Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 19

Carmel Cacopardo 15 editorjal IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt "J ista' jkun li qed inkunu ipokriti meta nagħmlu dan, iżda kulħadd iħares in-naħa l-oħra fuq il-każi ta' abort." Tiakruha din il-kwotazzjoni? Jekk le, ħa nġeddilkom il-memorja. Din qalha l-Prim Ministru Robert Abela, f 'Novembru li għadda waqt intervista. Dakinhar huwa kien qal illi kulħadd huwa konxju tal- fatt illi f 'pajjiżna hemm aktar minn 350 persuna – u għaldaqstant madwar persuna kuljum – li tieħu pillola abortiva. Huwa tajjeb li l-mexxej ta' pajjiż jindirizza n-nuqqasijiet u l-"ipokreziji", anzi huwa bżonnjuż li jsir dan l-eżerċizzju. Iżda x'sens tagħmel li tidentifika l-ħażin, iżda ma tindirizzahx? Bl-istess argument, jekk ikun hemm persuna li għandha ferita fonda f 'idejha inħalluha tnixxi d-demm jew nagħluqha? Ma naħsibx. Bħala gazzetta nimu li huwa ħafna aktar faċli li taqbad il-pinna u tagħmel lista ta' nuqqasijiet u ssejjaħ għal bidla u rridu nirrikonoxxu li għalkemm naqblu ma' numru ta' attivisti li dan l-abbozz kellu bżonn jiġi ndirizzat b'mod aktar rappreżentattiv tar-realtajiet li qed jaffaċċjaw diversi persuni, kien hemm pass – għalkemm pass ta' nemlu – illi kien fid-direzzjoni t-tajba. Iżda pass żgħir f 'maratona huwa it wisq. Irridu nikkummentaw fuq il-fatt illi kemm bħala gazzetta – iżda wkoll kulħadd jaqbel – li hemm fidi kbira fit-tobba u ċerti li l-maġġoranza, jekk mhux kollha, dejjem se jpoġġu l-interess tal-pazjent qabel kollox, iżda dan mhux biżżejjed. Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttiġieġ, f 'indirizz dwar l-ewwel abbozz imressaq, qalet illi bħala "Deputat mara nappella għall-umanità." Hekk irriduhom il-Parlamentari! Iżda x'jiddefinixxi l-kelma umanità? F'għajnejn din il- gazzetta l-umanità m'għandhiex tkun biss mat-tobba (għalkemm iva kien hemm bżonn li jiġu indirizzati, kif proprju ġew), m'għandhiex tkun biss ma' attivisti favur il-ħajja li jekk ma taqbilx magħhom jgħajjruk qattiela, għandha tkun ma' kull mara li se tidħol l-isptar bid-dulur li taf li se titlef it-tarbija tagħha u minflok tingħata l-kura dak il-ħin, se jkollha tistenna. Min se jieħu r-responsabilità? Smajna fuq li smajna diskorsi mimlija rabja - u fl-istess ħin tama - minn dawk li huma favur il-ħajja u favur l-għażla iżda bla ebda dubju, naħseb li lkoll naqblu li kliem l-attivista Andrea Dibben se jibqgħu eku f 'dawk l-erba' ħitan tal- Kamra, kliem li fi it sekondi rnexxielhom iġiegħlu lil Parlamentari ta' quddiemha jħossuhom viżibilment skomdi, għax 'il-body language' kixiom. Ċara u mingħajr tlaqliq qalet illi mal-ewwel ħsara li se ssir fuq mara, f 'indirizz lill- membri tal-Kumitat, "inthom se tkunu responsabbli." Ovjament, bħal kull diskussjoni f 'dan il-pajjiż, b'dispjaċir nirrimarkaw illi anke meta nitkellmu fuq kwistjoni b'tant urġenza u importanza bħal din, irridu ndaħħlu l-politka partiġġjana. Fil-fatt, fl- istess waqt kellna lid-Deputat Claudette Buttigieg, li qalet li tiem ir-rabja ta' hemm barra għax il-Gvern għamel U-turn, iżda l-Oppożizzjoni dejjem baqgħet konsistenti. Mhux ovja in-nies ikunu irrabjati, jekk il-mara lanqas biss għandha d-dritt li, jekk tkun f 'riskju li tista' twassalha għal mewt, tista' tagħżel li ttemm it-tqala, mixtieqa jew le. Mhux ovja li n-nies ikunu irrabjati jekk mara - fil-każ li jkunu eżawriti l-possibilitajiet ta' kura kollha u l-pass li jmiss huwa t-terminazzjoni tat-tqala - mhux biss trid toqgħod fuq konsulenza ta' tabib wieħed, mhux tnejn, iżda ta' tlieta. Mhux ovja li n-nies ikunu irrabjati jekk mara tiddeċiedi li tieħu r-riedni f 'idejha u tagħżel li ttemm it-tqala hi, trid toqgħod fil-ħabi ta' darha, bir-riskju li titlef ħajjitha jew li jekk tinqabad, tmur il-ħabs. Dak serħan il-moħħ! Jekk vera rridu s-serħan tal-moħħ, mela l-ewwel u qabel kollox, il-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom jaħdmu favur il-kwalità tal-ħajja, kif ilhom iwegħdu li se jagħmlu. Għandhom ikunu huma li jistaqsu: X'kwalità ta' ħajja għandha persuna jekk m'għandhiex dritt li tiddeċiedi fuq ġisimha? Jew se nkunu passivi u naħdmu biss biex naqilgħu ċ-ċapċip jew inkella se nibnu futur ġdid b'saħħa riproduttiva aċċessibbli għal kulħadd, mingħajr ħafna biża' li fl-elezzjoni li jmiss se nitneħħew mill-poter. Għax il-veru poter mhux is- siġġu Parlamentari li nsaħħnu, iżda li nagħmlu bidla fis-setturi soċjali kollha – kif diġà sar tajjeb fil-passat - biex ninidirizzaw lil kulħadd. Kif jgħid l-Ingliż għażiż politiku, "the ball is in your court". Iva, in-nies huma irrabjati

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023