Illum previous editions

ILLUM 6 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 19

20 IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum sport Rokna Sportiva Hamrun Spartans u Gzira United jgħaddu għat-tielet rawn, Chelsea jkomplu jonfqu, Verstappen Spa-ttakolari Il-vjaġġ ta' Hamrun Spartans fl-Ewropa se jkompli, wara rebħa barra minn darhom kontra Dinamo Tbilisi F'logħba fejn draw kienet biżżejjed sabiex l-Ispartans jimxu għar-rawnd li jmiss, wara rebħa ta' 2-1 fl-ewwel logħba li ntlagħbet f 'Malta, it-tim Ġorġjan ħaret bit- tir li jagħmel l-almu tiegħu biex dan ma jseħħx. Fl-ewwel 45 minuta, Tbilisi gawdew 75% tal-pussess, u rreġistraw 7 xuttijiet b'tlieta minnhom lejn il-lasta. Madanakollu, il-goalkeeper Marchetti kien pront u ma kienx megħlub. Il-gowl li ddeċieda l-partita ġie fil-ħin żejjed tal-ewwel taqsima, kontra x-xejra tal-logħob. Dan hekk kif Eder rebaħ il-pussess wara li ppressa tajjeb lil Maisuradze, u qassam il-ballun mal-linja lil Paintsil. Dan tefa' kross preċiż li sab lil Djuranovic żmarkat f 'tarf il- kaxxa ż-żgħira, li kkonkluda b'xutt b'saħħtu u preċiż fit-tarf tal-lasta. L-istess Djuranovic kellu l-lejl tiegħu tterminat kmieni, hekk kif it minuti wara tkeċċa bejn it- taqsimiet, wara konfrontazzjoni bejnu u l-kowċ ta' Dinamo Tbilisi Giorgi Chiabrishvili. B'hekk, Hamrun lagħbu it- tieni taqsima sħiħa b'għaxart iplejer. L-oppożizzjoni kellha 65% tal-pussess f 'din it-taqsima, u rreġistraw 12-il xutt ieħor, iżda tlieta biss kienu lejn il-lasta. It-tim Ħamruniż wera qlubija kbira u żamm sod sal-aħħar, sabiex il-logħba ntemmet bl-iskor ta' 1-0. Draw ta' 0-0 ma kinitx biżżejjed sabiex Balzan jikkwalifikaw Balzan kellhom bżonn jiskurjaw tal-anqas żewġ gowls sabiex ikollhom tama li jikkwalifikaw, iżda l-oppożizzjoni żammet dixxiplinata u ma ħallietx lok għall-opportunita sabiex dan iseħħ. Il-partita kienet bilanċjata ferm, b'Balzan igawdu 55% tal- pussess kontra l-45% ta' Neman Grodno. Balzan għamlu milli setgħu, b'sitt xuttijiet lejn il-lasta tal-oppożizzjoni, kontra t-tnejn ta' Neman Grodno. Però, wieħed minn dawn ix-xuttijiet biss ta x'jagħmel lill-goalkeeper Rudenok, hekk kif il-ħamsa l-oħra ma kienux lejn il-lasta. Ta' min jinnota li t-tim mill- Belarussja naqqas mill-aggressività li wera fl-ewwel logħba, hekk kif ikkommetta biss 10 fouls tul il- partita. Dan huwa anqas minn nofs tal-21 li kkommettew il- ġimgħa li għaddiet. Balzan issa jirritornaw fl-azzjoni mal-bidu tal-Premier League Malti. Gowl ta' Wilkson fit-tard jissiġilla post Gzira United fit- tielet rawnd Il-kowċ ta' Gzira United Darren ma għamel l-ebda bidla fl-ewwel 11 tal-ġimgħa li għaddiet, hekk kif għażel li jagħti fiduċja lill- istess plejers. Għal darb'oħra, Gzira għamlu logħba sħiħa taħt pressjoni enormi, u gawdew biss 24% tal-pussess. Għalkemm provaw jerġgħu jilgħabu fuq il- kontrattakk, strateġija li kienet ta' suċċess fl-aħħar logħba, l-oppożizzjoni kienet preparata u wettqet 13-il foul sabiex timmitiga l-ħsara mill-ħarbiet tal-attakkanti Gżirjani. Dudelange irreġistraw 21 xutt tul il-partita, għalkemm 14 minnhom ma kienux lejn il-lasta ta' David Cassar. Minn naħa l-oħra, Gzira United kellhom biss 4 xuttijiet, bi 2 minnhom imorru barra. L-ewwel gowl ġie fit-38 