Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127
17 kultura IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Santa Marija: Festa waħda, seba' lokalitajiet ANTHEA CACHIA Iċ-ċittadini ta' llum għandhom ix-xorti jgħidu li missirijietna ħallewlna wirt kulturali mill- aktar rikk u dan għal numru ta' raġunijiet. Minkejja dan, bla dubju ta' xejn, il-festa rawwmet fina sens ta' kultura kbira. Għalkemm ir- rivalità bejn xi każin jew ieħor tmur lil hinn mill-aspett reliġjuż li minnhom ġiet imnebbħa l-idea tal-festa, xorta għandna naprezzaw bi kbir is-sigħat u xhur ta' dedikazzjoni li jwettqu membri ċentrali tal-komunità biex ta' kull sena tittella' festa grandjuża. Naturalment, kull lokalità, qaddis/a u festa għandha l-karatteristiċi tagħha li jagħmluha unika iżda ma nistgħux niċħdu l-fatt illi l-festa ta' Santa Marija hija waħda mill-aktar maħbuba madwar Malta. Dan mhux biss għax hi festa nazzjonali – u dak li jkun ikollu ċ-ċans isiefer xi vaganza għax ikun bix-shut down – iżda għax hi iċċelebrata b'mod oriġinali f 'seba' lokalitajiet differenti madwar Malta u anke fil-gżira-oħt, Għawdex. Iżda qabel xejn, x'siniat għandha din il-festa? Iċ-ċelebrazzjoni ta' miraklu li seħħ f 'perjodu maħkum minn disprament kbir Bħalma nafu, matul it- Tieni Gwerra Dinjijja Malta kienet milquta sew u dan kellu riperkussjonijiet kbar, mhux biss infrastrutturalment. Malta kienet għadha taħt il-ħakma Ingliża u fl-1942 il-gwerra kienet fl-aqwa tagħha u Malta kienet bażi navali essenzjali għall-Imperu Ingliż. Pajjiżna kien qiegħed jaffaċċja problema enormi proprju għaliex il-provvisiti – kemm tal-ikel u anke munizzjon - kienu ġejjin minn barra permezz ta' vapuri. Għalkemm kienu jinbagħtu konvoj ta' vapuri lejn Malta biex jippruvaw isalvawna minn dan il-perjodu ta' disprament, ma kien hemm ebda ċertezza kemm dan kien se jasal lura. Fil-fatt fi Frar tal-1942 kien telaq konvoj ta' tliet vapuri minn Lixandra, iżda ma kien wasal l-ebda wieħed. Eventwalment kellna konvoj ieħor f 'Marzu u f 'Ġunju ntbagħtu sitt vapuri merkanitili mill-Ġibiltà u 11 oħra minn Lixandra. Minkejja dan, sfortunatament għall-Maltin, sitta mgħobbija bil-merkanzija għerqu, tlieta ntlaqtu u sebgħa daru lura minn fejn ġew. Qrib t'Awwissu s-sitwazzjoni kienet mill-aktar gravi u l-provvisti kienu kważi missu l-qigħ, tant li kien hemm perjodu żgħir fejn Malta kien se jkollha ċċedi iżda Winston Churchill baqa' jinsisti u minn hemm bdiet Operation Pedestal. Dan kien jinkludi negozjati bejn il-Gvern Ingliż u dak tal-Istati Uniti fejn eventwalment l-Ingliżi rnexxielhom jisselfu żewġ tankers taż-żejt; Il-Kentucky u l-Ohio. Il-vjaġġ lejn Malta kien diffiċli mmens għax l-għadu kien jaf b'dak li kien riesaq lejn Malta. Eventwalment wara battalja mill- aktar qalila, l-Ohio rnexxielu jasal, kważi mfarrak. Dak hu l-miraklu ta' Santa Marija! Kompetizzjoni tal-aqwa festa IL-MOSTA Il-festa ta' Santa Marija tiġi ċċelebrata minn ħmistax qabel, b'dik li hi magħrufa bħala l-kwindiċina. Fil-Mosta, f 'dan il-perjodu jkun hemm numru ta' daqq ta' baned u programmi mużikali għaddejjin kif ukoll nar tal-ajru miż-żewġ kmamar tan-nar. Żgur li ċ-ċentru tal-attenzjoni f 'din il-festa hija r-Rotunda mżewwqa b'ħafna dwal ikkulurit li ta' kull sena jatratta lil ħafna nies tal-lokal u turisti. L-IMQABBA Kif għidna, din il-festa tiġi ċċelebrata madwar seba' lokalitajiet. Waħda mill-aktar popolari hija dik tal-Imqabba magħrufa għan- nar u xow pirotekniku, b'kull sena jesploraw temi differenti. Biex ma nsemmux ukoll id-daqq tas-sirena, tradizzjoni ikonika li tfakkar il- konvoj. IL-QRENDI Fil-viċinanza naraw ukoll il- festa ta' Santa Marija fil-Qrendi. Din iċ-ċelebrazzjoni mhix biss għall-adulti iżda wkoll għat-tfal. Fil-fatt, organizzaw ukoll festa tfal. Din tinkludi purċissjoni għat-tfal bis-sehem tal-banda Santa Marija madwar it-toroq tal-Qrendi. Dan biex ma jonqosx festin żgħir wara għat-tfal preżenti f 'palazz Marija Assunta. Ħ'ATTARD F'Ħ'Attard ukoll tiġi iċċelebrata din il-festa. Din is-sena, wara nuqqas ta' diversi snin, fl-okkażjoni tal-ħruġ min-niċċase jkun hemm il-ħruq ta' bomba, murtali, salut u kaxxa spanjola. Bħal ħafna rħula oħra din il-lokalità torganizza wkoll numru ta' attivitajiet li jgħaqqdu l-komunità fosthom quddies għall- għaqdiet soċjali, fis-sitt jum tal- kwindiċina, majjalata fost affarjiet oħra. IL-GUDJA Il-Gudja għandha numru ta' festi iżda fejn għandu x'jaqsam Sana Marija, il-Gudja għanda l-eqdem statwa tat-titular ta' Marija Assunta, rekord fl-istorja tal-gżejjer Matin. Din l-istatwa hi magħmula mill- injam u saret mill-iskultur Malti Vincenzo Dimech fl-1807. ĦAL GĦAXAQ Ħal Għaxaq ukoll ilu s-snin jiċċelebra din il-festa. Għal din iċ-ċelebrazzjoni tad-devozzjoni ta' Santa Marija, din il-lokalità tinżebah b'numru ta' tiżjin li jmur lura 100 sena. Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew preċiżament fit-30 ta' Lulju, f '12 p.m. b'mota ta' siegħa mat-tokki ta' nofsinhar u l-bnadar iperpru mal-bjut. IR-RABAT GĦAWDEX F'Għawdex Santa Marija tiġi iċċelebrata fir-Rabat. L-attenzjoni taqa' fuq il-katidral taċ-Ċittaddella li ta' kull sena tiġbed l-għajn ta' ħafna turisti. Din il-festa wkoll għandha t-tradizzjonijiet uniċi tagħha fosthom tlielaq taż-żwiemel f 'Triq ir-Repubblika. Mosta Mqabba Għaxaq Għawdex Ritratt: George Falzon