Illum previous editions

ILLUM 20 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

SHABAN BEN TAHER Damjan jgħid li l-imħabba tiegħu lejn il-mużika nibdet minn ħuh Nikola. Meta hu kellu l-ħsieb li jibda, ħuh kien ilu jdoqq fuq sitt snin. B'hekk, Nikola kien jurih kif jintuża l-apparat, kif ukoll xi tekniċi marbutin mal-qasam, allura b'hekk sabha eħfef biex jirranka. Illum il-ġurnata, l-aħwa għandhom programm fuq ir-radju flimkien. Kien ukoll jiżfen, u jistqarr li dan għenu ferm fid-daqq, speċjalment fejn jidħol ritmu. L-ewwel avveniment tiegħu inzerta fl-1 ta' Frar tal-2019, meta DJ ħabib tiegħu kellu bżonn lil kif ħadd sabiex idoqq fl-ewwel siegħa ta' avveniment li tella' hu. L-isem Damz ġie minn kif ziju tar-rispett kien jgħajjat lil Damjan meta kellu 10 snin. Dan baqa' jużah bħala l-laqam tiegħu; saħansitra qiegħed imniżżel hekk fuq il-midja soċjali. "Allura, meta ġejt biex nagħżel isem għal meta ndoqq, l-għażla kienet ovvja," qal bi tbissima. Ġorġ, għalkemm huwa akbar, daħal aktar tard fix-xena. Hu interessa ruħu fil-qasam meta attenda l-edizzjoni ta' Glitch Festival tal-2022. Minn hemm, beda jipprattika. Kellu l-ewwel opportunità jdoqq aktar 'il quddiem f 'avveniment f 'Diċembru tal-2022, meta ġie avviċinat minn DJ ieħor li kien jaf. Minn naħa l-oħra, Ġorġ kien kemmxejn aktar misterjuż rigward xi tfisser STK. Qal li, "huma l-ewwel ittra ta' tliet kelmiet li jiddeskrivu lis-stat li nsib ruhi fih meta ndoqq." Madankollu, ma xtaqx jelabora fuq x'inhuma dawn it-tliet kelmiet. Fejn jidħol stil, Damjan huwa versatili ħafna. Però jgħid li jippreferi t-techno, "għax inħoss li bih nesprimi ruħi l-aħjar. Dan peress li jinqasam f 'ħafna ġeneri differenti, u b'hekk inkun nista' ngħaqqad ħafna biċċiet ta' mużika differenti." L-aktar artisti li jiġbed ispirazzjoni minnhom huma Chlär, Tafkamp u Alarico, għax għandhom stil simili tiegħu. Ġorġ jgħid li l-istil tiegħu huwa aktar influenzat "minn ritmi li jqanqlu lil dak li jkun jiċċalaq magħhom – ritmi perkussivi u tribaleski, imħalltin ma' dawk aktar riċenti mill- era tal-House. Fix-xena, dan magħruf bħala Groove Techno, li huwa aktar famuż ma' dawk midħla tas-snin '90 u '00." "Qatt m'avviċinajna lil ħadd biex indoqqu" Iż-żewġ żgħażagħ jisħqu li qatt m'avviċinaw lil ħadd sabiex idoqqu f 'avveniment. Damjan jgħid li ma jkunx komdu jagħmel hekk, għax iħoss li jkun qed jagħmel pressjoni fuq l-organizzaturi. "Il-ħaġa tkun sfurzata, u ma tkunx hemm għax verament rieduk." Dejjem kienu huma li ġew avviċinati, jew inkella organizzaw l-avveniment huma stess. Tul il-karriera tiegħu, Damjan organizza aktar minn 20 avveniment, taħt ismijiet differenti. Bħalissa, l-aktar wieħed li ffukat fuqu jismu 'Split', għax huwa avveniment li jorganizza waħdu. Hu jħossu kburi immens mill-progress li għamel Split mill-ewwel edizzjoni s'issa, kemm fl- attendenza kif ukoll fil-kwalità, iżda dejjem jara kif jista' jtejjeb. Apparti Split, l-aktar avvenimenti li jieħu gost idoqq fihom huma 