Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122
Il-miġja tal-films mitkellma u l-popolarita' li kienu jgawdu l-baned il-kbar li kienu jinstemgħu mal-pajjiż kollu jew fuq ir-radju, kif ukoll fuq id-diski, għenuhom biex jidhru f 'diversi filmsmużikali jew xogħlijiet b'ambjent ta' nightclub, b'Benny Goodman jieħu l-prominenza fis-snin 30 u b'esponenti oħrajn ta' dik li bdiet tissejjaħ mużika "swing". Din il- kelma kienet popolari f 'ħafna titli ta' produzzjonijiet ta' dan iż-żmien fosthom Swing Time (1936) bil-popolari Fred astaire u Ginger Rogers, College Swing (1938), Swing High, Swing Low (1937), Swing Your Lady (1938) u oħrajn. Wara li għaddiet l-epoka tas- "swing", inħadmu l-bijografiji nostalġiċi ta' figuri prominenti ta' dak iż-żmien u xi film okkażjonali fittizju dwar il-ħajja ta' xi mużiċist li kienu wkoll popolari. Ħafna kompożituri tal-mużika kellhom l-għeruq tagħhom fil-jazz, inkluż Terence Blanchard, Quincy Jones, Lennie Niehaus, Nelson Riddle u Pete Rugolo. Xi bijografiji tal-jazz kienu jinkludu e Benny Goodman Story (1956), Bird (1988), dwar Charlie Parker, prodott u dirett minn Clint Eastwood, affaxxinat bil-mużika jazz, Bix (1991), dwar il-kompożitur/mużiċist Bix Biederbecke, e Fabulous Dorseys (1947) dwar Tommy u Jimmy Dorsey, e Five Pennies (1959) dwar Loring "Red" Nicholls, e Gene Krupa Story (U.K. Drum Crazy) (1959), e Glenn Miller Story (1954). Is Everybody Happy? (1929), dwar Ted Lewis, Lady Sings e Blues (1972), dwar Billie Holliday, l-Iżvediż Sven Klangs Kvintett (1976), rakkont fittizju tal-ħajja tas-sassofonista Lars Gullin, St.Louis Blues (1958), dwar W. C. Handy, Scott Joplin (1977), Young Man With A Horn (1950) ukoll rakkont fittizju dwar il-ħajja ta' Bix Biederbecke bit-trumbettista Harry James, Respect (2021) dwar il-kantanta Aretha Franklin u diversi oħrajn. Xogħlijiet ċinematografiċi b'mużika jazz jinkludu: Atlantic City (1981) (Louis Armstrong, Dorothy Dandridge u Paul Whiteman), Ballad In Blue (1965) (Ray Charles), Birth Oh e Blues (1941) (Bing Crosby, Jack Teagarden), Blues In e Night (1941) (Jimmy Lanceford), Cabin In e Sky (1943) (Louis Armstrong, Duke Ellington), Carnegie Hall (1947) (Harry James), e Connection (1961) (Freddie Red, Jackie McClean), e Cotton Club (1984) (Bob Wilbur), e Gig (1985) (Warren Vache), A Great Day In Harlem (1994) (dokumentarju dwar 50 mużiċist), Hellzapoppin' (1941) (Rex Stewart. Slim Gaillard, Slam Stewart), Hollywood Hotel (1937) (Benny Goodman), Jam Session (1944) (Louis Armstrong, Charlie Barnet), Jazz On A Summer Day (1959)(Jimmy Giuffre, Anita O'Day, eolonius Monk, eċċ.), Kansas City (1996) (Joshua Redman, James Carter), King Of Jazz (1930) (Paul Whiteman), Make Believe Ballroom (1949) (Jimmy Dorsey, Charlie Barnet), New Orleans (1947) (Louis Armstrong, Billie Holliday), New York, New York (1977) (George Auld), Orchestra Wives (1942) (Glenn Miller), Paris Blues (1961) (Duke Ellington, Louis Armstrong), Pete Kelly's Blues (1955) (Peggy Lee, Ella Fitzgerald), Round Midnight (1986) (Dexter Gordon), Stormy Weather (1943) (Fats Waller, Cab Calloway), A Song Is Born (1948) (Louis Armstrong, Benny Goodman), Sweet And Low- Down (1944) (Benny Goodman), Syncopation (1942) (Rex Stewart, Bunny Berigan fuq is- soundtrack), Sun Valley Serenade (1941) (Glenn Miller, Harry James) u Top Man (1943) (Count Basie). Films oħrajn li kien fihom soundtrack notevoli jazz jew influwenzati minn din il-mużika kienu jinkludu Alfie (1966) (Sonny Rollin), Anatomy Of A Murder (1959) (Duke Ellington), Assault On A Queen (1966) (Duke Ellington), Blow-Up (1966) (Herbie Hancock), e Cool World (1963) (Mal Waldron), Le Depart (1967) (film Franċiż – Krzysztof Komeda), I Want To Live (1958) (Johnny Mandel), Jack Johnson (1970) (Miles Davis), Last Tango In Paris (1972) (Gato Barbieri), Li To e Scaffold Il-Franċiż Ascension Pour l'Echefaud) (1958) (Miles Davis), e Man With e Golden Arm (1955) (Elmer Bernstein u Shorty Rogers), Odds Against Tomorrow (1959) (John Lewis), Too Late Blues (1961) (David Raskin), Sweet Smell Of Success (1957) (Elmer Bernstein u Chico Hamilton), Les Valseus/ Going Places (1974) (Stephane Grappelli) u When e Devil Drives/Sait On Jamais (1957) (John Lewis). Kif stajtu taraw l-aqwa esponenti tal-mużika jazz li saret popolari ma' kullimkien taw il- kontribuzzjonijiet validi tagħhom lil dawn il-produzzjonijiet u oħrajn li mpossibbli nsemmihom. Clint Eastwood li fl-1988 ipproduċa u dderieġa l-film Bird, dwar il-ħajja tal-jazzista Charlie Parker, isostni li din it-tip ta' mużika hija l-favorita tiegħu. Il- mużika jazz tant saret imfittxija Tant dejjem titrassforma ruħha li ma tispiċċa qatt. Carmel Bonnici 19 films IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum Il-mużika jazz fil-films (2)