Illum previous editions

ILLUM 25 June 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum Innutat irkupru fil-viżitaturi f'siti storiċi u l-qliegħ li qed iħallu aħbarijiet IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum analiżi MATTHEW FARRUGIA Tul l-ewwel terz ta' din is- sena kien hawn mat-368,147 viżitatur fis-siti ta' Heritage Malta, bl-aktar sit popolari mal-viżitaturi jibqa' dak tat- Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex b'48,697 viżitatur. Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati fil-Parlament wara mistoqsija Parlamentari mill- Kelliema tal-Oppożizzjoni għall- Kultura u l-Wirt Nazzjonali, Julie Zahra lill-Ministru għall- Kultura u l-Wirt Nazzjonali, Owen Bonnici. Hawn ingħata rendikont ta' kemm-il persuna żaret id-diversi siti li jaqgħu taħt Heritage Malta, kif ukoll kemm kien id-dħul minn dawn is-siti minn biljetti li nxtraw biex wieħed jidħol fis-sit, u anke d-dħul marbut mal-attivitajiet privati li ttellgħu f 'ċertu siti. Minn Jannar sa April ta' din is-sena, it-Tempji ta' Ħaġar Qim fil-Qrendi kien it-tieni l-aktar sit li attira viżitaturi, hekk kif dan it-tempju, li bħall-Ġgantija huwa fost l-eqdem strutturi fid-dinja, attira mas-46,163 viżitatur. Wara Ħaġar Qim, hemm it-tempji tal- Imnajdra u l-Forti Sant' Iermu fil-Belt Valletta bħala l-aktar siti b'viżitaturi fl-ewwel terz tas- sena. Fir-Rabat, il-Katakombi ta' San Pawl attiraw numru kbir ta' viżitaturi, hekk kif sa issa din is-sena diġà attiraw mas-37,495 persuna. Apparti t-tempji u l-fortizzi, il-pubbliku u t-turisti li żaru pajjiżna wrew interess ukoll f 'siti bħall-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu li attira kważi 11,000 persuna, kif ukoll il-Mużew tal- Arkeoloġija fil-Belt Valletta li ra mat-23,969 viżitatur. Dawn il-viżitaturi ħallew mal- €2,705,468 f 'pajjiżna minn xiri ta' bijetti u affarjiet oħra mill- ħwienet fis-siti. Dan kollu jindika rkupru f 'dak li għandu x'jaqsam mal-ħidma ta' Heritage Malta, li mill-2020 milqut ferm min- nuqqas ta' viżitaturi minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fil-fatt, fil-Parlament il- Ministru għall-Wirt Kulturali, Owen Bonnici kien ħabbar li fl-2022 Heritage Malta rat mas- €6,000,000 fi dħul mill-bejgħ tal- biljetti. Innota kif wara li fl-2021 din l-entità rat telf ta' madwar miljun ewro, is-sena li għaddiet rat profitt ta' €858,962. Apparti l-bejgħ tal-biljetti u affarjiet mil-ħwienet li jinsabu fis-siti, Heritage Malta għandha wkoll dħul minn attivitajiet privati li jsiru f 'ċertu siti amministrati mill-aġenzija. F'aktar informazzjoni li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra, ħareġ li s-sena l-oħra ddaħlu mal-€418,000 minn dawn l-attivitajiet, u sa April ta' din is- sena ddaħlu €167,000. Ta' min jinnota li l-2023 tista' tkun sena tajba ħafna għal Heritage Malta hekk kif l-eqqel tat-turiżmu f 'Malta għadu ftit ġimgħat il-bogħod, u b'hekk hemm eluf ta' viżitaturi li għadhom iridu jżuru d-diversi siti storiċi tal-gżejjer Maltin. Apparti minn hekk, minkejja ċ-ċokon ta' Malta, mhix okkażjoni rari li jinstabu fdalijiet storiċi minn dawk li kienu jgħixu f 'dawn il-gżejjer qabilna, liema fdalijiet ikomplu juru kemm l-istorja ta' Malta hija waħda rikka. Fost il-fdalijiet li nstabu din is-sena biss, f 'Marzu li għadda f 'Ħal Luqa kien hemm skoperta ta' ajruplan Ġermaniż li kien ġie mwaqqa' fl-1942 waqt it- Tieni Gwerra Dinjija. L-ajruplan saħansitra ġie identifikat li kien qed jittajjar mill-pilota Hans Pilz, u l-ajruplan kien fuq il- gżejjer Maltin waqt perjodu fejn seħħew bosta attakki fuq il- Maltin. Sejba sinifikanti oħra saret f 'April ta' din is-sena, wara li fil- Fgura nstabet ġebla b'iskrizzjoni Għarbija, hekk kif din tagħti aktar informazzjoni dwar perjodu fl- istorja Maltija li ftit hu magħruf dwaru. Is-sinifikanza ta' din il- ġebla għandha x'taqsam mal-fatt li din hija t-tieni ġebla b'kitba Għarbija li nstabet 'il barra mir- Rabat. Li hu żgur huwa li l-istorja twila ta' dawn il-gżejjer tassigura li aktar artifatti u strutturi se jkomplu jinstabu fiż-żmien li ġej, li se jkomplu jispjegaw x'rat Malta fi żminijiet oħra, u li se jkomplu jinċentivaw lit-turisti u l-Maltin biex iżuru s-siti u l-mużewijiet f 'pajjiżna. Il-Ġgantija s'issa baqgħet l-aktar sit popolari fost il-viżitaturi, filwaqt li sa issa jidher li Heritage Malta miexja lejn irkupru sħiħ mill-effetti tal-pandemija fl-2020. Dan hekk kif in-numru ta' viżitaturi u d-dħul tal-entità jidru li se jaqbżu dawk tas-sena li għaddiet It-tempji megalitiċi u l-fortizzi madwar il-gżejjer Maltin jattiraw l-aktar viżitaturi, flimkien mal-katakombi ta' San Pawl fir-Rabat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 June 2023