Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127
Inti parti mill-15% ? D in il-ġimgħa kelli kon- verżazzjoni interessanti ħafna ma' ħabib tiegħi. Tkellimna fuq il-qa- għda politika attwali fil-pajjiż u l-istat li ninsabu fih bħalissa. Tkellimna fuq il-kwalità tal-ħajja li qed jgħixu n-nies. Il-ħabib tiegħi semma xi ħaġa li verament laqtitni. Qalli li hawn żewg faxex ta' nies fil-pajjiz, l-aqwa 15% u l-kumplament. Spjegali min jaħseb li huma dawn in-nies li qed igawdu dejjem, mhux għax jaħdmu, imma minħabba l-impu- nità li jgawdu minnha, Din qed narawha issa, qed narawha ta' kuljum. Dan qed jiġri madwarna l-ħin kollu. Qed nirreferi għall-'konsulenti' maħtura politikament b'paga eżorbitanti. Dawk li huma qrib il-ministri, id-"drug lords" li saru untouchables, dawk l-iżviluppaturi li jistgħu jagħmlu li jridu, kif iridu u meta jridu. Qed nirreferi wkoll għal dawk li qed jimpalaw il-fondi pubbliċi, mhux għax jaħdmu għalihom, imma għax ikunu faċilment disponibbli għalihom, servuti fuq platt tal-fidda għax dawn ta' ġewwa. Min-naħa l-oħra, il-85% li jifdal minna qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. Qed naffaċċjaw it-tbatija ta' kuljum u nippruvaw ngħixu għixien diċenti billi nsegwu l-liġijiet ta' Alla u tal-bniedem. X'differenza minn dawk li għalihom il- liġijiet ma jeżistux, liġijiet li qed jitgħawġu biex jakkomodawhom! Dan huwa l-istat attwali tan-nazzjon fejn 70% tal- ħaddiema totali jaqilgħu inqas mill-paga medja, fejn is-sens ta' firda bejn il-poplu Malti qed jikber b'rata perikoluża ħafna. L-impunità sfrenata ta' dawn il-15% privileġġjati li qed jingħataw impjiegi governattivi mħallsin b'rata stratosferika biex ma jagħmlu xejn, dawk li m'hemm l-ebda konsegwenza għall-azzjonijiet tagħhom, qed iħallu effett fuq il-85% li jifdal, li qed ibatu minħabba din is- sitwazzjoni. Dawn il-85% li huma rrabjati, u bir-raġun. Liġi għall-Allat u liġi għall- animali. B'din il-frażi, George Orwell donnu ried jispjega l-istat tal-Malti. Fi kwalunkwe pajjiż li jaħdem b'mod normali, l-iskandli ta' kuljum wieħed wara l-ieħor li kellu dan il-Gvern ma jkunux ittollerati! Il-Malti ħabrieki poġġa l-fiduċja tiegħu f 'dan il- gvern li wiegħed trasparenza, governanza tajba, użu xieraq tal-fondi pubbliċi u ħajja aħjar. Gvern li issa jidher li qed joħroġ bl-iskużi kuljum biex jgħatti ill-15% tal-Maltin hekk imsejħa "untouchabes". Jien nipprova nkun politiku tan-nies, nipprova nkun qrib tagħhom ta' kuljum u nipprova niem il-perspettiva tagħhom fuq kull sitwazzjoni. Il-verità hi li n-nies xebgħu, għejjew jisimgħu l-iskużi tal-Gvern li jwaħħal f 'kollox u f 'kulħadd ħlief fih innifsu għan-nuqqasijiet li huma tiegħu. Il-85% għejjew iħallsu l-prezz għall-impunità tal-it. Illum il-Malti qegħdin kontinwament jistaqsu għaliex għandu jkollhom iħallsu għal din l-impunità? Għaliex għandhom iħallsu biex il-Gvern jagħlaq għajnejh għall-dawn in-nies, u int, ħaddiem Malti, mhux talli tibqa' fejn int, imma sejjer lura? Eżempju ċar ta' dan, hija l-aħbar li ħarget din il-ġimgħa dwar is-Sur David Curmi, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta, li sirna nafu li jaqla' €124 fis-siegħa! U dan sirna nafuh b'kumbinazzjoni mhux għax qalilna l-Gvern. Dan hu l-istess raġel li kellu l-wiċċ jgħid lill-impjegati tal-Air Malta li għandhom bżonn jissikkaw iċ- ċinturini, filwaqt li hu jitħanżer minn fuq il-fondi pubbliċi. Dan l-individwu li ngħata r-responsabbiltà li jsalva l-Air Malta, b'ammissjoni tiegħu stess nafu li falla wara li stqarr pubblikament li l-Air Malta se tagħlaq sal-aħħar ta' din is-sena. Il-Ministru, wara li kien mistoqsi għadd ta' drabi dwar il-pakkett finanzjarju ta' Curmi, kien kontinwament jevita l-mistoqsijiet. Agħar minn hekk, qarraq bil-parlament billi ddikjara li ma kienx qed jitħallas għar-rwol tiegħu bħala Chairman. Eżempju ċar ieħor ta' impunità huwa l-iżvilupp tal-Ex Mistra Village. Dan wara li l-Prim Imħallef Mark Chetchuti irrevoka deċiżjoni tat-tribunal ta' reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar biex iġġedded il-permess għax- xogħlijiet, u bagħat il-każ lura lit-tribunal biex jerġa' jiddeċiedi l-appell li sar mir-residenti biex ikkunsidra jekk il-proġett għadux kompatibbli mal-pjan attwali. Wara dawn l-iżviluppi mill- qarti, ma sar xejn. Kollox baqa' għaddej kif kien. Ix-xogħlijiet komplew kuljum, anzi żdiedu mid-deċiżjoni li ħa l-Prim Imħallef Mark Chetchuti. U biex żgur ix-xogħol jitkompla, din iż-żona meqjusa zona turistika, tneħħiet minn zona turistika biex dawn ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jkomplu matul il-perjodu tas-sajf bla xkiel. Hemm lista ta' skandli li ma tispiċċa qatt, kif hemm ħafna nies li xebgħu b'dan kollu. Ilkoll nisimgħu u nitkellmu dwar problemi kbar li ħoloq il-Gvern f 'pajjiżna, iż-żieda fenominali fit- traffiku, iż-żieda fil-popolazzjoni, l-għoli tal-ħajja, il-prekarjetà, il-faqar... imsomma, lista li ma tispiċċa qatt. Tant hi lista twila li diffiċli biex inlaħqu magħha, u għandna t-tendenza li ninsew peress li dejjem b'xi skandlu ġdid (mill-inqas) kull ġimgħa. Il-periklu hu li nsiru immuni għalihom, peress li din is- sitwazzjoni, il-Gvern għamilha n-norma. Araw f 'liema punt wasalna! Il-85% tal-ħaddiema, in- negozjanti, il-pensjonanti, l-istudenti, issa semgħu u raw biżżejjed. Issa rridu nibdew nagħtuhom it-tama li din mhix in-norma, imma li kulħadd għandu jiġi ttrattat indaqs bl- istess drittijiet u privilleġġi; li l-ġustizzja tkun l-istess għal kulħadd; li l-opportunitajiet se jingħataw lil kull individwu. Jekk m'intix wieħed mill-15%, inti parti mill-maġġoranza li huma konxji u għandhom sens ta' stmerrija u xettiċiżmu fl- istituzzjonijiet ewlenin tagħna, li mhumiex kuntenti bil-mod kif jinstab l-istat tan-Nazzjon. Dawn il-85% qed jindunaw bil-mod li l-bidla hija meħtieġa, li jistgħu isalvaw lil pajjiżna mill- anarkija u mill-ħsara u t-telqa. Dawn il-85% qed jirrealizzaw li l-affarijiet iridu jinbidlu, qed jindunaw li din mhix Malta li jridu. Huwa għalhekk li dawn il-85% għandhom jibnu rabta u jkollhom fiduċja fil-Partit Nazzjonalista, għax huwa l-Partit Nazzjonalista li jista' jfejjaq lil pajjiżna. 11 opinjoni illum • IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 Ivan Castillo Ivan Castillo huwa Kunsillier fil-Mellieħa u kandidat f'isem il-PN Jekk m'intix wieħed mill-15%, inti parti mill-maġġoranza li huma konxji u għandhom sens ta' stmerrija u xettiċiżmu fl-istituzzjonijiet ewlenin tagħna, li mhumiex kuntenti bil- mod kif jinstab l-istat tan-Nazzjon.