Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085
opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Is-sajf ... l-istaġun tal-kultura! 14 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum F 'Malta, dan is-sajf, bi kburija ngħid li f 'kull ġurnata, wieħed jista' jsib attività li tgħodd għalih. Dan hekk kif diversi entitajiet fil- Gvern, inkluż l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru li jien inkarigat min- nu, fassalna kalendarju estensiv ta' attivitajiet kulturali għal dan il-perjodu. Naturalment l-iktar attivitajiet li jolqtu l-għajn huma dawk tal-massa li jkun fihom kantanti jew performers popolari, anke barranin, li jinżlu għasel mal-Maltin u t-turisti. Dawn huma tajbin, pożittivi mmens u kruċjali li jkomplu jittellgħu. Però l-kultura hi ferm u ferm usa minn hekk u pajjiż b'saħħtu jkollu kalendarju kulturali divers u mħawwar sewwa. Tul is-snin, l-avvenimenti tas-sajf tal-entitajiet tagħna saru sinonimi għad-diversità artistika tagħhom tant li saru appuntament annwali għal bosta udjenzi lokali u internazzjonali. Skattajna, pereżempju, bil- programm ta' avvenimenti ta' Festivals Malta għas-sajf 2023. Dan il-programm, għal darb'oħra, kien jinkludi r-Ritmu Roots Festival u l-Malta International Arts Festival li diġa' saru u nista' ngħid kienu ta' suċċess kbir. U issa qed nistennew bil- ħerqa għal Malta Jazz Festival u t-tieni edizzjoni tad-Dance Festival Malta, fejn se nkunu qed nipprovdu lill-pubbliku u lit-turisti li jżuruna, avvenimenti u attivitajiet kulturali ta' kalibru u livell għoli. Kommessi li nkomplu ninvestu fil-kultura tagħna u nkomplu nagħtu sostenn lis-setturi kreattivi u kulturali sabiex iktar artisti jingħataw l-opportunità li jkomplu jkabbru u jtejbu t-talenti tagħhom, li tassew huma mfittxija fost l-udjenza Maltija, kif ukoll dik barranija. Dan juri biċ-ċar is-suċċess li jiksbu dawn l- avvenimenti kulturali u kemm huwa importanti li jżommu posthom fil-kalendarju tagħna. Irridu nkomplu mixjin f 'din ir-rotta u ma nifqux Il-programm artistiku se jkompli bil-kbir, permezz tar- ritron tal-Malta Jazz Festival f 'Ta' Liesse u s-City eatre bejn l-10 u l-15 ta' Lulju taħt id-direzzjoni artistika ta' Sandro Zerafa. Il-festival ser jospità fost l-aqwa artisti rinomati internazzjonalment għall-mużika jazz, fosthom lil Immanuel Wilkins, Kurt Elling, Kurt Rosenwinkel, Dmitry Baevsky, Laurent Coq, u r-rebbieħa tal- Best New Artist Grammy Award Samara Joy. Wara dan il-Jazz Festival, ngħaddu mill-ewwel għat-tieni edizzjoni tad-Dance Festival Malta bejn is-27 u t-30 ta' Lulju. Taħt id-direzzjoni artistika ta' Francesca Tranter, dan il-festival ser jinkludi prestazzjonijiet ta' żfin f 'diversi ġeneri kemm minn artisti lokali u internazzjonali li huma professjonisti fil-qasam. Ukoll, f 'Awwissu jittella' l-Karnival tas-Sajf f 'diversi rħula mifruxa ma' Malta kollha li se jkompli jibni fuq is-suċċess kbir li kellu l-Karnival ta' Malta din is-sena. Programm ieħor importanti u qed ngħid dan għaliex jinvesti ħafna fit-tfal u l-istudenti tagħna, hu dak tal-kalendarju ta' attivitajiet marbuta mal- passaport tal-istudenti ta' Heritage Malta għal dan is-Sajf u l-programm ta' attivitajiet ta' Heritage Malta għat-tieni nofs tas-sena. Nibdew