Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696
18 oroskopju IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo għalik Libra ser ikun il-waqt li minn dak li kont qiegħed tħossok inċert issa tgħaraf li int qiegħed f 'pożizzjoni aħjar ta' kif għandek tiddeċidi. Għalhekk issa li int qiegħed tħossok ferm aħjar, wettaq dak li huwa meħtieġ u b'hekk int tissaħħaħ. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Pisces. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo għalik Scorpio ser ikun il-forza tiegħek sabiex tegħleb dak il-mewġ li qiegħed iħabbat lejk, mewġ li sa issa żammek milli tkattar dak li inti tixtieq. Iżda issa int ser tkun kapaċi twettaq dan u għalhekk għaraf emmen iżjed fik innifsek. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Capricorn. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tourmaline. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo għalik l-Sagittarius huwa dak il-mument li tgħaraf aħjar il-ħajja li int għażilt. Issa ma tistax tibqa marbut mal-passat, issa għażilt il- pass 'il quddiem u għalhekk ħalli warajk il-passat u ffoka biss lejn dak fil-preżent. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Gemini. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Sapphire. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din it-tielet ġimgħa taż- żodjaku ta' Leo għalik Capricorn huwa l-waqt li jekk int taħseb li dak li int qiegħed tesperjenza huwa affidabli għalik, għallura ikkonċentra fuq dak u tħaresx lejn xejn aktar u tipprovax tmur għal xi ħaġa oħra u ikkonċentra biss fuq dak li għandek. Analizza. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amethyst.Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo għalik Aquarius huwa l-mument ta' gwida minn xi ħadd li int verament tafda. Int taf li wasalt għal bżonn ta' gwida f 'dak li int tixtieq tkompli twettaq. Għalhekk għaraf fittex din il-gwida minn għand dik il-persuna li verament tafda. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din it-tielet ġimgħa taż- żodjaku ta' Leo għalik Pisces ser ikun il-waqt għaqli għalik sabiex tkompli bid-tibdil li int bdejd twettaq, tibdil li qiegħed ibiddel il-ħajja tiegħek lejn aktar stabbilta'. Għalhekk kompli miexi u taqtax qalbek. Għalkemm kull tibdil iġib miegħu ċerta sagrifiċji xorta ibqa miexi. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Sagittarius. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Opal. Namaste L-OROSKOPJU GĦALIK FIŻ ŻODJAKU TA' LEO MILL-ĦADD 30TA LULJU SAS-SIBT 5 TA' AWWISSU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo għalik Aries ser ikun mument ta' aktar determinazzjoni sabiex turi l-vera kapaċitajiet tiegħek, turi kemm int vera kapaċi fit-twettieq tiegħek u dan żgur ser ikun qiegħed jgħolilek il-moral għal aktar stabbilta' f 'dak li hemm riesaq lejk. Irrifletti. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Leo. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi c-Citrine. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo għalik Taurus huwa l-waqt għal aktar ippjanar dwar il-futur tiegħek u kif ser tkun qiegħed tqassam bejn dak li int qiegħed tesperjenza fil- preżent għal dak li għandek ġej fix-xhur li ġejjin. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex ikollok pjan ta' bilanċ. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Libra. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste Gemini mill-28 TA' MEJJU sal- 20 ta' Ġunju F'din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo għalik Gemini ser ikun il- mument li tgħaraf aħjar int min int u dan ser jagħmlek aktar kunfidenti fit-twettieq li hemm ippjanat għalik. Ovvjament minbarra l-proġetti preżenti hemm oħrajn ġejjin iżda issa ser tara dik id- differenza fik innifsek. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Virgo. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers eye. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-21 Ta' Lulju F'din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo għalik Cancer ser ikun il- waqt ta' għarfien aħjar dwar kif int tista' tqassam dak li int għandek bħalissa. Xi kultant qiegħed tħoss dak it- toqol, tħossok bħal qisek mitluf iżda dan ser jinbidel u ser tibda tgħaraf aħjar. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aries. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din it-tielet ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo għalik l-istess Leo ser ikompli jikkonferma fik kemm int persuna li akkost ta' kollox trid tasal u twettaq dak kollu li hemm ġewwa fik. Ovvjament trid tgħaraf ukoll li kollox ikun imwettaq b'aktar għaqal u dan sabiex kollox ikun imwassal kif għandu jkun. Analizza. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Taurus. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Topaz. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'din it-tielet ġimgħa taż- żodjaku ta' Leo għalik Virgo ser jagħmlek tifli b'aktar reqqa dak it- twettieq li tixtieq twettaq fix-xhur li ġejjin. L-esperjenza għalmitek li ma taġġilx, iżda li tanalizza b'reqqa kull deċiżjoni rigward il-futur tal-karriera tiegħek. Għalhekk għaraf idħol fil-profond tiegħek innifsek. Iż-żodjaku l-aktar li tħossok komdu miegħu ġej minn Aquarius. Il-kristalla idejali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Pearl. Namaste IL-QMURA TAL-ĦAMES ŻODJAKU : LEO L-Ewwel Parti : Bħal kull żodjaku jkun hemm dawk id-diversi aspetti nteressanti li tajjeb wieħed ikun jaf aktar dwarhom, bħal il-fażijiet tal-qmura, l-kristalli u x-xemgħat idejali waqt dan iż-żodjaku kif ukoll il-ġranet u tant aspetti li kull żodjaku joffri sabiex il-ħajja ta' madwarna tinżamm kemm tista' fuq enerġija pożittiva. Iżda f'dan l-artiklu s-suġġett prinċipali huwa l-QMURA waqt dan il- ħames żodjaku ta' Leo sabiex naraw il-benefiċċji li joffru dawn iż-żewg qmura kemm il-qamar kwinta kif ukoll in-new moon. Is-sinjifikat tal-qmura dejjem jiġbed dik l-attenzjoni partikolari tal-bniedem sabiex jibda jagħraf dawk l-aspetti ta' gwida li kull fażi tal-qamar nesperjenzaw. Tajjeb li wieħed jagħraf li barra dwan il-qmura kemm dak kwinta u kif ukoll dak tan-new moon hemm fażijiet oħra tal-qmura li wkoll joffru aspett ta' indikazzjoni bħal meta jkun nofs qamar jew ikun kwart tal-qamar fost oħrajn. L-ewwel qamar li ser nesperjenzaw f'dan il-ħames żodjaku ta' Leo huwa dak tal-qamar kwinta li jibda t-Tlieta 1 ta' Awwissu u jintemm sbieħ il-Ġimgħa 4 ta' Awwissu waqt li n-new moon ser inkunu qegħdin nesperjenzawh l-Erbgħa 16 ta' Awwissu u jintemm mas-sbieħ tal jum tal- Ħadd 20 ta' Awwissu. Bħal dejjem żewġ qmura li joffru diversi aspetti ta' benefiċċji kemm liż- żodjaku ta' Leo, kemm liż-żewġ żodjaki li huma ikkombinati fl-istess element ta' Leo iġifieri ż- żodjaki ta' Aries u Sagittarius kif ukoll lil diversi żodjaki oħra IKOMPLI . L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON