemm għalfejn insemmu s-suġġett aħna, kien pront lest li jsemmi l-lukanda f 'Kemmuna u jemmen li l-iżvilupp se jkun ta' benefiċċju għat-turiżmu lokali." "Meta imbagħad ġejna biex nitkellmu fuq d-deckchairs ta' Kemmuna, li poġġew fuq x-xagħri, il-Ministru responsabbli mill-ambjent, Miriam Dalli baqgħet kwieta filwaqt li Abela insista li neħħew id-deckchairs minn fuq ix-xatt u poġġewhom fuq il- blat," kompla r-rappreżentant. Huwa sostna wkoll illi jekk ma jbiddilx ir-rotta, Kemmuna se tara inkwiet kbir. Min-naħa l-oħra fuq il- politka tal-ippjanar Abela qal illi ma kienx lest li jbiddel fehmtu u skont il-kelliem, din tikkonferma li Abela ma jwiżinx is-serjetà marbuta mal-iżvilupp. "Nemmen li Abela għandu l-perċezzjoni illi dawk li qed jiġġieldu biex jiġi salvat l-ambjent huwa bniedem priviliġġat, li jgħix ġo villa u għandu xi dgħajsa. Hija ovvja wkoll li Abela qed jiddefendi lil min għandu l-flus u lest jirrombla fuq min qed jitkellem favur l-ambjent. Meta tikkunsidra li hu għajjat il-laqgħa, din kienet verament anticlimax." ARA PAĠNI 6 U 7 Ambjentalisti diżappuntati bil-Prim Ministru f'laqgħa deskritta bħala 'anticlimax' George Vella jirnexxielu jwaqqaf il- proposti tal- abort George Vella li ma kienx magħżul President ta' Malta minn Robert Abela, imma mill-predeċessur tiegħu, Joseph Muscat, kien kruċjali biex l-abozz oriġinali tal-abort jiġi mibdul radikalment u mhux mill-moviment pro-life. Vella kien għamilha ċara li hu kien jirriżenja minn President jekk il-Gvern jgħaddi l-abbozz u din ma kinitx tagħmel sens f 'għajnejn Abela, hekk kif hu ma setax jimmaġina sitwazzjoni fejn jirreżenja l-President ta' pajjiżna.