Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127
Carmel Cacopardo 13 editorjal IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M ill-bidu tagħha f 'April 2006, il-gazzetta ILLUM stqarret u ddikjarat li trid tkun il-gazzetta bl-ilsien Malti li tħares lejn l-interessi ta' dawk li ma għandhomx vuċi. Gazzetta Maltija indipendenti bi ħsieb ċar favur dawk li qegħdin fix-xifer, dawk il-minsija, il- ħarsien ambjentali, r-riformi soċjali, l-inġustizzji, il-migranti, l-integrazzjoni u kif ukoll l-kontabilità. Ma ppruvajnix ma nagħtux l-impressjoni li din il-gazzetta hi gazzetta bi prinċipji xellugin sodi. Aktar u aktar meta rajna li ħafna mill-prinċipji xellugin ma kienux rappreżentati fil-midja l-oħra u fil- Partit Laburista. Illum ħarsa madwarna tkompli tikkonferma li l-vojt li kien hemm fil-midja, llum jekk xejn kiber u mhux ċkien. Illum hemm infatti dominanza minn midja li mhix imnebbħa minn xi ideal partikolari ħlief li tkun popolari. U l-midja f 'Malta saret qisha divertiment. Minn bloggers li jippreżentaw intervisti b'ebda referenza għall-kuntest u huma superfiċjali, għal gazzetti u portals li huma xprunati minn stejjer li jġibu l- 'clicks' u mhux stedina għal diskussjoni serja. Dan wassal għal sitwazzjoni fejn dawk l-istejjer umani u li dawk l-istejjer li jqanqlu mistoqsijiet importanti dwar l-aspetti soċjali u ambjentali mhumiex imfittxija mill- qarrejja. Insejna l-iskop tal-midja bħala r-raba pilastru tad-demokrazija. Huwa f 'dan il-kuntest li l-ILLUM bħala gazzetta trid tkompli taħdem. Minkejja l-ostakli kollha li hemm quddiemna, inkluż finanzjarji, irridu nsibu l-aħjar metodi biex inwasslu l-kitbiet tagħna. Mingħajr ma ninsew minn fejn bdejna u fejn iridu naslu. Qegħdin f 'pajjiż fejn il-movimenti politiċi fuq ix-xellug huma riflessjoni fqira ta' x'suppost ikunu. Jew inkella fejn kull forma ta' narrativa li tagħmel mistoqsijiet fuq l-kapitaliżmu u r-regħba jiġu trattati bħala estremi jew żejda. F'dan id-dawl il-gazzetta ILLUM bi ħsiebha tbiddel il-wiċċ u forsi anke l-enfasi biex tkun rilevanti u kif ukoll aktar effettiva. Numru ta' edituri u ġurnalisti ħadmu snin twal fil-gazzetta. Mingħajrhom ix-xogħol siewi ta' 17 il-sena ma kienx ikun possibli. Issa wasal iż-żmien li naġġornaw ftit biex nilqgħu għall-mewġ ta' bidla fuq il-midja tradizzjonali. Ninbiddlu imma l-kitba u l-enfasi jrid jibqa' l-istess; diretta u bla tlaqliq u politiku! Paġna ġdida