Illum previous editions

ILLUM 30 July 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 19

aħbarijiet 07 IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum Maġisterjali kixfet l-inkompetenzi u tal-kostruzzjoni liċenzjat biex jagħti dan it-taħriġ jew li toħroġ liċenzji) u li kien aktar iffukat fuq armar għall- konkos. Carku xehed illi huwa bilkemm ħadem fuq ħitan u ma kienx jaħdem hemm kuljum. Min-naħa l-oħra Gentjan Carku xehed illi hu ma kellu ebda taħriġ fil-kostruzzjoni iżda ħadem fuq il-bini tal-ħitan tal- fabbrika ta' Kordin. Denis Carku wkoll xehed li ma kellux kwalifiki dwar il-kostruzzjoni u li ħadem fuq l-armar. Qabel il-kollass huwa kien ħadem fuq is-sit għal madwar erbat ijiem, u ma kinux konsekuttivi. Punt interessanti huwa illi fuq il-kotba ta' AllPlus Limited, dawn il-ħaddiema flimkien ma' Milomir u Marku Jovicevic kienu rreġistrati bħala mastrudaxxa. Torpiano rrimarka li, "l-istorja tal-impjieg tagħhom, anke wara l-kollass, minn AllPlus Limited għal MilMar Construction Limited, jkompli juri taħwdi u manuvrar li żgur ma jassigurax d-drittijiet tal-istess ħaddiema." Il-ħaddiema qalu wkoll illi dawn qatt ma raw lill-Perit Adriana Zammit fuq is-sit waqt li kienu jaħdmu u lanqas qatt rċevew istruzzjonijiet mingħandha. Fil- fatt hija kienet tiddependi fuq Whatsapp tal-grupp biex tibgħat istruzzjonijiet u biex tirċievi ritratti sabiex tkun taf x'qed jiġri fuq is-sit. B'hekk ġie preżunt illi hi għamlet superviżjoni ibbażata fuq ritratti mibgħuta f 'dan il- grupp. L-OHSA ma marritx fuq is-sit għaliex ma kinitx infurmata bil- proġett Il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA, dott Mark Gauci sostna wkoll illi s-sidien ma kinux awżaw lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol kif suppost u għaldaqstant "il- proġett ma waqax taħt ir-radar tal-Awtorità." B'hekk ma kien hemm l-ebda spezzjoni mill- uffiċjali tal-awtorità, anke biex jaraw jekk is-sit kienx sigur għall- ħaddiema, jekk kienx hemm l-ilqugħ meħtieġ u jekk kellhomx ilbies protettiv fost oħrajn. Dan biex ma nsemmux li skont ir-ritratti eżebiti minn Schembri jew fil-fajl tal-Perit, elevati mill- Pulizija fit-28 ta' Marzu 2022, jew fil-mobajl ta' Sofia turi li l-ebda wieħed mill-ħaddiema qatt ma kien jilbes xi lbies protettiv. Trasferiment ta' proprjetà b'valutazzjoni ta' €250,000 lis- sieħeb ta' Zammit Din l-inkjesta tindika wkoll li l-perit għamlet trasferiment ta' proprjetà f 'Ħaż-Żabbar flimkien ma' garaxx lis-sieħeb tagħha, valutati €250,000, ġimgħat wara l-kollass f 'Kordin. "Innoċentament" dawn it- trasferimenti ġew mogħtija biex jagħmel tajjeb għal dak dovut lis-sieħeb tagħha Eman Abela, minn Zammit. F'termini legali dan huwa referut bħala datio in solutum. Hemm min jargumenta illi din it-tip ta' prattika, b'mod ġenerali, tintuża biex jiġu trasferiti flus jew assi u din tista' tkun forma ta' frodi. Naturalment, meta ssir tali akkuża trid tiġi sostanzjata bl- evidenza konkreta li tipprova li din qed issir f 'forma ta' frodi. X'għandu x'jaqsam ma' din l-inkjesta? Il-Maġistrat għamlet referenza għal WhatsApp chats bejn Zammit u xi ħadd bl- isem ta' Christian minn Jannar tal-2023 'l quddiem, jiġifieri xahar wara l-inċident. Dawn il- konverżazzjonijet jindikaw illi l-perit bdiet titrasferixi numru sostanzjali ta' flus lil terzi parti. Filwaqt li l-Maġistrat tirrimarka li din innifisha mhix illegali, qalet li di l-imġieba tista' tiġi investigata fuq possibilità ta' pjani li ssir xi forma ta' frodi. X'jgħidu l-konklużjonijiet finali ta' din l-inkjesta ? • Ir-raġunijiet prinċipali tal-kollass tal-bini kien proprju d-diżinn strutturali tal-binja u li għaldaqstant id-diżinn naqas li jikkonsidra kemm aspetti ta' stabbilità ta' ħitan - skont l-istandards applikabbli - kif ukoll ta' reżiljenza jew irbit tal- istruttura għal kontra kolassi katastrofiċi f 'każ ta' inċident. • Ma jirriżultax li l-perit Adriana Zammit għamlet il- kalkoli neċessarji biex tassigura li d-diżinn u l-ispeċifiċi kienu jassiguraw l-istabbiltà tal-ħitan u tal-binja kollha. • Il-perit Adriana Zammit naqset ukoll milli tagħmel ispezzjoni tal-proċess ta' kostruzzjoni, biex tkun ċerta li l-ħaddiema u min kien qiegħed imexxihom jifhmu l-importanza ta' ċerti dettalji ta' kostruzzjoni u biex tkun ċerta li d-diżinn tagħha kien qiegħed ikun segwit fis-sħiħ, biex anke forsi tinduna aħjar il-bżonn ta' xi tibdiliet fil-konfigurazzjoni tal-binja li kienet iddiżinjat. • L-espert qal illi n-nuqqas ta' bennej bil- liċenzja, jew kwalunkwè kwalifika formali oħra, fuq is-sit ċertament ikkontribwiet għal sitwazzjoni li wasslet għall- kollass. • Ġie stabbilit illi John Muscat, li suppost kien il-bennej bil-liċenzja fuq is-sit, fil-verità ma ffirmax 'l-Avviż ta' Bidu' biex jikkonferma li huwa kien se jieħu din ir-responsabbiltà. Skont l-investigazzjonijiet li saru permezz tal-Inkjesta u minn Joe Mallia (espert kalligrafu), il-firma ta' Muscat kienet fil-fatt iffalsifikata minn Matthew Schembri, in-neputi ta' Muscat. B'hekk l-esperti jgħid illi Schembri naqas billi iffalsifika l-firma tal- bennej. Muscat invoka d-dritt tas-silenzju u għaldaqstant l-espert al-kalligrafija żamina l-kaligafija ta' Schembri fost dokumenti preżentati, relatati mal-proġett. • Kemm Matthew Schembri kif ukoll Kurt Buhagiar naqsu milli jappuntaw bennej bil-liċenjza, jew persuni bi kwalifiċi tekniċi ekwivalenti biex imexxu x-xogħol fis-sit. • Schembri ma jirriżultax li kellu r-rekwiżiti tekniċi biex imexxi sit ta' kostruzzjoni, "u li kien biss jagħmilha ta' conduit biex l-istruzzjonijiet tal-perit jasslu fuq is-sit u biex jordna l-materjali meħtieġa." Jidher li lanqas hu ma kien ikun fuq is-sit ta' spiss u fil-fatt xehed li kultant Jean Paul Sofia kien jibgħatlu ritratti biex jgħidlu fejn kien wasal ix-xogħol, minn Settembru tal-2022 'il quddiem. Dan ġie indikat fl-iskambji ta' Whatsapp ta' bejniethom, minkejja li hu ma kienx impjegat ma' AllPlus Limited u lanqas ma' MilMar Construction Limited. Fil-fatt fil-mobile ta' Sofia instabu numru ta' ritratti ta' progress ta' xogħol ikkomunikati ma' Schembri. • Jean Paul Sofia kien impjegat ta' WhiteFrost Co.Limited iżda mhux ċara x'kienet ir-relazzjoni bejn il- klijent tal-proġett AllPlus u WhiteFrost, ħlief li Schembri kien id-direttur u azzjonist tat- tnejn. • Sofia żar is-sit darbtejn dakinhar tal-kollas, l-ewwel darba kien qiegħed isuq van ta' WhiteFrost Co Limited u beda jġorr xi materjal lejn u lil hinn mis-sit. Min-naħa l-oħra t-tieni darba mar biex jara x-xogħol u jieħu xi ritratti, fil-fatt kienu biss it mumenti wara li ikkollassa l-bini. • Din l-inkjesta tqajjem il-punt illi minkejja li Sofia ma kienx wieħed mill-ħaddiema li kienu qed jaħdmu fuq is-sit seta' jidħol u joħroġ mis-sit mingħajr kontroll jew awtorizazzjoni, mingħajr tagħmir protettiv personali. • Fir-rigward ta' Milomir Jovicevic, bħala direttur ta' MilMar Construction Limited, skont ix-xhieda ta' Schembri u Buhagiar, naqas li jieħu kontroll effettiv tal-proġett ta' kostruzzjoni u jipprovdi ħaddiema mħarrġa u tas-sengħa u għaldaqstant jġorr responsabilità ta' dak li ġara. • "L-impjieg ta' ħaddiema li ma kellhomx esperjenza f 'dan ix-xogħol huwa nuqqas kemm tal-kuntrattur li qabbadhom, kif ukoll tas-sistema, li waqt li tagħmel ħafna kontrolli fuq ħafna affarjiet, ma tagħmel l-ebda kontrolli fuq minjaħdem fuq siti ta' kostruzzjoni li huma intrinsikament perikolużi. Mix-Xellug għall-lemin: Kurth Schembri, Adriana Zammit u Matthew Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 July 2023