Illum previous editions

ILLUM 27 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

CARMEL BONNICI Fl-1967 Blake Edwards iffirma kuntratt mal-Paramount Pictures biex jaħdem erba' films magħhom. Il-films kienu ta' ġeneri differenti; Waterhole 3 (western kummiedja), Gunn (ibbażat minn fuq serje televiżiva dwar investigatur), Mr. Lucky (li qatt ma nħadem) u, naturalment, Darling Lili. Il-produzzjoni ta' dan il-film mużikali kellha tibda tard fis- sena 1967. Waqt il-ħdim ta' dan il-film, Blake Edwards kellu jsofri minn indħil kontinwu u żejjed mill- eżekuttivi tal-Paramount u meta tlesta kienu dawn li edittjaw dan il-film. 11-il sena wara, dan id-direttur issatirrizza l-problema li ġarrab waqt li nħadem Darling Lili fil-film S.O.B. (1981) li wkoll tqassam mill-Paramount Pictures fl- Istati Uniti u l-Kanada. Suppost li din il-produzzjoni kellha tqum 11-il miljun dollari u nofs, imma l-baġit tela' għal 16-il miljun dollari. Edwards qal li nofs l-ispejjeż kienu dovuti għall-iffilmjar tat-tieni ekwipaġġ fl-Irlanda u talab lill- Paramount biex ma jiffilmjawx fl-Ewropa minħabba t-temp, iżda huma nsistew. Meta fi Franza nqalgħu l-protesti kbar ta' Mejju 1968, ħafna mill-ġbid kellu jsir fi Brussell il-Belġju. L-ekwipaġġ għamel użu mill- faċilitajiet tal-avjazzjoni tal- mużew Lynn Garrison, f 'Weston Aerdrome, Leixslip, l-Irlanda. Hemmhekk jinsabu repliki ta' ajruplani tal-ġlied, faċilitajiet u l-apparat ieħor konness mal-Ewwel Gwerra Dinjija, li oriġinalment tpoġġew flimkien mill-kumpanija 20th Century Fox meta fl-1966 ħadmu The Blue Max. Il- Paramount ġabu diversi piloti mill-Korp tal-Ajru Irlandiża u minn gruppi ċivili biex iffilmjaw eluf ta' sigħat ta' titjir ta' dawn. Id-distribuzzjoni ta' dan il-film kienet immexxija ħażin mill-eżekuttivi tal- Paramount tant li Darling Lili bilkemm intwera fl-Istati Uniti. Minkejja li fir-Radio City Music Hall il-profitti kienu eċċellenti, l-film kien fjask kummerċjali. B'baġit ta' 25 miljun dollari, fl-Istati Uniti daħħal biss 5 miljuni. Il-mużika oriġinali kienet komposta minn Henry Mancini (dak tal-Pink Panther). Hu u Johnny Mercer kitbu l-kanzunetta tat-titlu kif ukoll Whistling Away The Dark. Xi kanzunetti ta' dawk iż-żmenijiet, ta' madwar aktar minn 100 sena ilu, nstemgħu ukoll fil-film bħal dik tant popolari It's A Long Way To Tipperary, Pack Up Your Troubles, In Your Old Kit-Bag, Keep The Home Fires Burning u Mademoiselle From Armentieres. Minkejja falliment finanzjarju, Darling Lili rebaħ unuri mportanti u diversi nominazzjonijiet u mal-kritiċi kellu suċċess modest. Fl- Academy Awards (l-għoti tal- Oscars), il-kanzunetta Whistling Away The Dark, mużika ta' Henry Mancini u liriċi ta' Johnny Mercer kienet innominata għall-Aqwa Kanzunetta Oriġinali. Fil-film din tkantat minn Julie Andrews, fil-bidunett tal-film qabel il-"credits" u terġa' tinstemgħa fil-final. Dan il-film kien innominat ukoll għall- Oscars fil-kategorija tal-Aqwa Disinn tal-Kostum (xogħol ta' Jack Barr u Donald Brooks), kif ukoll għall-Aqwa Mużika Oriġinali. 15 kultura IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • illum Il-film mużikali Darling Lili Darling Lili hu film mużikali tal-1970, l-aħħar xogħol mużikali sħiħ li kellu l-kanzunetti u liriċi ta' Johnny Mercer. L-iskrinplej ta' din il-produzzjoni hi ta' William Peter Blatty (dak li ftit snin wara kiteb dik ta' The Exorcist) u Blake Edwards (li kien ir-raġel ta' Julie Andrews) u li wkoll idderieġa PATRICK SAMMUT Dan hu ktieb li jiġbor fih mat-28 rakkont li, skont l-istejjer datati mill-awtur stess, inkitbu bejn l-1985 u l-1989. Fuq quddiem hemm inkluż "Kelmtejn tad- Daħla" mill-pinna ta' Steve Borg li ħadem fuq il-manuskritt, filwaqt li fi tmiem il-ktieb hemm ukoll taqsima jisimha "Tifsir il- Kliem". Stilistikament il-qarrej mill- ewwel jinduna li Camilleri