Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1504696
10 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda. GRAZIELLA GALEA X'ħajjrek tidħol għall-politika u xi tfisser il-politika għalik? Nista' ngħid li l-politika kienet parti minn ħajti minn mindu twelidt. F'dan is-sens diffiċli ngħid x'ħajjarni nidħol għall-politika. Dan minħabba l-fatt li jiena ma nafx ħajja mingħajr politika. Minn qabel twelidt missieri kien diġà attiv fil-politika. Ta' età żgħira niakarni ndur minn attivita' politika għal oħra mal-ġenituri tiegħi. Ma nistax ngħid li kien żmien faċli, b'mod partikolari meta missieri kien sospiż b'nofs paga sempliċiment minħabba li kien kiteb artiklu fil- gazzetta. Dak iż-żmien, il-Gvern ħaseb li kien artiklu kontra l-Gvern tal- ġurnata. Għalkemm jien kont żgħira, il-familja kellha tgħaddi minn tbatija kbira. Għadni sal-lum nisma' lil ommi tirrakonta minn xix kellha tgħaddi biex, dak iż-żmien trabbi lili u lil ħija. Din l-esperjenza ispiratni biex nibqa' nemmen f 'dak li naħseb li hu tajjeb anke jekk hemm bżonn li tagħmel sagrifiċċji. Kien għalhekk li mbagħad iktar ma bdejt nikber iktar ridt nagħti sehem dirett fil-politika, l-ewwel permezz tal-kumitat sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista ta' San Pawl il-Baħar, u wara b'diversi modi oħra, bħall-eżekuttiv tal-P.N., fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, fil- Kumitat Reġjonali, fil- KKLPN, fl-eżekuttiv ta' l-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Lokali u llum il- ġurnata bħala Membru Parlamentari. Il-Politika għalija tfisser dak kollu li nista' nagħmel biex nara lil pajjiżi u n-nies ta' pajjiżi jgħixu aħjar. Kif issib il-bilanċ bejn il-karriera politika u l-ħajja personali? Il-bilanċ fil-ħajja politika hija diffiċli. Fil-ħajja politika, malajr tinduna li l-politika tokkupa ħafna ħin. Kif inhi s-sistema f 'pajjiżna għalkemm jien deputat, irrid nagħmel ix-xogħol tiegħi ta' kuljum, bħala perit, kif ukoll xogħol ieħor marbut mal-ħtiġijiet tad-dar. Dan mhux faċli u naħseb li fir-realta' l-bilanċ ma jeżistix. Nipprova nsib it ħin liberu biex inqatta' it ħin ta' mistrieħ mal- familja, għalkemm dan m'huwiex faċli għax ħafna drabi fil-ħin liberu jkolli xi attivita' politika. Fil-ħajja politika hemm impenji ferm iktar minn dawk li jidhru, u dawn jokkupaw parti sewwa mill-ħajja tal-politiċi. Dan ikompli jinħass minħabba l-attivitajiet li jiġu organizzatai fuq livell lokal. F'xogħolok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar f 'xogħolok? Jiena l-kelliema tal- Oppożizzjoni għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. Dawn huma suġġetti li issa saru għal qalbi iktar minn qabel. Il-volontarjat hu importanti ferm għal Pajjiżna però baqalna ħafna x'nagħmlu biex naraw li l-volontarjat jiġi verament apprezzat. Fis-settur tal-inklużjoni, u allura fost l-oħrajn dak li jikkonċerna l-persuni b'diżabilità, għalkemm pajjiżna mexa ħafna 'l quddiem, m'għandix dubju, u dan mingħajr ma nkun partiġjana (għaliex nemmen li f 'dan is-settur ma għandiex tidħol il-politika), meta titkellem man-nies involuti f 'dan il-qasam, anke persuni li għandhom diżabilità' jew li qrabathom għandhom diżabilità, wieħed faċilment jinduna li baqa' ħafna iktar xi jsir. Dan hu wkoll minħabba l-fatt li x-xjenza, u t-teknoloġija dejjem javvanzaw. Allura trid tagħmel l-almu tiegħek biex tagħmel użu tajjeb mill-avvanzi li jsiru. Ovvjament imbagħad hemm il-ħidma li għandha x'taqsam iktar mad- distrett li nirrapreżenta. F'dan is-sens il-ħtiġijiet distrettwali u tar- residenti tad-distrett ma jispiċċaw qatt. Għalhekk nara li nżomm kuntatt kontinwu mar-residenti ħalli verament nista' nkun il-vuċi tagħhom fil-Parlament. Bħala eks Sindku, x'taħseb li huma l-isfidi li jaffaċċjaw il- Kunsilli Lokali ta' kwalunkwe lokalitá, u xi sfidi partikolari taħseb li jeżistu għall-lokalitá li kont tirrappreżenta b'mod