Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1505127
09 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 6 TA' AWWISSU 2023 Yvette u Shaun Bonnici mal-art (li kien diġà jaf li se jsib hemm) u meta mar lura fil-każi qabbad karta u waddabha fil- ħanut. Kien wara li telgħu t-taraġ li semgħu l-isplużjoni. Minħabba t-tiġrif, bil-kemm irnexxielu jerġa' jitla' fuq il-bejt. Sigħat wara Pace kien mar lura fil-pjazza u stgħaġeb b'dak li kien għamel u l-kaos li nħoloq. Mill-interrogazzjoni ta' Spiteri nsiru nafu wkoll li Polidano kien ikkuntattjah tmien xhur qabel l-isplużjoni u għall-ewwel kien injorah u ma weriex interess li jaħraq il-ħanut jew li jsib lil xi ħadd li kien lest li jagħmel dan. Ingħad ukoll illi Spiteri kien joqgħod f 'wieħed mill- appartamenti li għaddew minnu l-akkużati l-oħra. Fil-fatt meta ehmu dwar kif se jidħlu fl- istudjo kien ħadhom fuq il-bejt u spjegalhom. Dakinhar huma kienu fakkruh biex iħalli l-bieb ta' barra tal-appartamenti miuħ. Jidher li ħadd minnhom ma qatt basar li kienet se sseħħ splużjoni hekk. Dan hekk kif Spiteri qal li dak il-lejl qam maħsud bil-ħoss tal-isplużjoni tant li ħaseb li kienet bomba jew seħħ xi terremot. Prova jikkonvinċi lilu nnifsu li dak il-ħoss żgur ma kienx minn dak li kienu qed jagħmlu Agius u Pace. Matul il-ġuri ntqal ukoll kif Spiteri ħass rimors kbir għax qatt ma basar li dan il-pjan qatt seta' jwassal għal mewta daqshekk traġika. F'xhieda oħra importanti, dik tal-eks Kummissarju Alfred Calleja, intqal li l-pulizija kienet infurmata li Polidano kellu xi djun. L-omm u l-iben mietu fgati bit- terrapien Aktar tard matul il-ġuri xehed membri tat-taqsima tat-tifi tan- nar Jeffrey Galea li rrakkonta x-xena ta' qsim il-qalb ta' meta nstabu ż-żewġ vittmi. Qal illi meta mar fuq il-post kienu lemħu lil Vince Bonnici ħiereġ minn qalb it-tifrik u għajtilhom biex jippruvaw ifittxu lil martu u lil ibnu. Minkejja dan, l-ewwel instab Shaun bla ħajja imbagħad instab il-katavru ta' Yvette. L-awtopsja indikat li t-tnejn mietu fgati fit-terrapien. Skont xhud ta' Maria Teresa Camilleri, it-tnejn kellhom xi ġrieħi u ċ-ċkejken Shaun kellu it ħruq ma' saqajh. Kien imiss ukoll li jixhed Vince Bonnici li qal li fil-jiem ta' qabel ma ġara dak kollu martu Yvette kienet qaltlu li kienet qed tara lil ċensu ta' spiss fuq il-bejt. Iżda hu kien irrimarka li l-bejt kien ta' kulħadd, anke jekk hu kważi qatt ma kien tela' fuq il-bejt qabel. Żied illi dakinhar Shaun kien rieqed f 'sodda għalih, iżda fl- istess kamra. Kif semmejna preċedentament, Bonnici kien sema' l-passi matul il-lejl u fil-fatt kien ġibded l-attenzjoni ta' Yvette dwar dan iżda hi qaltlu biex ma jagħtix kas għaliex kellhom ġara li kienet tonxor il-ħwejjeġ matul il-bejt u kienet ħasbet li telgħet hi. Bonnici kompla jirrakkonta dwar dak li preċiżament għadda minnu meta seħħet l-isplużjoni u qal li b'dak li beda jħoss u jara kien qisu qiegħed f 'ħolma. Qal li fid- daqqa u l-ħin ħassu nieżel l-isfel u ra dalma kbira, tant li lanqas kien jaf fejn qiegħed. "Ħassejtni mwaħħa u rvellat, imbagħad mingħajr ma naf kif ħriġt minn qalb il-ġebel. Iltqajt ma bniedem ma nafux u bdejt ngħidlu li kien hemm il-mara u t-tifel mirduma taħt it-terrapien. Ippruvajt infittixhom imma ma rajthomx. Kelli d-demm ħiereġ minn rasi u dak ir-raġel ħadni l-poliklinika," kien stqarr Bonnici. Qal li dak il- ħin ma ħass xejn imma wara bil- kemm felaħ jimxi. Ix-xhieda ta' John Polidano, is-sid Minn fuq il-pedana tax-xhud Polidano jgħid illi mhux minnu li kellu d-djun u l-istudjo kien ilu għandu għal 15-il sena. Qal li darba ltaqa' ma' Spiteri fil- każin tal-Hibs u stqasih, "meta se naqla Lm 1,000 minn fuqek?" qal li ltaqa' darb'oħra u reġa' rrepeta l-istess kliem u Polidano qallu li kien se jħallih jisraq xi materjal antik mill-ħannut u wara ssir talba lill-kumpanija tal-assigurazzjoni. Polidano kien saħansitra ħadu l-ħanut u qallu x'għandu jkisser u x'mgħandux. Qallu li l-kuritur seta' jkisser li jrid iżda l-istudjo le. Apparti minn hekk kien lest li se jagħtih Lm3,500. Kompla jixhed li hu kien infurmat li Spiteri kien se jidħol mill-Każin tal-Labour u li kien mingħalih li din kienet se ssir minnu u mhux minn xi ħadd ieħor. Minkejja dan Spiteri mea xehed hu kien qal li l-ħanut ta' Polidano ma kienx sejjer tajjeb, skont is-sid stess u kien għalhekk li Polidano biex jaħarqu l-ħanut u jagħmlu l-qligħ mill- assigurazzjoni. Qal li Polidano tant dejqu "li fl-aħħar ħmistax qabbiżieli u għidlu li siblu lil Chris." Spiteri qal li wara l-isplużjoni kien infexx jibki għax qatt ma basar li tarbija kienet se titlef ħajjitha. Kien qal li ċ-ċkejken Shaun kien ikun d-dar tiegħu jilgħab ma' uliedu. X'kien il-verdett? Wara disgħa sigħat ta' deliberazzjoni, il-ġurati ħarġu bil-verdett tagħho. Bi tmien voti kontra wieħed, Polidano nstab ħati b'kompliċità fl-isplużjoni li wasslet għall-mewt ta' Yvette u Shaun Bonnici. Silvio Pace nstab ħati b'seba' voti kontra tnejn li kkaġuna l-isplużjoni u li kien reċidiv. Ċensu Spiteri nstab ħati b'kompliċitża li ta n-nar waqt li ma kien hemm ħadd fih iżda li qabbad il-bini. Dan filwaqt li t-tlieta li huma nstabu ġatja unanimament li ppruvaw jiffrodaw lill-kumpanija tal- assigurazzjoni. Minkejja dan, il-ġurati talbu għall-ħniena tal- Qorti fis-sentenza iżda din ma kinitx aċċettata mill-Imħallef. Kien għalhekk li l-Imħallef Vella kkundanna lil Polidano u lil Pace għomor il-ħabs. Dan filwaqt li Spiteri kien ikkundannat għal ħames snin priġunerija. Minkejja dan, F'Novembru 2007, il-Qorti tal-Appell kirminali bidlet il- kundanna għal 20 sena ħabs kull wieħed, li jfisser li dawn ġew rilaxxati fl-2010.