'Ħmieġ,' avveniment organizzat minn ħabib tiegħu, kif ukoll Glitch Club Series, organizzat mill- istess nies li jtellgħu Glitch Festival. Ġorġ ukoll iqis Split u Ħmieġ bħala wħud mill-aktar avvenimenti li ħa gost idoqq fihom. Però, l-aktar għal qalbu huwa wieħed bl-isem ta' WaX. Jgħid li, "il-komunità ta' Indigo/ Wax inqisha familja; l-atmosfera hija edonistika u mingħajr pregudizzji." Apparti minn hekk, jieħu gost jipparteċipa f 'avvenimenti iżgħar. Dan għalhiex jisħaq li x-xogħol li jsir mill-organizzaturi f 'dawn "ikun it-tripplu, għal ftit li xejn qligħ, però jagħti ċ-ċans lill-artist jesplora fondijiet fl-istil tiegħu, li diffiċli ssir f 'avveniment kummerċjali." "Waħda mill-isbaħ emozzjonijiet hija meta tara lil nies li jkunu qed jieħdu pjaċir ma' diska tiegħek stess" Fejn jidħlu diski oriġinali, Damjan ilu jipproduċi minn Novembru tal-2022. "S'issa għadni ma ħriġt xejn għall- pubbliku, imma fix-xhur li ġejjin għandi xi affarjiet pjanati, kemm ma' kumpaniji lokali u kemm m'oħrajn barranin." Għalkemm jisħaq li jippreferi aktar idoqq, stqarr li, "waħda mill-isbaħ emozzjonijiet hija meta tara lil nies li jkunu qed jieħdu pjaċir ma' diska tiegħek stess." Min-naħa l-oħra, Ġorġ għadu ma bediex jipproduċi, għalkemm hija xi ħaġa li jrid jesplora aktar 'il quddiem. Dan minħabba li għadu fil-bidu tal-karriera mużikali tiegħu, kif ukoll minħabba impenji oħra li għandu f 'ħajtu. Hu jaħdem bħala riċerkatur fil-Ministeru t'Għawdex, Kap tal-Istrateġija tal-kumpanija Happy Pot, kif ukoll qiegħed għaddej bil- Masters l-Università. Meta mistoqsi kif ilaħħaq hu xehed li, "ħafna drabi jkolli nagħmel kompromessi minħabba l-ħin, u kultant inkun mgħaffeġ bir- responsabbiltajiet. Però inħoss li issa ċ-ċans biex nagħmel dak li nħoss li għandi nagħmel. Nirringrazzja dejjem lil ommi tal-paċenzja li tieħu bija, kif ukoll lil missieri, ħuti u sħabi." Damjan ukoll stqarr li jsibha diffiċli biex ilaħħaq. Hu wkoll għadu jistudja, kif ukoll iħarreġ l-għawwiema fis-sajf. Barra minn hekk, jagħmel sforz sabiex jaċċerta li jdaħħal imqar siegħa eżerċizzju kuljum. "Id-drogi kullimkien issibhom" Liż-żewġ żgħażagħ opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum Damjan Zahra u Ġorġ Vella, żewġ żgħażagħ Għawdxin ta' 20 u 23 sena, idoqqu fl-edizzjoni ta' Glitch Festival tal-2023, f'jum Santa Maria. Glitch Festival huwa avveniment tal- mużika elettronika li jittella' kull sena, fejn fih jipparteċipaw uħud mill-akbar artisti internazzjonali fix-xena. Il-personalitajiet li kienu preżenti din is-sena jinkludu Charlotte De Witte, Kobosil u I Hate Models. L-ILLUM titkellem ma' dawn iż-żewġ artisti Għawdxin fuq il-karriera mużikali tagħhom, l-esperjenza li ddoqq fl-istess avveniment ma' wħud mill-aqwa fid-dinja, il-ħajja personali tagħhom, u xi jmiss fil-futur Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Damz u STK; żewġ żgħażagħ l-iprem DJs globali Ġorġ 'STK' Vella' Damjan 'Damz' Zahra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 August 2023