bil-programm ta' attivitajiet marbuta mal- passaport tal-istudenti ta' Heritage Malta għas-Sajf. Huwa importanti li l-istudenti jsibu ħin għal kollox, anki għall-attivitajiet bħal dawn. Dan għaliex filwaqt li attivitajiet bħal dawn jkabbru l-għarfien, dawn l-attivitajiet interattivi jagħtu spazju sabiex l-istudent jista' jipparteċipa b'mod dirett. Nixtieq nappella lill-istudenti biex f 'dan il-ħin kollu li ħa jkollkom f 'idejkom, taraw li ssibu ċans għal kollox - qari, rikreazzjoni, studju, logħob u ovvjament ħin dedikat għall-għeżież tagħkom. L-istudenti u l-adulti li se jakkumpanjawhom f 'dawn l-attivitajiet żgur se jsibu xi ħaġa li tqanqal l-interess tagħhom ukoll filwaqt litixprunahom sabiex jgħinu fil-preservazzjoni tad-dinja naturali, u ssaħħaħ l-imħabba tagħhom għat-tagħlim fl-ambjent ta' mużew, filwaqt li jkunu qed jitgħallmu huma wkoll. Infakkar li bil-passaport tat- tfal, id-dħul tat-tfal hu b'xejn fis-siti kollha ta' Heritage Malta u kif ukoll ta' żewġ adulti li jakkumpanjawhom. Ngħaddi issa għall-kalendarju ta' attivitajiet ta' Heritage Malta għat-tieni nofs tas-sena 2023. Il- kalendarju ta' Heritage Malta fih iktar minn 52 attività li jvarjaw minn esperjenzi ta' tagħlim sa wirjiet u huwa mmirat għall- pubbliku ġenerali. Din is-sena t-temi tal-attivitajiet f 'dan il- programm, b'xi mod jew ieħor, huma kollha marbuta mal-istorja naturali. Dan għaliex, is-sena 2023 tfakkar il-50 anniversarju mill-uħ tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali li hu popolari ħafna fost it-tfal. Għalkemm it-tema ewlenija se tkun l-istorja naturali, din se tiġi trattata minn aspetti differenti, bħall-arti, ir-rakkonti ta' stejjer, il-ħolqien ta' mudelli, ir-realtà virtwali, taħditiet, u esplorazzjoni ta' għerien. Ma tistax titkellem fuq il- kultura u s-Sajf u ma ssemmix il-festi. U hawnhekk il-festi rritornaw bi kbir. Il-festi li saru s'issa kienu kollha festi kbar fejn ikkonkorrew saħħa kbira ta' nies u dawk kollha li kienu qed jgħidu li wara l-COVID-19 il-festi kienu se jinxfu, għarralhom bil-kbir! Dan s'intendi hu kollu mertu tal-mijiet ta' volontiera li tant jaħdmu għas-soċjetajiet mużikali tagħna u għall-għajnuniet li l-Gvern jagħti b'diversi skemi u għajnuniet li tant jagħmlu ġid. Ftit tal-jiem ilu, pereżempju, qassamna l-fondi lill-kmamar tan-nar kollha li jaħdmu fuq bażi volontarja biex isaħħu l-aspetti ta' health and safety. Ukoll fl- aħħar jiem rajna kif 30 soċjetà mużikali ibbenefikaw minn €160,000 f 'għajnuna finanzjarja permezz tal-iskema "Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda". Permezz ta' dawn il-fondi qegħdin nirrikonoxxu r-rwol ċentrali tas-soċjetajiet tal- każini tal-banda - fil-kontribut tagħhom, fit-trawwim tal-kultura mużikali, fis-salvagwardja u t-tisħiħ tat-tradizzjonijiet kulturali, u l-organizzazzjoni ta' sforzi artistiċi fi ħdan il- komunità. Nirringrazzja minn qalbi lill- Għaqda Nazzjonali Każini tal- Banda mmexxija minn Dr Noel Camilleri ta' kemm naħdmu tant tajjeb flimkien! Dan is-Sajf se jkun qed juri biċ-ċar l-impenn tal-Gvern li jkompli jippreserva u fl-istess ħin isaħħaħ il-kultura tagħna fid- diversi ġeneri tagħha. Kemm hi sabiħa l-kreattività! Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici