Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 19

04 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum Il-Gvern mingħajr regolamenti ġodda għaż-żoos u sieket dwar l-ammont ta' annimali eżotiċi MATTHEW FARRUGIA L-attivisti li jaħdmu favur id- drittijiet tal-annimali għadhom f 'limbu dwar l-istat ta' annimali f 'pajjiżna li jinżammu f 'zoos, hekk kif wara aktar minn sentejn, il-Gvern għadu ma ippubblikax regolamenti f 'dan is-settur li kienu mwiegħda. Dawn ir-regolamenti jmorru lura għal Novembru tal-2020, hekk kif il-Gvern kien ippubblika regolamenti għal konsultazzjoni pubblika maħsuba biex jintroduċu aktar sigurtà b'risq il-ħarsien tal- annimali fiż-zoos. Fost l-oħrajn, kien ġie propost li l-viżitaturi ma jibqgħux jitħallew imissu l-annimali, kif ukoll li l-annimali kollha jkollhom ċippa, u li wieħed ma jkunx jista' jgħammar dawn l-annimali, sakemm mhux għal raġunijiet speċifiċi fosthom il-konservazzjoni tar-razza tal- annimali. Dawn ir-regolamenti, li kienu se jaraw li l-annimali jinżammu b'mod aktar dinjituż, ma niżlux tajjeb ma' kulħadd, hekk kif ċertu Anton Cutajar, is-sid taż-zoo L-Arka Ta' Noe li kien inbena b'mod illegali, ikkritika l-proposta li viżitaturi ma jitħallewx imissu l-annimali f 'dawn l-istabbilimenti. Huwa kellu kliem iebes għal numru ta' proposti oħra, hekk kif kien stqarr li r-regolamenti kienu parti minn aġenda kontrih. B'rispons għal dan, il-Gvern kien neħħa l-proposta li tindirizza l-viżitaturi li jmissu l-annimali mil- lista tal-proposti, sakemm dan isir taħt is-superviżjoni ta' vet fi ħdan iż-zoo. Dan l-aħħar żvilupp kien seħħ fl-2020 u minn dakinhar ma nħarġu ebda żviluppi speċifiċi dwar ir-regolamenti. F'Ġunju tal- 2022, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, kienet tkellmet fil-Parlament, fejn dak iż-żmien stqarret li l-proposta finali kienet se tiġi preżentata "fil-ġimgħat li ġejjin." Minkejja dan, wara it aktar minn sena, xorta għad m'hemmx ħjiel ta' meta dawn ir-regolamenti se jinħarġu u jiddaħħlu fis-seħħ. Dan hekk kif f 'Ġunju ta' din is- sena, meta mistoqsi mill-midja, il-Ministru għad-Drittijiet tal- Annimali, Anton Refalo baqa' ma ta ebda indikazzjoni ta' meta dawn ir-regolamenti se jiġu introdotti. Apparti minn hekk, fl-istess jum, is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said qalet biss li l-Gvern "qed jaħdem biex jimplimenta din il-liġi fiż-żmien li ġej." 'Min-natura tagħhom stess, dawn l-annimali huma selvaġġi u potenzjalment perikolużi' Apparti l-annimali li jgħixu fiż-zoos, f 'Malta hawn ukoll numru ta' annimali oħra li jgħixu f 'kundizzjonijiet mhux ideali għalihom. Dan hekk kif skont informazzjoni li nħarġet mill- Parlament, f 'Malta hawn mal-208 annimal eżotiku irreġistrati. Dan wara mistoqsija Parlamentari mill-Kelliema tal- Oppożizzjoni għall-Ħarsien tal- Annimali, Janice Chetcuti lill- Ministru Anton Refalo. Refalo qal li 154 annimal eżotiku jinsabu ġewwa stabbilimenti żooloġiċi liċenzjati, filwaqt li 54 annimal eżotiku qed jinżamm "ġewwa siti approvati biex jinżammu annimali perikolużi." Dawn l-annimali, xi drabi jsibu ruħhom anke fuq l-aħbarjiet. Fost l-oħrajn, fl-2019 kien qed jiċċirkola filmat ta' puma fuq il-bejt ta' dar fil- Fgura. