Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127
06 IL-ĦADD 21 TA' MEJJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 • illum aħbarijiet Min ġej u min sejjer; ħarsa lejn it-turiżmu f'pajjiżna SHABAN BEN TAHER Skont stħarriġ li sar mill- Assoċjazzjoni Maltija tal- Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), it-turiżmu f 'Malta irpilja mid-daqqa ta' ħarta li kien ħa mill-pandemija tal- Covid-19. Skont estimi li saru għal Ġunju, minn informazzjoni provduta mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (MIA), l-ammont ta' turisti li ġew Malta fit-tieni kwart tas-sena kien aktar minn 840,000 kiser ir-rekord li kien stabbilit fit-tieni kwart tas-sena 2019, b'59,000. L-iljieli li t-turisti qattgħu ġo lukandi huwa stmat li żdied b'90,000 meta mqabbel mal-istess perjodu. Dan juri li l-preferenza tat-turisti qed ixxeqleb aktar lejn dik li joqgħodu f 'lukandi milli akkomodazzjonijiet privati. Konsegwenza ta' dan, l-ammont ta' ljieli li t-turisti raqdu f 'akkomodazzjonijiet privati mistenni li jkun ftit aktar baxx minn dak reġistrat fl-istess perjodu tas-sena 2019. L-ammont ta' flus li nefqu t-turisti f 'Malta ukoll stmat li kiber. Dan mistenni jilħaq is- €663 miljun, li huwa 9% aktar għoli fuq l-istess perjodu tal- 2019. L-akbar żieda f 'infiq tirrelata mal-akkomodazzjoni, b'żieda ta' bejn wieħed u ieħor 22%. Bejn wieħed u ieħor, il-medja ta' kemm kull turist individwali jonfoq Malta, matul il-vaganza kollha, hija ta' €780. Żieda fl-iljieli fil-lukandi 78.3% tal-kmamar ġewwa lukandi b'ħamest istillel kienu mimlijin tul dan il-perjodu. Dan juri żieda kemm fuq is-sena preċedenti (62.6%), kif ukoll fuq is-sena 2019 (78%), li kien rekord. Kienu mimlijin ukoll 88.8% tal-kmamar ġewwa lukandi b'erbat istillel, li wkoll hija figura aktar għolja minn tal-2022 (80.5%) u tal-2019 (87.8%) L-akbar żieda, però, kienet fil- lukandi b'tlett istillel. Tul it-tieni kwart tas-sena 2023, 93.4% tal- kmamar f 'dawn il-lukandi kienu mimlijin, żieda ta' 6.9% fuq is- sena 2019 (87.5%) L-MIA tgħid li n-numri tul is-sena kollha mistennija jlaħħqu l-livelli tal-2019 Il-Kap Eżekuttiv tal-MIA Alan Borg ħabbar li 3.43 miljun turist żar Malta fl-ewwel nofs tas-sena tal-2023, żieda fuq l-istess perjodu tas-sena 2019. Huwa qal li, "ninsabu sodisfatti immens bil-figuri tal-ewwel nofs tas-sena, però hemm bżonn inkomplu b'dan ir-ritmu kontra fatturi li mistennija jaħdmu kontrina." Dan b'referenza għall- inflazzjoni, kif ukoll il-fatt li l-biljetti tal-ajru qegħdin jogħlew, li jista' jkun li jnaqqsu id-domanda għall-ivjaġġar madwar l-Ewropa. Waqt il-konferenza, ġie kkonfermat ukoll li n-nefqa tal- MIA tul l-ewwel 6 xhur tas-sena 2023 kienet ta €8 miljun. Dan minħabba diversi proġetti li għaddejjin fl-ajruport, fosthom xogħolijiet fuq Apron X. Huwa skedat li x-xogħol fuq Runway 25-05 se jibda lejn l-aħħar tas- sena u jitlesta sas-sajf tal-2024. Fl-istess waqt, se jibda l-proġett tal-espansjoni tat-terminal. 'L-akbar perċentwal ta' turisti f 'Malta huma Brittaniċi'- MTA Meta mistoqsija dwar minn liema pajjiż jaslu l-aktar turisti f 'Malta, kelliema għall-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta (MTA) irrispondiet li, tul l-ewwel nofs tas-sena 2023, dan kien ir-Renju Unit. Warajh segwew l-Italja, Franza, il-Polonja u Spanja. Stqarret ukoll li fejn jidħlu attivitajiet kulturali, 78% tat- turisti jżuru binjiet storiċi, 68% jżuru knejjes, 46% iżuru t-tempji u s-siti arkeoloġiċi, filwaqt li 42% jżuru mużewijiet. L-aktar lokalitajiet popolari fejn qagħdu t-turisti tul is-sena 2022 kienu San Pawl il-Baħar (22%), il-Mellieħa (20%), Ta' Sliema u l-Gżira (20%), u San Ġiljan (14%). Tul l-istess sena, 129,059 turist għażel li jqatta' iljieli f 'Għawdex. Dan jammonta għal 5.6% tat- turisti kollha. Bejn wieħed u ieħor, nofs dan l-ammont għażlu li jqattgħu l-iljieli tagħhom kollha f 'Għawdex, u n-nofs l-ieħor għażlu li jqattgħu iljieli kemm f 'Għawdex kif ukoll f 'Malta. It-turist Malti Fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2023, 158,180 Malti siefer lejn pajjiż barrani, żieda ta' madwar 11,340 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena 2019. Fl-2022, l-aktar pajjiżi popolari li l-Malti għażel bħala d-destinazzjoni għall- vaganza tiegħu kienu l-Italja, ir-Renju Unit, Spanja, Franza u l-Ġermanja. It-Turkija kien l-aktar pajjiż popolari li mhuhiex parti mill- Unjoni Ewropea. Aktar ma jmur, jidher li aktar Maltin qed jagħżlu li jqattgħu ljieli f 'Għawdex ukoll. Fis-sena 2022, 331,445 turist Malti għażel li jqatta' tal-anqas lejl wieħed fil-gżira tat-tliet għoljiet. Meta kkumparat mal-figuri tal-2019, li juru li 215,272 Malti qatta' lejl fil-gżira Għawdxija, wieħed jinnota żieda konsiderevoli ta' 54%. Rekord ta' turisti f'Malta fl-ewwel nofs tas-sena, żieda fl-infiq totali tat-turisti u aktar Maltin iqattgħu iljieli f'Għawdex