Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127
08 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum aħbarijiet Omiċidji li xxukjaw lil Malta: Yvette Dak li ġara fl-1992, kien xokk kbir għar-residenti ta' Raħal Ġdid hekk kif il-ħsieb li jsir frodi fuq kumpanija tal- assigurazzjoni wasslet għal diżgrazzja liema bħalha li omm ta' 24 sena u tifel ta' 18-il xahar jitilfu ħajjithom, fgati bit-terrapien li waqa' fuqhom. X'ġara? Kif splużjoni qawwija fl-istudjo wasslet biex mietu Yvette u Shaun Bonnici f'appartament? ANTHEA CACHIA X'ġara dakinhar tad-delitt? Kien għall-ħabta tat-3:30 a.m. fl-20 ta' Marzu 1992 meta splużjoni qawwija ħasdet lir-residenti ta' Raħal Ġdid, preċiżament fil-pjazza. Kawża ta' din l-istess splużjoni mhux biss inqered il-bini tal-Oxford Photo Studio, appartamenti, ħanut tal-Kotba, fergħa tat- tfajliet tal-Youth Centre u l-każin tal-labour, iżda talli tilfu ħajjithom l-omm u l-iben. Yvette kellha biss 24 sena u Shaun ma kellux aktar minn sena u nofs. Ir-raġel ta' Yvette u missier Shaun, Vincent Bonnici, ħelisha mill-mewt u sofra biss ġrieħi ħfief, għalkemm kien fl-istess appartament mal-familja tiegħu met ġġarraf bihom. Ta' min isemmu li l-ewwel nies li marru fuq il-post ħasbu li l-isplużjoni seħħet fil-każin, proprju għaliex ftit qabel kienet għadha kif saret l-elezzjoni ġenerali. Dakinhar, f 'nofs ta' lejl issejħu l-esperti tal-isplussivi tal- Forzi Armati ta' Malta kif ukoll il-membri tat-taqsima forensika tal-pulizija li kkonfermaw illi l-isplużjoni bdiet proprju fl- Oxford Photo Studio. Fil-fatt fuq il-post instabu traċċi ta' petrol. Kien għalhekk li l-Ministru għall-Intern u l-iŻvilupp Soċjali ta' dak iż-żmien, Louis Galea, li għamel stqarrija u ħabbar li ma kien hemm ebda motiv politiku. Eventwalment il-pulizija għarrfet li diġà kien hemm erba' suspettati li ġew interrogati u li kienu se jitressqu quddiem 'il Qorti, mixlija bil-mewt tal-omm u l-iben, fost oħrajn. Dawn l-erba' persuni ma kienu ħadd ħlief John Polidano ta' 33 sena u sid il-ħanut, Vincent Spiteri ta' 37 sena, Christopher Agius ta' 26 sena u Silvio Pace ta' 23 sena. Punt interessanti kien li ġie mixli sid il-ħanut li ġarrab il-ħsarat stess, iżda dan kollu kien spjegt hekk kif fl-att tal-akkuża, hekk kif intqal illi dawn kienu volontarjament taw in-nar lin-negozju biex ikunu jistgħu jieħdu l-flus mill-polza tal-assigurazzjoni. X'intqal fil-ġuri? Qabel xejn ta' min isemmi li l-ġuri sar 10 snin wara l-mewt ta' Yvette u Shaun. Dan beda quddiem l-Imħallef Patrick Vella. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-avukat Anthony Bajada, l-avukat Joe Mifsud deher għal Polidano filwaqt li l-avukat Malcolm Mifsud deher għal Silvio Pace. Sakemm laħaq sar il-ġuri, l-akkużat Christopher Agius miet. X'seħħ matul il-lejl, mumenti qabel l-isplużjoni? L-att tal-akkuża tindika li n-negozju ta' Polidano ma kien sejjer tajjeb xejn u kien hemm li nlaħaq ftehim ma' Spiteri biex il- ħanut jingħata n-nar. Dan biex eventwalment jieħu l-kumpens li tħallsu l-kumpanija tal- assigurazzjoni. Għalhekk fil-lejl ta' bejn is-17 u t-18 ta' Marzu 1992 Agius u Pace daħlu fl- appartamenti St Andrews (fejn kienu jgħixu l-vittmi) biex jitilgħu fuq il-bejt. Wara qabżu għal fuq il-bejt tal-każin iżda l-mod ta' kif marru fil-ħanut kien wieħed partikolari. Huma irnexxielhom jidħlu fil-każin u jmorru mal-ħajt li jagħti għal mal-ħanut. Qalgħu kantun mill- ħajt tal-każin u minn hemm daħlu fil-ħanut. Waqt ix-xhieda tad-Deputat Kummissarju ta' dak iż-żmien, Joseph Cachia, huwa qal illi l-pulizija kienet tkellmet ma' Vince Bonnici li dakinhar tal- każ, ftit qabel, kien sema' xi ħoss ta' passi ġejjin minn fuq il-bejt. Madankollu huwa kien injorahom. Qal ukoll li l-involviment ta' Spiteri, Agius u Pace saru jafu bih meta interrogaw lis-sid tan-negozju. Meta imbagħad interrogaw lil Pace, indunaw li kellu ġrieħi viżibbli f 'rashu u f 'dahru. Eventwalment huwa kien ammetta l-involviment tiegħu fil-każ tant li kien ħa lill- pulizija l-Kalkara, fejn kien rema l-ħwejjeġ li kien liebes dakinhar tal-isplużjoni. Minn din ix-xhieda nsiru nafu wkoll li Polidano kien wiegħed lil Spiteri Lm3,500. Qal ukoll li fejn għandu x'jaqsam il-petrol traċċat mill-esperti, hu kien iħallih il-ħanut peress li kellu speed boat u kien ilu hemm żmien sew. Kuntrarjament ta' Spiteri, Polidano ma kinx ammetta mal-ewwel dwar dak li kien seħħ. Polidano, apparti li kien sid l-istudjo, kien ukoll il- President tal-Każin taż-Żurrieq Football Club. Fil-fatt qal illi qabel ma seħħet l-isplużjoni kienu heddewħ ħamest irġiel li jekk mhux se jħalli lill-plejer tal-futbol Jeffrey Farrugia jmur jilgħab mal-Belt kienu se "jgħolluh u jagħmluh daħna." Minkejja dan Pace kien qal lill- Pulizija b'kollox u li meta marru għand Spiteri kienu ftehmu b'kollox. Spiteri kien qalilhom li minn din l-isplużjoni, Polidano kien se jdaħħal kemxa sew ta' Lm 113,000. Pace saħansitra ma ddejjaqx jagħti rendikont iddettaljat dwar x'seħħ matul il-lejl, jiġifieri li daħal hu biss mill-kantun u li ferrex il-petrol Ritratt antik immens tal-appartament li fih kienu mietu l-vittmi