Illum previous editions

ILLUM 9 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 19

Carmel Cacopardo 15 editorjal IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-weġa' meta jkollok tidfen lit-tfal tiegħek u mhux bil-kontra hija weġa' kbira wisq. Tant hu hu hekk li meta Jean Paul Sofia miet kaġun ta' fabbrika li sfronda, l-ewwel għajta kienet ta' inkjesta pubblika. L-għajta kienet xprunata minn numru kbir ta' inċidenti fis-settur tal-bini. Ir-risposta tal-Prim Ministru Robert Abela kien li la darba hemm Inkjesta Maġisterjali ma kienx hemm bżonn ta' Inkjesta Pubblika. L-ewwel inkjesta tfittex min hu kriminalment responsabbli, fit- tieni jkun hemm studju dwar min, għaliex, r-responsabbilità u d-dmirijiet ta' dawk involuti. Għalfejn il-Prim Ministru Robert Abela għażel li jinsisti darba, darbtejn u aktar li Inkjesta Pubblika m'hemmx bżonnha. Din hija kurjuża ħafna. Għalfejn daqstant għebusija tar-ras? Min jaħdem u jaf lil Robert Abela jiem li dan hu karattru tal-Prim Ministru, jiġifieri li jdaħħal xi ħaġa f 'rasu u ħadd ma jbiddel il-feħma tiegħu. Min-naħa l-oħra hemm oħrajn illi jgħidu li hemm xi ħaġa li ma nafux. Kumment li jinkwetak. Politikament ma kinitx tweġġa' l-Gvern li kieku Abela għażel ukoll li jagħmel Inkjesta Pubblika. Id-deċiżjoni ta' Abela hija waħda mill-aktar stramba u tibgħat messaġġ ħażin b'mod speċjali lill-familjari ta' Sofia. Turi wkoll nuqqas ta' apprezzament għad-dwejjaq li hawn għall-industrija tal- bini li jaħsbu li għandhom il-liċenzja biex jagħmlu li jridu. Fl-aħħar ma nistgħux ma nirrimarkaw dwar il-Maġistrata li qed tgħaqqad l-Inkjesta Maġisterjali. Għajb li din il- maġistrata damet daqshekk biex tlesti ix-xogħol tagħha. Konferma kemm il- ġudikatura, flimkien ma' istituzzjonijiet oħra, wkoll ibatu minn nuqqas ta' ħeġġa u enerġija. Tal-Love Island mhumiex 'role models' Barra minn Malta xandir nazzjonali ma xxandarx programmi ta' din il-portata. Iktar stramba kif l-awtorità tax-xandir baqgħet siekta fid-dawl tal-kontenut ta' dawn il-programmi. Mingħajr ma ninstemgħu dojoq, li tara doża qawwija ta' diskors fuq is- sess, persuni f 'relazzjonijiet superfiċjali u xeni ta' irġiel u nisa f 'pożi provokanti ma jagħmilx ġih lill-stazzjon nazzjonali. B'mod speċjali meta nafu kemm hawn żgħar taħt l-età li raw dan il-programm. Wisq aktar stramba kif il-kontestanti ta' Love Island spiċċaw mistiedna fir- residenza tal-Prim Ministru fil-Girgenti. Persuni li ċertament ma setgħux jitqiesu bħala xi champions ta' xi sport, jew eroj f 'xi episodju sfortunat jew inkella nies f 'xi azzjoni altruwista. Xejn minnhu, kienu xejn ħlief champions ta' vojeriżmu grottesk u ċarlatani ta' kultura miskina li rnexxiela tinbet fil-midja globali ... B'mod speċjali f 'dik kummerċjali u sensazzjonali. Il-każ ta' Jean Paul Sofia, każ ta' għebusija tar-ras jew...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 July 2023