Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015
06 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda. MALCOLM PAUL AGIUS GALEA X'ħajjrek tidħol għall- politika u xi tfisser il-politika għalik? Jien nemmen li l-politika, bħal xogħoli ta' tabib, hija servizz. Huwa servizz lejn il-poplu. F'ħajti dejjem emmint li sa fejn nista' u b'dak kollu li nista', ngħin lill-oħrajn. Għalija dak hu l-bażi ta' kollox u minn hemm nibtet ir-rabta mas-soċjalizmu f 'ħajti. Jien ġej minn familja modesta ħafna, b'missieri ħaddiem jaħdem lejl u nhar u ommi mara tad-dar. Trabbejt ma żewġ ħuti oħra u għalkemm qatt ma żammewna neqsin minn xejn, ommi u missieri għamlu sagrifiċċji sabiex lili u lil ħuti għalmuna l-iskola. Naħseb li dik it-trobbija sempliċi, il-fatt li jien tabib t a l - f a m i lj a , l-ideoliġiji soċjalisti u l - k a r a t t r u t i e g ħ i w a s s l u n i għall-politika. Kif issib il-bilanċ bejn il- karriera politika u l-ħajja personali? Qatt mhu faċli li ssib il- bilanċ. U nemmen li faċli ħafna li l-politika teħodlok ħajtek personali. Nerġa ngħid, f 'ħajti bħala tabib tal-familja, faċli ħafna li taħdem lejl u nhar u tinsa lil familtek u titkisser. Allura x'ħin ġejt għall-politika, kont diga naf li possibbilment jista' jiġri l-istess. Jien nemmen ħafna li l-ħin għall-familja huwa hin li ma fih l-ebda kompromess, għaliex ma jiswa' xejn jekk jien inkun suċċess f 'xogħoli imma falliment f 'familti. Nemminha bis-sħiħ għaliex f 'ħajti ltqajt ma ħafna nies u esperjenzi, u din dejjem għallmuhieli. Għall-grazzja t'Alla, marti Juanita temmen dan ukoll u allura dik tgħin wisq iktar sabiex inżomm bilanċ tajjeb. Kultant tħossok qed tabbanduna l-politika jew il-familja sabiex issib bilanċ però meta dak li tagħmel, tagħmlu mill-aħjar li tista' u tagħmlu minn qalbek, huwa l-kwalità tal-ħin li jiswa u mhux il-kwantità tiegħu! F'xogħolok fil-Parlament, liem suġġetti huma l-aktar għal qalbek u tixtieq tagħti aktar? Bħala tabib, hija pjuttost ovvja li nħobb is-saħħa. Però partikolarment inħobb is-saħħa mentali. Dejjem emmint, u l-karriera tiegħi bħala tabib tal- familja dejjem urietni, li s-saħħa mentali hija suġġett li jinkorpora fih ħafna fatturi li bħala politiċi responsabbli għandna l-obbligu li naħdmu fuqhom. Dan sabiex niżguraw li l-poplu tagħna jkun b'saħħtu mentalment u eventwalment ikollu benesseru tajjeb. Il-bażi tas-socjetà huwa l-individwu, u għalhekk ikun inutli li naħdmu fuq il-pajjiż imma ninsew lill-poplu li qed jgħix fih. Minħabba f 'hekk, b'mod naturali, inħobb suġġetti oħrajn li jaffetwaw il-benessere b'mod dirett bħall-ambjent. L-Oppożizzjoni tagħmel il- kritika li fis-settur tas-saħħa hemm numru ta' sfidi fosthom iż-żieda fid-domanda għas- servizzi tas-saħħa u n-nuqqas ta' ħaddiema fis-settur. X'tirrispondi għal din il- kritika? Is-servizzi tas-saħħa f 'pajjiżna dejjem kienu u għadhom tal-ogħla livell, u mhux talli hekk, talli grazzi għall-Gvernijiet Laburisti, dawn dejjem baqgħu b'xejn! Mhux ta' b'xejn li l-baġit tas-saħħa kull sena jiżdied, u l-isfidi f 'dan is-settur ukoll. Dan għaliex bl-avvanzi fil- mediċina, u allura l-prattiċi tal- mediċina nfushom, l-għarfien fuq il-mard u ovvjament iż-żieda fil-popolazzjoni wasslu sabiex id-domanda finazjarja, kif ukoll dik ta' nies li jaħdmu f 'dan il- qasam, dejjem tiżdied. Eżempji huma s-servizzi ta' screening li tul dawn l-aħħar snin dejjem qed jiżdiedu għall-popolazzjoni tagħna. Dan għaliex