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM staqsiet lill-għaqda Animal Guardians Malta għar-reazzjoni tagħha dwar dan in-numru ta' annimali li l-abitatt tagħhom huwa l-bogħod minn Malta. Hawn, ġie spjegat li ħafna drabi, n-nies li jixtru dawn it-tip ta' annimali jixtruhom meta jkunu biss frieħ, iżda jagħtu it ħsieb għall-eventwalità li dawn il-frieħ se jikbru. Ma' din il-gazzetta, Karmen Coleiro, il-fondatriċi ta' din l-għaqda, spjegat kif fost l-oħrajn, "min jixtri tigra jew iljun meta jkunu qtates ma jkollhomx il- previżjoni biex jaraw li f 'erba' snin dik il-qattusa se tkun tiżen 500 libbra u minflok żewġ fliexken halib, se jkollha bżonn 30 sa 50 kilo laħam f 'ġurnata." Coleiro nnutat li llum il-ġurnata, din is-sitwazzjoni saret waħda "bla rażan," hekk kif stqarret li hemm bżonn bidla fil-liġijiet sabiex jiddaħħlu aktar restrizzjonijiet għal min irabbi dawn l-annimali, speċjalment fid-djar. "Min-natura tagħhom stess, dawn l-annimali huma selvaġġi u potenzjalment perikolużi u, bħala tali, ma jaġġustawx tajjeb għal ambjent magħluq," tispjega Coleiro. Hija għalqet b'appell għall- azzjoni qabel issir xi traġedja minħabba ż-żamma ta' dawn l-annimali li posthom huwa fis- selvaġġ. Min-naħa l-oħra, din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-Ministeru għall-Ħarsien tal-Annimali lura f 'Mejju, sabiex tingħata aktar informazzjoni dwar x'tip ta' annimali eżotiċi jinsabu f 'pajjiżna skont l-ispeċi. Minkejja dan, il- Ministeru baqa' sieket u ma ta ebda risposta. F'Malta hawn mal-208 annimal eżotiku, iżda wara mistoqsija wara oħra lill-Ministeru għad-Drittijiet tal- annimali dwar xi speċi ta' annimali qed jinżammu f 'Malta, il-Ministeru baqa' sieket Artisti lokali jibku l-mewt ta' Andrew Schembri - deskritt bħala ġenju artistiku Bosta kienu dawk li nħasdu bil-mewt tal-artist Andrew Schembri, li miet ħabta w sabta fit-30 ta' Ġunju fl-età ta' 29 sena. Huwa kien kitarrist tal-grupp lokali popolari Brikkuni, u numru ta' artisti lokali esprimew id-dieqa tagħhom ta' din it-telfa ta' raġel deskritt bħala bniedem artistiku b'ħafna talent u qalb tad-deheb. Apparti l-irwol tiegħu fil-grupp mużikali Brikkuni, Schembri kien ukoll parti mill-grupp artistiku 'Late Interactive', li huwa magħruf għall-installazzjonijiet tagħhom li jsebbħu l-esperjenza ta' spettakli permezz tad-dawl. F'intervista mal-midja wara l-aħbar traġika, ħu Andrew, David iddeskriva lil ħuh bħala bniedem tajjeb, intelliġenti, kreattiv u mimli passjoni. Tkellem ukoll dwar l-imħabba li kellu għall-verità u l-ġustizzja, u kif kien u għadu bniedem maħbub minn familtu, sħabu u kull min kien jafu. Min-naħa tiegħu, il-kantant ta' Brikkuni, Mario Vella stqarr li ebda kliem ma jistgħu jagħtu ġieħ biżejjed lill-personalità ta' Andrew, u li meta sema' l-aħbar ta' mewtu, baqa' ċċassat. "Nies bħalek ma jitwieldux kull sena. Veru kont ġenju kreattiv żgħir," kiteb Vella. Vella nnota li sa it jiem qabel miet, iż-żewġ artisti kellhom mument perfett hekk kif, irrakkonta li qalu kelma maġika lil xulxin li it tintqal bejn l-irġiel. "INĦOBBOK. ANKE JIEN INĦOBBOK MAR. Kien mument perfett. Mument li lanqas din id- dieqa nkredibbli u luttu enormi m'huma qatt ser itappnu," tenna Vella. Intant, fuq Facebook il-bqija tal-komunità ta' artisti lokali esprimew id-dieqa tagħhom għal din l-aħbar, u filwaqt li ddeskrivew lil Andrew bħala bniedem ċajtier u mimli enerġija, tennew l-unur tagħhom li ħadmu miegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023