Illum previous editions

ILLUM 2 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503085

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 19

09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' LULJU 2023 09 09 Il-kunsilli lokali għandhom jingħataw aktar poter u kompetenzi, u mhux inqas, filwaqt li għandu jkun hemm inqas indħil tal-Gvern ċentrali fil-ħidma tal-kunsilli lokali. Dawn kienu fost ir- rakomandazzjonijiet tal- għaqda Repubblika dwar il- Viżjoni Strateġika Nazzjonali tal-Gvern Lokali 2023-2030, li ġiet imnedija f 'Mejju li għadda mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali. Id-dokument ta' Repubblika jinnota fost oħrajn dak li ddeskriviet bħala temi neqsin fid-dokument li nħareġ mill- Gvern, fosthom li skont l-għaqda, "l-istrateġija tinjora kważi għal kollox l-aħħar rapport b'rakkomandazzjonijiet tal-Kungress Ewropew tal- Awtoritajiet Lokali u Reġjonali li ilhom iġemmgħu t-trab fil- kxaxen tal-gvern mill-2017." Nuqqas ieħor tal-viżjoni skont Repubblika, huwa li residenti permanenti f 'pajjiżna, irrispettivament jekk humiex Maltin jew le, għadhom ma jistgħux jivvutaw għar- rappreżentanti tagħhom fil- Gvern lokali. Huma spjegaw kif din l-esklużjoni, "toħloq ġerarkija ta' drittijiet inġusta u li toħnoq l-opportunità għal integrazzjoni soċjali u inklużjoni demokratika." Rigward in-nuqqas ta' poteri lill-kunsilli lokali, intqal li d-dokument ma jitkellem imkien dwar żidiet fil-kompetenzi tal- Gvernijiet lokali, iżda t-temi fid-dokument, "huma skużi biex ikompli jiżdied il-kontroll tal-ministri fuq il-Kunsilli." Fil- fatt, din kienet tema ċentrali fir-reazzjoni ta' Repubblika għal din il-viżjoni tal-Gvern, hekk kif ġie nnutat li meta l-poter ikun mifrux u mhux ikkonċentrat f 'post wieħed bħal dak ta' Gvern, jonqos il-klijentaliżmu, u jiġi assigurat li d-deċiżjonijiet politiċi u amministrattivi li jittieħdu ikunu jagħmlu sens għall- komunità li jaffettwaw. Ġie nnutat li l-Kunsilli ttieħdilhom ukoll il-poter li jibgħatu uffiċjali tal-infurzar biex jindirizzaw ċertu offiżi. B'referenza għal dak li seħħ aktar kmieni din is-sena fil- Belt Valletta, Repubblika nnutat li l-kunsilli waslu f 'punt fejn, "meta residenti lmentaw fuq storbju żejjed fit-triqat tagħhom, Kunsillier pubblikament ta parir liċ-ċittadini jieħdu l-liġi f 'idejhom u jaħslu lil min qed jikser il-liġi b'barmil ilma." Fid-dokument ta' Repubblika saret referenza wkoll għar-rabja ta' ċertu Sindki u Kunsilliera li b'mod pubbliku, esprimew it- tħassib tagħhom għall-fatt li qed jittieħdu deċiżjonijiet li jaffettwaw il-lokalitajiet tagħhom, iżda dawn mhux qed jiġu konsultati. Hawn intqal li l-elezzjonijiet tal- Kunsilli ma jkunux demokratiċi jekk dawn li jiġu eletti jservu biss ta' "assoċċjazzjoni tar-residenti." "Nammiraw Sindki u Kunsilliera li jitkellmu b'mod voċiferu u pubbliku biex jiddefendu linteressi tar-residenti tagħhom mill-intrużjonijiet u l-abbużi tal-poteri tal-gvern ċentrali meta l-gvern ċentrali jkun insensittiv għall-bżonnijiet tal-lokalitajiet milquta mid- deċiżjonijiet tiegħu. Iżda fl- istess waqt diżappuntati naraw li l-Kunsilli Lokali m'għandhomx – u milli kellhom, naqsilhom – il- poter li jieħdu sehem reali, legali, u li jorbot fid-deċiżjoni li tolqot il-lokalità tagħhom," tenniet Repubblika. Apparti dan, Repubblika għaddiet ukoll ir- rakomandazzjonijiet tagħha għall-viżjoni tal-Gvernijiet lokali. Fosthom, ġie rakomandat li fil- Kostituzzjoni, il-gvernijiet lokali għandhom jiġu deskritti bħala "gvern lokali immexxi mill-poplu tal-lokalità", u b'hekk ikompli jiġi diċentralizzat il-poter. Min-naħa ta' finanzi, Repubblika stqarret li l-Kunsilli Lokali għandhom ikunu awtonomi fid-deċiżjonijiet finanzjarji tal-lokalità tagħhom, sabiex jagħżlu huma l-prijoritajiet tal-lokalità. Apparti r-rakomandazzjonijiet li għandu jkun hemm inqas indħil mill- Gvern u li l-Kunsilli jingħataw aktar responsabbilitajiet, intqal li l-Belt Valletta tiġi rikonoxxuta b'mod legali bħala l-Belt Kapitali u allura l-Kunsill Lokali tal- Kapitali jingħata l-poteri u r-riżorsi biex ikun jista' jservi l-ħtiġijiet speċjali ta' belt kapitali. Id-dokument tal-għaqda jagħlaq bil-messaġġ li l-Gvernijiet lokali m'għandhomx ikunu trattati bħala "rigal tal- ministri", filwaqt li Repubblika ttenni li, "d-demokrazija lokali hi dritt taċ-ċittadini li għandhom dritt jieħdu sehem fit-tmexxijja tal-lokalitajiet fejn jgħixu, u għandhom dritt li dak is-sehem ikun effettiv, awtonomu, u ħieles mill-indħil ta' livelli oħra ta' gvern." Repubblika tappella għal inqas indħil mill-Gvern u aktar responsabbilitajiet għall-Kunsilli Lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 July 2023