Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1502122
Matul dawn l-aħħar ġimgħat, rajna diversi bombshells u xeni mill-Panama fuq it-televixins tagħna. Meta tibda skeda ġdida, u naraw programmi bħal Love Island u Liquorish, ta' spiss insibu ruħna nargumentaw bejnietna dwar jekk in-nies li jidhru fuq il-programm g ħ a n d h o m x jitkellmu bil-Malti jew le. P e r e ż e m p j u matul dan l-istaġun ta' L i q u o r i s h , dehru xi p a r t e ċ i p a n t i li ħassewhom iktar komdi j i t k e l l m u b l - I n g l i ż . S f o r t u n a t a m e n t , dan iwassal għal ibbuljar immatur minn diversi persuni li bit-tastiera f 'idejhom iħossu li jistgħu jargumentaw favur l-użu tal-Malti waqt li jagħmlu dan b'ortografija li twaħħax lil kull min jgħożż l-ilsien. Għax l-ilsien ngħożżuh tassew meta napprezzaw li huwa msawwar minn storja twila ta' żviluppi, u mhux sempliċiment meta jimliena b'sens esaġerat, u xi kultant falz, ta' patrijottiżmu. Qabelxejn, tajjeb nagħrfu li minkejja li l-Malti huwa l-ilsien nazzjonali tagħna, l-Ingliż, flimkien mal-Malti u l-Lingwa tas-Sinjali Maltija, huwa kostituzzjonalment ilsien uffiċjali. Hija sfortuna li l-maġġor parti minna ma nafux niddjalogaw bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija, għalkemm ħafna programmi u serje saru jinkorporaw fihom dan l-element ukoll. Iżda kif żvela stħarriġ riċenti tal-Uffiċju Nazzjonali tal- Istatistika, l-Ingliż huwa mium minn 96% tal-popolazzjoni, iktar mill-Malti (90%). Din ovvjament mhijiex xi ħaġa li għandna nkunu kburin biha għaliex il- Malti f 'kuntest bilingwi huwa importanti immens u, jekk xejn, dawn iż-żewġ lingwi għandhom ikunu fl-istess livell ta' xulxin. Iżda dan ma naħsibx li huwa frott il-fatt li Nicola, Gabby, u Chelsea jitkellmu bl-Ingliż fuq it-TVM waqt li lil Faye kull nhar ta' Tnejn nisimgħuha titkellem bl-Ingliż fuq il-One. Allura, waħda mill-ikbar problemi f 'dan ir-rigward mhijiex dwar liema lsien wieħed juża, imma kif jużah. L-agħar għadu tal-lingwa Maltija huwa t-tifrik tal-lingwaġġ diġà eżistenti u l-kreazzjoni ta' kliem ġdid għal ċerti kunċetti li m'hemmx bżonnhom għaliex diġà jkun hemm kliem oħrajn fil-Malti li jispjegaw dawk il- kunċetti. Mela jekk Sven jista' jgħid 'tħaffer', m'għandux jgħid "tiddiggja," u jekk jistgħu jgħidu 'nitfissdu', m'għandhomx jgħidu "nikkadiljaw." Bl-istess argument, Allen ma jistax jivvinta l-kelma "reservative" fl- Ingliż u jippretendi li n-nies se jimuh. Meta mbagħad ma nsibux kliem fil-Malti li jaqdi l-kunċett li rridu niddeskrivu, m'hemm xejn ħażin imbilli nikkreaw kliem ġdid li jirrispetta mudelli ġa stabbiliti fil-lingwa. Fil- qasam tax-xandir, hekk għamel Toni Sant pereżempju meta daħħal il-kelma 'poddata' għal 'podcast'. Din il-kelma qabdet u sabet postha fir-reġistru lessikali ta' ħafna nies proprju għaliex hija mibnija b'tali mod li tidħol kexxun fil-grammatika Maltija. Ngħidu aħna, kien hemm min issuġġerixxa li flok 'recoupling' nintroduċu l-kelma 'irkuppjar', li tinbena fuq il-mudell 'irduppjar', fejn il-prefiss 'r-' iservi bħala l-ekwivalenti ta' 're-' fl-Ingliż. Fl-istess ħin, m'hemm xejn ħażin imbilli ngħidu 'bombshell' la dan huwa kunċett għalkollox ġdid għalina. Hija frażi li qabdet, hija parti integrali mid-ditta ta' Love Island, u naħseb li ma tantx ikun kumpliment jekk meta jidħol xi ħadd fil-villa nsejħulu 'qoxra ta' bomba'. L-ikbar problema tagħna mhijiex li nippreferu nużaw il- Malti iktar mill-Ingliż, imma li meta nużawhom nagħżqu fit-tnejn li huma. Dawn il- programmi jkun fihom taħlita rappreżentattiva tas-soċjetà tagħna: hemm barranin, nies li huma Maltin li jitkellmu bl- Ingliż, Maltin u Għawdxin li jitkellmu bid-djalett, nies li jitkellmu bil-Malti imma jaqilbu biss biex jiimhom kulħadd u anke Maltin li ma jafux wisq Ingliż. Imma fl-aħħar mill- aħħar, dawn it-tip ta' programmi m'huma xejn għajr riflessjoni (kważi) simetrika ta' din is- soċjetà mħallta li ngħixu fiha. Jekk xejn, iktar nippretendu użu ta' Malti aħjar mix-xandara u l-preżentaturi ta' dawn il- programmi, kemm fil-kitba kif ukoll fl-iskripts tagħhom għaliex dawn, għall-kuntrarju tad-diskors tal-parteċipanti, jistgħu jiġu ppreparati minn qabel b'iktar reqqa u b'qarrej tal-provi maġenbhom. Naħseb it-tim tal-produzzjoni ta' Love Island, b'dawk ir-riklami kollha, jaffordjaw iħaddmu lil xi ħadd biex qabel jixxandar il-programm javżahom li fil-Malti ngħidu 'Ċipru', mhux "iċ-Ċipru." Meta titrabba f 'kultura li b'mod ġenerali ma tirrispettax il-lingwa, ma nistgħux nippretendu li dawn il-parteċipanti se jużaw Malti għalkollox korrett. Jekk tassew irridu nagħtu prijorità lill-ilsien Malti, l-ewwel pass iridu jieħduh il-Gvern u l-kumpaniji. Hija ħasra kbira li fl-aħħar ittra tar-rifużjoni tat-taxxa kien hemm sitt żbalji ortografiċi jew li fuq billboard tara stampata l-kelma 'Rifroma' minflok 'Riforma'. U l-problema hi li ħadd ma jagħti każ għaliex il-Malti miktub qisna aċċettajnieh bħala dgħufija nazzjonali dejjiema. Jekk tassew irridu li l-parteċipanti ta' Love Island u Liquorish u programmi oħrajn jitkellmu bil-Malti tajjeb, m'għandniex nistennew li l-bidla tinbet minnhom. Il-bidla lejn użu aqwa ta' lsienna għandha ssib l-għeruq tagħha fl-ogħla istituzzjonijiet ta' pajjiżna, u r-responsabbiltà biex dan iseħħ hija f 'idejn il-Gvern, il-kumpaniji, l-iskejjel, u x-xandara. 12 IL-ĦADD 25 TA' ĠUNJU 2023 • illum analizi Ittra miftuħa: L-agħar għadu tal-lingwa Maltija huwa t-tifrik tal-lingwaġġ u mhux l-Ingliż Miktuba minn Bradley Cachia, is-Segretarju tal-Għaqda tal-Malti – Università ta' Malta Bradley Cachia