Illum previous editions

ILLUM 6 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 19

opinjoni Huwa l-Partit Laburista dak li jista' jagħti l-aqwa soluzzjoni għall-isfidi tal-lum u għada J ien nimmilita fil-Partit Laburista għax nemmen f 'qalbi kollha li huwa l-Partit Laburista li jista' jagħti l-aqwa soluzzjoni għall-isfidi tal-lum u għada. Nemmen li l-Partit Laburista qiegħed fl-aħjar pożizz- joni li jmexxi lil pajjiżna 'l quddiem għal diversi raġunijiet. L-ewwelnett jien nemmen li l-Partit Laburista – u hekk hu – u mnebbaħ mill-prinċipji tal-ġustizzja soċjali. Jekk naraw it-turrun miżuri li wettaqna fl-aħħar snin issib kif dak li għall-Partit Nazzjonalista fil- Gvern kien impossibbli li jsir, Gvern Laburista għamlu possibbli. Pensjonijiet? Kienu jgħidulna li hu impossibbli li l-Gvern jibqa' jħallas għall-pensjonijiet. Illum għandna Gvern li mhux talli issalvawgardja l-pensjonijiet imma talli qed iżidhom. Servizzi soċjali? Jekk ikolli nsemmi l-ammont ta' servizzi soċjali li dan il-Gvern nieda, nista' nibqa' sejjer s'għada. Allura se nsemmi l-iktar tnejn għal qalbi: l-in-work benefit u l-għajnuniet għal min jieħu ħsieb il-persuni b'diżabbilita'. L-oqsma msejħa soċjali? Qas paragun. Gvern Laburista investa fl-Edukazzjoni, fis-Saħħa u f 'tant u tant setturi oħrajn li huma fis-sisien tat-twemmin tagħna. U nemmen li ħafna jaqblu li fejn jidħol it-tqassim tal-ġid, Gvern Laburista hu ħafna u ħafna aħjar minn kwalunkwe amministrazzjoni oħra. Però mhux biss. Gvern Laburista huwa tajjeb ukoll biex joħloq il-ġid. Għax biex tqassam il-ġid, l-ewwel trid toħolqu. Mhux tieħdu lil ħaddieħor, jew tirkeb fuq il-ġid tal- ġenerazzjonijiet ta' warajna, imma toħloq il-ġid. U hawnhekk rajna li bit-tħaddim ta' politika li żżewweġ flimkien il-Gvern mas-settur privat, sar ħafna u ħafna ġid. Ħafna drabi il-proġetti li setgħu saru aħjar l-iktar li jattiraw headlines. Veru. Kien hemm proġetti li setgħu saru aħjar. Irridu dejjem intejbu u nkunu aħjar. Imma żgur hu li kemm taħt il-Prim Ministru Joseph Muscat u issa taħt il-Prim Ministru Robert Abela kellna u għandna ekonomija vibranti, li tagħti l-frott u toħloq il-ġid. Dan kollu ma ġiex b'kumbinazzjoni imma għaliex inħoloq ambjent kbir ta' fiduċja, b'settur privat lest li jinvesti u jaħdem. Konna wegħdna middle class ġdida u ħloqnieha. Bl-istess mod issa rridu nkomplu nidħlu f 'era ta' prosperità ġdida fis-sens li l-metodu tal-ħolqien tal-prosperita' jevolvi sabiex joħloq kwalita' ta' ħajja aħjar, jagħti nifs iktar lill-ekonomija l-ħadra, id-diġitalizzazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni u t-teknoloġija. F'kull waħda minn dawn pajjiżna jista' jkun fost l-aħjar fir-reġjun u 'l hinn. Jien ngħodd ruħi ma' dawk li jissejħu taċ-ċentru radikali. Għalija dak il-mudell li għandna naddottaw biex inkomplu mexjin 'il quddiem kif m'għandix dubju li se nagħmlu. Għaliex in-naħa l-oħra x'qed joffru? Tkellmu fuq id-dawl u werwru lil kulħadd bil-proposti tagħhom għax dak li jridu jagħmlu kemm-il darba li jitilgħu fil-Gvern iwassal biex jogħlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jitneħħew l-għajnuniet (kif dejjem appellaw biex isir). Dan eżempju wieħed u nista' nibqa' sejjer. Jien nemmen li Robert Abela hu l-bniedem li se jkompli jegħleb l-isfidi tal-lum u dawk li għadhom iridu jiġu, li se jkompli jagħmel lil pajjiżna future-proof b'qalb soċjali tħabbat u ekonomija vibranti li tilqa' fi ħdanha r-realitajiet il-ġodda tal- ġenerazzjoni li qed ngħixu fiha. Nemmen li hemm żewġ affarijiet kruċjali f 'din il-ħidma kollha. L-ewwel nett, kull persuna għandha tiġi valorizzata. M'hemmx ħitan, imma pontijiet, m'hemmx preġudizzji jew kburija, imma id tal- ħbiberija. Aħna katina waħda. Jekk ikun hemm ħolqa li tinfetaħ jew tinkiser, il-katina ma tiġi tiswa' xejn. It-tieni nett li aħna rridu kull ma jmur nikbru u niħu jdejna għal nies u elementi ġodda. Li jfisser li rridu nilqgħu magħna kull min għandu rieda li jaħdem għal dan il-pajjiż