fil- mediċina, kull ma jmur dejjem tiżdied il-prassi li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura. Propju għalhekk nemmen li l-oppożizzjoni hija żballjata meta timplika li ż-żieda fil- popolazzjoni, u eventwalment iż-żieda fid-domanda, huma l-uniċi żewġ fatturi li jwasslu għal strapazz qawwi fis-saħħa. Sabiex tipprattika il-mediċina b'mod tajjeb u skont l-aħħar teknoloġiji, trid ħafna tagħlim u ħaddiema speċjalizzati, makkinarju modern, u fuq kollox faċilitajiet armati. Fi it kliem hemm ħafna sfidi marbutin ma' xulxin sabiex tipprovdi servizz t'eċċellenza. Min jiżola waħda minn mal-oħra ma jafx x'jiġifieri dan is-settur. Filwaqt li nirrikonoxxi li hemm pressjoni fuq dan is- settur, u allura hemm x'wieħed jirranġa sabiex jilqa' għal domanda ikbar, naf li finalment is-servizz aħħari jibqa' tal-ogħla livell, u minn hawn nirringrazzja lil dawk kollha li huma nvoluti. Apparti l-ħidma tiegħek fis- settur tas-saħħa, int ħdimt ukoll bħala Sindku. Fil-fehma tiegħek, x'inhuma l-isfidi tas- Sindki u l-Kunsilli Lokali llum il-ġurnata? Sindku mhux irwol facli. Anzi nissogra ngħid li hu diffiċli ħafna. Raġuni ewlenija hija li, sabiex tkun sindku tajjeb, trid tkun il-ħin kollu man-nies, u taf lil- lokalità tiegħek b'niesha b'kollox fuq ponot subgħajk! Dak jiġi bi sfidi kbar, partikolarment bl- ilmenti ma jaqtgħu qatt li deħlin fuqek direttament u ħafna drabi mingħajr sostenn ta' struttura ta' servizz tal-konsumatur kif suppost. Imbagħad għandek l-isfida l-oħra; li tahdem u fejn hemm bżonn twassal dak l-ilment fl- entitajiet konċernati. Dan isir ħafna drabi personalment u jieħu ħin u enerġija tant prezzjuża minnek li jkollok bżonn sabiex tinvestiha f 'inizjattivi oħra! Dan sabiex ma nsemmix sfidi oħrajn bħal dawk finanzjarji u burokratiċi li ċert li ħafna Kunsilli jħabbtu wiċċhom magħhom. Però huwa rwol li jagħtik ħafna sodisfazzjon, partikolarment jekk tkun verament tħobb il- komunità tiegħek. Jien inħares lejn dak iż-żmien bħala żmien t'impenn qawwi imma sabiħ li għallimni ħafna. Tappella sabiex aktar professjonisti mediċi u rappreżentanti tal-lokalitajiet jidħlu fil-politika? Il-politika mhix faċli! U nemmen li bħala professjonisti mediċi, il-kuntatt man-nies għalina huwa naturali. Però, l-isfidi li toffri l-politika fuq livelli oħrajn, partikolarment dak maniġerjali, jagħmluha diffiċli għalina. Imma l-poplu u l-politika għandhom bżonn dejjem iktar ta' rappreżentanti li jisimgħu u jħossu lill-individwu. U hemm nemmen li bħala professjonisti mediċi, aħna nkunu dawk ir-rappreżenatanti ideali. Diffiċli li tilħaq il-bilanċ bejn il-karriera li ħafna nies jafuk fiha, u l-politika, però jien naħseb li l-professjoni ma joħodielek ħadd, għal għomrok, u l-politika hija fażi minn ħajtek. Propju għalhekk, fiż-żmien limitat li għandek fil-politika, nemmen li għandek tkun kommess u tagħmel dak kollu li tista', ħalli ssarraf il-fiduċja tan- nies li eleġġewk u ssagrifikaw is-servizz mediku tiegħek, u inti bħala professjonist tilħaq il- milja tiegħek fis-servizz politiku wkoll. Tabib, eks-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ u raġel tal-familja; dawn huma wħud mill-irwoli li kellu Malcolm Paul Agius Galea tul ħajtu. Dawn tawh esperjenzi li bihom issa qed jaqdi aħjar dmirijietu bħala Membru Parlamentari Laburista. Hu jemmen bil-prossimità mal-individwu, u fl-importanza tas- saħħa mentali, għax għalih, l-individwu huwa "l-bażi tas-soċjetà"