Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 19

Carmel Cacopardo 13 editorjal IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -istraġi fil-provvista tad-dawl u l-elettriku tul dawn l-aħħar ġranet f 'Malta u Għawdex wera bl-iktar mod ċar kif dak li konna naħsbu li ma kienx problema issa hija problema kbira. Rajna bl-iktar mod ċar li l-infrastruttura tal-pajjiż hija waħda fraġli u kif ukoll li għad fadlilna ħafna biex naslu fejn wasal ħaddieħor. Sa ċertu punt qed nassistu għall-prova oħra kemm ngħixu f 'medjokrità. Illum għandha 'power station' modern u ġiet tiswa l-pajjiż miljuni, b'sistemi avvanzati u dipendenza fuq il-gass, imma mbgħad kaos sħiħ fid-distribuzzjoni. Safrattant għandha interconnector bl-elettriku mill-Italja imma mbgħad problema biex inwasslu elettriku fid-djar tan-nies. Fid-dawl ta' danakollu nsiru nafu mhux bil-kliem iżda litteralment bil-fatti li ma aħniex kapaċi bħala pajjiż li nipprovdu provvista minn raħal sa raħal, għax għandna strutturi li huma antiki, mhux ta' livell għoli u kif ukoll limitati fl-użu. Apparti hekk jidher ċar li l-Enemalta u min kien u bħalissa għadu jmexxi kien jaf b'dawn problemi u ma għamel xejn biex isolvihom. Din ir-realtà. Realtà fejn konna nafu li din il-bużżieqa tista tisplodi f 'kull mument u ma għamilna xejn dwarha. Kellna reazzjoni għal danakollu għax kellna straġi fejn familji sħaħ u ħwienet sfaw bla dawl. Imbgħad biss kien hemm min iddikjara li ser jagħmel xi ħaġa. Ma nistgħux ukoll ma nikkumentawx fuq il-pass mgħaġġel ta' l-iżvilupp fejn litteralment kellna sitwazzjoni fejn l-ammont ta' bini u kumplessi kienu wisq għas-sistema ta' provvista. Pajjiż li tant kiber b'mod mgħaġġel li nesa' minn fejn beda u fejn sejjer. Sirna skjavi tar-rebgħa tal-kostruzzjoni u spiċċajna li pajjiżna ġibnih ħallata ballata. Hemm bżonn nitgħallmu minn dan l-inċident li ċertament mhux ser ikun l-aħħar wieħed, l-iktar meta tqis kif id- dinja inbiddlet. Hemm bżonn li dawk li qed imexxu pajjiżna jimu li d-direzzjoni li qegħdin fiha trid tinbiddel. Iridu nkunu aktar konxji f 'dak li jseħħ għoxrin u erbgħin sena oħra. Li nibqgħux skjavi tan-numri u r-rekords u li nerġgħu lura għal it normalità u serħan il-moħħ. It-tagħlima ħadniha jew le?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023