aħjar. Ma jinteressaniex mill-għażliet politiċi li setgħu saru lbieraħ, li jinteressana hu l-futur li rridu nimxu flimkien. Jien indur id-djar u niltaqa' ma' diversi żgħażagħ u nies oħrajn li jissorprendu rwieħhom meta nieħdu interess f 'dak li jaħsbu jew li jagħmlu u nibqgħu nsegwu. Jissorprendu rwieħhom għaliex jgħidu: isma aħna qatt ma għażilna s'issa l-Partit Laburista. Jien dejjem ngħid: aħna li jinteressana minn għada mhux mill-bieraħ. Konvint li Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela se jieħu lil pajjiżna għall-pass li jmiss 'il quddiem. Aktar fdalijiet strutturali Rumani skoperti qrib id-Domus Romana Partijiet minn tliet ħitan, b'għoli ta' kważi tliet metri, flimkien ma' fdalijiet strutturali oħra, instabu waqt skavar ħdejn id-Domvs Romana fir-Rabat. Din kienet aħbar li lili interessatni ħafna. Minkejja li l-evidenza tipponta lejn dak ta' użu domestiku, din l-iskoperta għadha ma turix l-istampa kollha sabiex jiġi kkonfermat li dawn il-fdalijiet huma filfatt parti minn dar. Issa l-iskavar ser jissokta s-sena d-dieħla sabiex jintefa' aktar dawl fuq dak li nstab s'issa. Din l-iskoperta saret dan is-sajf, bħala parti mill-Proġett Melite Civitas Romana, li hu proġett internazzjonali ta' riċerka ffokat fuq id-Domus Romana u l-inħawi ta' madwarha minn tim ta' iktar minn 40 arkeologu minn diversi pajjiżi. Il-proġett hu mmexxi minn Heritage Malta, b'David Cardona bħala r-rappreżentant tagħha u d-Direttur Ewlieni tal-proġett, b'kollaborazzjoni mal-Istitut għall- Esplorazzjoni Diġitali (IDEX) mill-Università tan-Nofsinhar ta' Florida, b'Dott. Davide Tanasi bħala Ko-Direttur. Dan flimkien ma' tim ta' arkeologiAwstraljani u Ingliżi bl-isem ta' Intercontinental Archaeology, b'Robert Brown, Andrew Wilkinson u Dott. Benedict Lowe bħala Ko-Diretturi. Din l-iskoperta tista' tiġi deskritta bħala parti żgħira minn skoperta kbira. Madankollu, il-kontribut tagħhah uwa siewi fuq diversi livelli. L-ewwel nett, din ser twassal sabiex wieħed jiem aħjar l-iskavi li kienu saru f 'din iż-żona mit- Tabib Sir Temi Zammit bejn l-1920 u l-1925. It-tieni, ser tkompli żżid mat-tagħrif biex wieħed jiem l-istrutturi ta' dawn l-inħawi. Barra minn hekk, hija wkoll pass ieħor eqred lejnbiex nimu aktar is-sehem ta' dawn l-istrutturi fil- ħajja ta' kuljum u fil-mod kif kienet imqassma l-belt Rumana antika magħrufa bħala Melite. Il-ħitan ġew skoperti f 'żona li tinsab fuq wara tad-Domus Romana iżda saru wkoll xogħlijiet f 'żoni oħra, bi skoperti u stratigrafija li se jipprovdu aktart agħrif dwar il-belt ta' Melite, fejn s'issa l-evidenza dwarha hija skarsa u mferrxa. F'żoni oħra, l-iskavi kellhom l-għan li jinstabu t-trinek li kien ħaffer Zammit, bil-għan li ssir evalwazzjoni ġdida tal- interpretazzjonijiet li ngħataw mitt sena ilu. Dawn kollha qed jiġu mistħarġa bir-reqqa u, aktar importanti minn hekk, qed jiġu dokumentati bl-użu ta' metodoloġiji differenti, fosthom mezzi diġitali bħal skennjar 3D u fotogrammetrija. L-ewwel fdalijiet tad-Domus Romana nstabu fit-3 ta'Frar 1881, meta ħaddiema kienu qegħdin iħaffru biexiħawwlu s-siġar mad- dawra tal-Imdina. Dakinhari nkixfet l-art bil-mużajk. Inħarsu 'l quddiem biex permezz ta' dawn is-sejbiet inkomplu niksbu aktar tagħrif u nitgħallmu aktar dwar l-istorja rikka tal-belt ta' Melite li dwarha it li xejn hu magħruf. Ninsabu ħerqana sabiex norganizzaw aktar żjarat miuħa għall-pubbliku sabiex dan ikun jista' japprezza l-ħidma li ssir mill- professjonisti f 'dan il-qasam sabiex jippreservaw parti oħra mill-istorja ta' Malta. M'għandniex xi ngħidu, dan kollu jħalli impatt mill-iktar pożittiv fuq il-qasam turistiku, fuq l-identita' tagħna bħala poplu u biex nimu aħjar min aħna. Jiena kburi mmens b'dan il-ħafna xogħol tajjeb li qed isir li se jkompli jgħolli isem pajjiżna fiċ-ċrieki internazzjonali tal-arkeoloġija. Owen Bonnici Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum 12 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 August 2023