speċifiku? Meta tmexxi kunsill lokali naħseb l-ikbar sfidi huma il-finanzi u l-burokrazija li hemm fis-sistema. Il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar bħaissa qed tiffaċċja sfidi kbar b'mod speċjali fejn tidħol sigurtà fil-lokal, storbju eċċessiv minn ċerta negozji li ma jħallux resident fil-kwiet ta' daru u naħseb l-ikbar problema hija l-ġbir tal-iskart u l-indafa. Is-sistema li daħlet dan l-aħħar hi riċetta l-istess għal kull lokalità u naħseb li hi sistema li falliet qabel bdiet f 'dak li għandu x'jaqsam mal-ġbir tal-iskart. Dan għaliex għalkemm aħna pajjiż żgħir però mhux kull lokalità hija l-istess. Hi ħasra li kif kien ġara f 'San Pawl il-Baħar, ikun hemm min lest idaħħal il-politka biex flok juzaha ta' ġid, juzaha biex itellef il-ħidma tal-Kunsill Lokali. Inti l-unika kandidat mara mill- Partit Nazzjonalista li tlajt mill- ewwel fl-aħħar elezzjoni ġenerali, fis-sena li ntużat għall-ewwel darba l-mekkaniżmu tal-ġeneru. Taħseb li dan il-mekkaniżmu għamel aktar ħsara milli ġid għan-nisa b'aspirazzjoni politika? Konna ilna snin ngħidu li hemm bżonn li jsir xi ħaġa biex naraw iktar nisa fil-Parlament Malti. Fl- aħħar, wara li ntuża l-mekkanizmu, verament issa għandna iktar nisa fil-Parlament. Però hi verità wkoll li kienu it in-nisa li ġew eletti fil- Parlament b'mod dirett. Għalkemm fil-każ tal-Partit Nazzjonalista, kont jiena l-unika mara, illum il-ġurnata hu ta' pjaċir għalija li nara daqstant nisa fil-Parlament. Għalkemm ħafna jitkellmu fuq l-ugwaljanza, ir-realtà hi li ħafna drabi x-xogħol tad-dar u t-trobbija tal-familja jaqa' fuq il-mara. Il-mekkaniżmu jgħin aktar biex in-nisa jkollhom vuċi fl- ogħla istituzzjoni ta pajjiżna, però nemmen li jista' jkun hemm titjib tas-sistema biex naraw iktar nisa li jitilgħu fil-Parlament mingħajr ma jkollhom bżonn il-mekkaniżmu. Issa li aħna eletti, irridu naraw li nżommu kuntatt man-nies u nkunu l-vuċi tagħhom, sabiex fl-elezzjoni li jmiss iktar nisa ma jkollhomx bżonn il-mekkaniżmu biex ikunu eletti. Mhux ser ngħid li l-mekkaniżmu fih innifsu għamel il-ħsara, għaliex kieku ma kienx dan l-istess mekkaniżmu, kien ikun hemm ferm inqas nisa fil- Parlament. Madanakollu nemmen li hu importanti li n-nisa jwasslu l-messaġġ tagħhom b'mod iktar qawwi għand l-elettorat, biex ma nħallux li fil-kampanji elettorali jkun hemm min jaghmel kampanji ta' 'issa dawk jitilgħu bil- mekkaniżmu tal-elezzjoni'. Biex in-nisa jiżdiedu fil-Parlament, aħna n-nisa li qegħdin fil-Parlament illum għandna naraw li sal- elezzjoni li ġejja nkunu wrejna li kapaċi nirrappreżentaw u nitkellmu favur il-ħtiġijiet tan-nies b'mod li n-nies ikunu jafuna ferm aħjar. Tappella sabiex aktar nisa jidħlu fil-politika? Bla dubju, IVA. Għalkemm mhux faċli nappella biex l-ikbar numru ta' nisa possibli jersqu 'l quddiem u jagħtu s-sehem tagħhom, minkejja l-isfidi ikbar li għandna biex nipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja pubblika. Matul l-aħħar snin il- mara għamlet avvanzi kbar f 'bosta oqsma u nemmen li l-politika m'għandiex tkun eċċezzjoni. Bħalma llum hemm iktar gradwati nisa milli rġiel, nemmen li xejn m'għandu jwaqqaf lin-nisa milli jipparteċipaw b'mod iktar qawwi fil- ħajja politika. Nemmen li l-poltika meta tużaha bħala għodda biex verament tagħmel is-sewwa, timlik b'sodifazzjon kbir. Din għalija hija l-isbaħ ħaga li għandek fil- politika. Irridu nkunu onesti sabiex dak li nemmnu fih, naħdmu biex inwettquh, minkejja l-isfidi li aħna n-nisa, iktar mill-irġiel, niltaqgħu magħhom. Id-deputata Nazzjonalista, Graziella Galea hija l-unika mara li ġiet eletta b'mod dirett fil-Parlament mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista. Hija ilha tgħix ħajja viċin tal-politika minn mindu kienet ċkejkna, u ma' din il-gazzetta tkellmet fost l-oħrajn dwar kif tixtieq tara aktar nisa jidħlu fil- politika minkejja l-isfidi li jsibu ma' wiċċhom