minuta, hekk kif freekick ta' Hadji minn tarf il-kaxxa ġie diflett mill- barriera u qarraq bil-goalkeeper David Cassar. Fl-84 minuta, reġa kien Hadji li skurja għal Dudelange, u b'hekk il-logħba dehret li sejra lejn il-ħin miżjud. Minkejja dan, goal ta' Wilkson fis-87 minuta reġa ta lura l-vantaġġ fuq żewġ logħbiet lil Gzira United, li rnexxielhom iżommuh sat-tisfira finali, u b'hekk ikkwalifikaw għal-logħba li jmiss. Timijiet lokali fil-UEFA Conference League Mis-suq tat-trasferimenti tal-futbol internazzjonali Manchester City ikomplu jsaħħu l-iskwardra li rebħet tliet trofej maġġuri l-istaġun li għadda, hekk kif jiffirmaw lid-difensur ċentrali Josko Gvardiol għal €90 miljun minn RB Leipzig. Manchester United jiffirmaw l-attakkant Rasmus Hojlund minn Atalanta. Is-somma kkwotata hija dik ta' €83 miljun. Chelsea ikomplu jżidu mal- lista t'akkwisti hekk kif jiffirmax lid-difensur ċentrali Axel Disasi ta' Monaco. Is-somma kkwotata hija dik ta' €45 miljun. Huma ħallsu ukoll €27 miljun sabiex jakkwistaw iż-żagħżugħ promittenti Lesley Ugochukwu ta' 19-il sena, minn Rennes. Magħhom jingħaqad il- goalkeeper ta' Brighton Roberto Sanchez għal €29 miljun, sabiex in-numru ta' plejers iffirmati f 'din it-tieqa jitla' għal sebgħa, u b'hekk l-infiq totali jitla' għal €213-il miljun, għalkemm daħħlu €254 miljun minn bejgħ ta' plejers. Sadio Mane jkompli jżid mal- lista ta' stillel li se jilgħabu fl- Arabja Sawdija, hekk kif Al Nassr kienu lesti jħallsu €30 miljun sabiex jakkwistawh minn Bayern Munich. Warajh isegwi l-attakkant laterali Franċiż Allan Saint- Maximin, li jingħaqad ma' Al Hilal minn Newcastla għal €35 miljun. Il-Kroat Ante Rebić iħalli lil AC Milan, u jingħaqad ma' Beşiktaş fit-Turkija. Warajh isegwi l-attakkant Arġentin Mauro Icardi, li jingħaqad ma' Galatasay fit-Turkija għal €10 miljuni minn Paris San Germain. L-attakkant laterali Lucas Moura jingħaqad ma' Sao Paulo fil-Brażil, hekk kif il-kuntratt tiegħu ma Tottenham wasal fi tmiemu. Formula 1 Max Verstappen jerbaħ il- Grand Prix Belġjan, fi Spa, għal dik li hi t-tmien rebħa konsekuttiva għas-sewwieq Olandiż. Huwa kkwalifika għal din it-tiġrija fl-ewwel post, iżda beda mis-sitt, wara li ġie ppenaliżżat ħames postijiet għal tibdil fil-gearbox. Sergio Perez jirnexxielu jżomm it-tieni post li beda minnu, filwaqt li Charles Leclerc niżel mill-ewwel post għat-tielet. Lewis Hamilton u George Russell ġabu l-punti għal Mercedes, hekk kif spiċċaw fir-raba' u s-sitt post rispettivament. Fernando Alonso u Lance Stroll ta' Aston Martin spiċċaw fil-ħames u d-disa' post. Oscar Piastri ta'McLaren, li beda fil-ħames post, irtira kmieni minħabba ħsarat li kellu fil-bidu tat-tellieqa wara kolliżjoni li kellu ma' Carlos Sainz fil-ewwel kantuniera. Sainz ta' Ferrari wkoll ma spiċċax it-tiġrija. Bir-rebħa ta' Verstappen, Red Bull ikomplu fuq ir-rekord ta' rebħiet infila hekk kif dan issa laħaq it-13-il tiġrija. B'hekk, kemm Verstappen u kemm Red Bull ikomplu jkabbru d-distakk ta' punti enormi li għandhom fil-quċċata tal-klassifika. Verstappen qiegħed igawdi vantaġġ ta' 125 punt fuq is- sewwieq fit-tieni post Perez. Minn naħa l-oħra, Red Bull isibu ruħhom 256 punt fuq Mercedes.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 August 2023