Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1503367
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 9 TA' LULJU 2023 09 09 ANTHEA CACHIA Ilbieraħ iċ-Chairperson tal- ADPD Sandra Gauci organizzat u indirizzat protesta ġewwa San Pawl il-Baħar bl-għajta li ssir bidla radikali u jiġu indirizzati l-problema ta' storbju, ħmieġ, nuqqasijiet tal-Kunsill Lokali u l-iżvilupp. L-ILLUM tkellmet ma' Gauci, li spjegat li San Pawl il-Baħar u ż-żoni kollha li jagħmlu miegħu, "ilhom is-snin f 'telqa kbira u qed tittieħed il-kosta qisu xejn mhu xejn. Speċjalment il-Qawra fejn l-art qed tingħata biċ-ċiċri." Qalet li ilha resident tal-lokal għal aktar minn 20 sena u li f 'dawn is-snin kollha, għalkemm dejjem kien hemm nuqqasijiet, "qatt ma rajt impenn ta' barra minn hawn." Hawn l-ILLUM staqsietha għaliex proprju f 'San Pawl jekk ħafna mill-problemi li tenniet qegħdin jiġu affaċċjati minn residenti varji madwar il- gżejjer Maltin u għal dan qalet illi mhix problema ta' San Pawl biss iżda ta' Malta u l-ġlieda mhix biss ta' hemm iżda qed issir f 'isem ir- residenti kollha li jaraw mijiet ta' turisti ta' kull sena. Fid-diskors tagħha qalet li kemm hi kif ukoll residenti oħra xebgħu jkunu vittimi ta' minn lil San Pawl il-Baħar "jarah biss bħala post li jdawwar lira u jinsa kompletament lir-residenti." "Spiċċajna vittmi tal-istorbju tal-istabbilimenti ta' Darren Casha, tar-rgħiba ta' Anglu Xuereb li taħt kull Gvern irnexxielu jikkapparra art tal- poplu qisu ħadd ma jista' għalih. Issa anke Joseph Portelli se jieħu sehemu," kompliet Gauci. Qalet li huwa inkwetanti li apparti l-ħmieġ iġġenerat mir- residenti f 'dan il-lokal hemm telqa evidenti, b'bankini "ta' żmien Sant" li apparti li huma mkissrin, ta' kuljum ikunu ikkapparrati minn xkejjer taż- żibel li ġejjin minn blokka appartamenti. Waqt il-protesta talbet lin- nies biex iħarsu madwarhom, "fejn il-Ministru Clayton Bartolo wegħdna li kien se jirranġa l-pjazza qabel l-elezzjoni. Qed taraw xi ġmiel ta' pjazza? Imma l-Ministru jiffanfra bil-pjazza sabiħa tal-Mellieħa u lilna ħallilna dan il-monument ta' kruha fejn la hemm estetika, lanqas ħsieb u wisq anqas ippjanar serju." Hija qalet lill-ILLUM li r-residenti ma ta' San Pawl ma jagħtux donazzjonijiet kbar, ma jagħmlux ikliet u jistiednu lill- Prim Ministru iżda li jgħixu minn paga għal oħra u fuq art pubblika, ma tippretendix li r-residenti jkollhom iħallsu biex jaċċessawh sforz ir-rgħiba tan- negozjanti. Dwar dan residenta li tkellmet fil-protesta qalet li lkoll qed jopponu l-atroċitajiet u li ma jagħmilx sens l-iżvilupp rampani f 'post fejn diġà huwa mimli sa' ruħ ommu. X'qed jipproponu li jsir? L-ILLUM tistaqsi wkoll dwar il-pass li jmiss, jew aħjar, dak li qed jipproponu li jsir. Dwar dan Gauci tgħid li semgħet dak li kellhom x'jgħidu r-residenti u sostniet li hemm disa' bidliet li huma ta' priorità: 1. Aktar pulizija; 2. Sound meter fl-għases, f 'postijiet ta' divertiment u turistiċi li jkunu jistgħu jintużaw ta' malajr; 3. Aktar kenniesa; 4. Green wardens; 5. Skips taħt l-art u kontenitur taż-żibel għal kull blokka; 6. Post alternattiv għall- Berġa; 7. Ix-xatt jista' jkun aċċessat minn kulħadd, b'xejn; 8. Jinfetaħ il-parkeġġ tal- Iskola Primarja tal-Qawra u 9. Traġwardi ċari ta' meta se jibdew ix-xogħolijiet fil-pjazza ta' Buġibba. 'Għalihom il-qligħ, għalina l-istorbju u l-ħmieġ' Protesta f'San Pawl il-Baħar bl-għajta ta' bidliet radikali fil-lokal għal inqas ħmien u storbju... L-ILLUM titkellem ma' Sandra Gauci, organizzatriċi ta' din il-protesta u residenta irrabjata 'San Pawl jarawh biss bħala post biex jaqilgħu lira'