jħaddem ritmu naturali u mexxej, anki bis-saħħa tad-djalogi u d-deskrizzjonijiet. L-awtur spiss jidħol fl-irkejjen sigrieti u mistura ta' qalb u moħħ il-protagonisti, bħal fil-każ tal-qassis żagħżugħ li jinħakem mill-imħabba lejn tfajla li ilu jaf minn tfulitu ("Memorji tat- Tfulija"); fil-każ ta' "Tħammim ix- Xiħ", Camilleri jidħol fit-thewdin u inkwiet fieragħ ta' xiħ maqful f 'istitut għall-anzjani. In-narratur daqqa jirrakkonta fit-tielet persuna singular jew plural, u daqqa jidħol hu stess fir-rakkont permezz tal- ewwel persuna singular, biex b'hekk ifakkarna li dak li qed jikteb huma tiiriet imgħoddija. Hemm ċerta sinċerità fir- rakkonti ta' Camilleri: f '"Għadni Nistennieha" jittratta relazzjoni li tinbet b'kumbinazzjoni bejn mara żagħżugħa u raġel miżżewweġ matur fiż-żmien. Sfortunatament, hija l-mara li ġġorr il-konsegwenzi, qatt ir-raġel. Aħna u naqraw l-istejjer ta' Camilleri nidħlu anki ġewwa rkejjen jew spazji interni tal- imgħoddi. Hekk fi "Tħammim ix- Xiħ" naqraw dwar "it-tazza taż-żejt tpetpet fuq il-komodina quddiem mitt santa u statwa." (31), jew "bitħa mżejna b'siġra kbira tal-lumi fin-nofs, u bil-kampanella mifruxa minn naħa mal-ħorża tal-bir għal mal-ħajt kollu..." (31). Xi ħaġa simili nsibuha wkoll f '"Minn Fuq is-Setaħ" fejn naqraw deskrizzjoni nostalġika tad-dar bis-setaħ u r-raba' jħaddar mad-dawra. Hemm però stejjer fejn Camilleri joħodna lil hinn mix-xtut Maltin. Hekk f '"Għalxejn il-Ħsara" nittieħdu fl-Istati Uniti, mela f 'dinja ta' moda u ċinema. Dan hu rakkont bi tmiem li jweġġa' ladarba hu dwar tfajla sabiħa li tiġi sfruttata u wara mormija mill-ispekulaturi tagħha, minkejja li ġejja minn familja sinjura. Tematikament naqraw dwar id-differenzi bejn il- klassijiet soċjali, is-sitwazzjoni politika, fosthom il-pika bejn il-gvern u l-Knisja fi żminijiet partikolari. Il-klassi soċjali tispikka f '"Ta' Saldu" fejn joħroġ il-kuntrast bejn min jgħix fir-raba' u min jgħix fil-belt. Hemm ukoll stejjer b'laqta ambjentalista ("Il-Verdett"), ta' protesta, u antigwerra fl-istess ħin. Camilleri jipponta lejn il- bniedem bħala ħati ta' bosta nuqqasijiet minkejja li d-dinja li ngħatatlu kienet waħda perfetta u kkaratterizzata mill-ekwilibriju u mill-armonijia bejn l-ispeċi kollha. Il-protesta terġa' f '"Lejl Sħun Idellek", fejn il-ħajja sempliċi u tajba ta' koppja ġeneruża tiġi mfixkla u maħsuda minn żewġ ħallelin li quddiem il-Ġustizzja ma jeħdux dak li ħaqqhom biex b'hekk jibqgħu ħielsa jagħmlu d-deni. F'din il-ġabra ta' stejjer J.J. Camilleri jagħtina xeni differenti "mid-dramm twil tal-ħajja" (160), ħajja bil-varjetà kollha tagħha, abjad u iswed, tajjeb u ħażin, u l-bqija. Hemm drabi meta hu jikteb dwar ħwejjeġ li jidhru żgħar imma f i l - f a t t m hu m i e x , b ħ a l l - g r a t i t u d n i , l - i r ġ u l i j a , id-dif ferenza bejn dak li hu e s t e t i k a m e n t sabiħ u l-flus li jaħkmu fuq kollox, u l-ħbiberija vera. Drabi oħra Camilleri jissellef mis-seħer tal-ħolm u jikteb stejjer li jtulu daqskemm ittul it- tiira ta' avveniment speċjali ("Is-Sonata tal-Qamar"). Dawk tiegħu huma rakkonti mhux twal ħafna imma li jirnexxilhom iwasslu episodji jew inċidenti mill-ħajja ta' kuljum li wieħed jistenniehom jew le. Hekk jikteb f '"Meta Jkollok Toqgħod Għaliha": "wieħed iżomm lill- ieħor ta' li hu, kollox ma' kollox hemm post għal kulħadd" (183). Camilleri, minkejja li spiss jikteb fil-qosor, xorta jqabbadna l-kurżità billi jġagħalna nxommu jew intiegħmu it mill-platt biex it wara jħallina nimmaġinaw, nhewdnu u nirriflettu għalina. Inġustizzja fir-raħal Patrick Sammut jaqbad f'idejh il-ġabra F'Lejl Sħun Idellek u stejjer oħra ta' J.J. Camilleri, miġbura wara l-mewt tal- awtur u ambjentata fl-imgħoddi, imma kemm inbidlet il- ħajja minn dawk iż-żmien?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 August 2023