Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447
opinjoni IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 • illum Industrija tal-Films: Prosperita' u mhux biża' 12 illum • IL-ĦADD 28 TA' MEJJU 2023 analiżi opinjoni IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • illum M atul dawn l-aħħar jiem smajna ħafna dwar l-industrija tal- films f 'pajjiżna, l-ak- tar wara li deher artiklu li allega li qed jingħataw Eur47 miljun mit- taxxi tal-poplu lill-produzzjoni tal-film Gladiator. Kien hemm ħafna li qabżu fuq din l-aħbar bil-ħsieb li jqajmu kontroversja u bħallikieku jallegaw li qed isir użu ħażin tal-fondi pubbliċi. Pero' dan mhu xejn ħlief attakk fuq il-ħidma tal-Gvern biex jara li din l-industrija tkompli tikber f 'pajjiżna, u fuq kollox, fuq l-istabbilta' ta' pajjiżna għaliex hawn qed nitkellmu fuq eluf ta' impjiegi li jiddependu minn dawn il-produzzjonijiet. Min- għajr ma noqgħod nidħol wisq fil-mertu ta' liema produzzjoni- jiet qed jibbenefikaw minn dan, nemmen li dawn il-kummenti qegħdin inġustament jittieħdu barra mill-kuntest u intiżi biss biex ixekklu u joħolqu sensazz- jonaliżmu man-nies. Il-fatt li qed jingħad li l-produzzjoni qed tingħata flus imħallsa mit-taxxi tal-poplu irid jiġi spjegat iktar u jitpoġġa fil-kuntest billi wieħed jiem kif taħdem l-iskema li tippermetti dan li jsir. L-iskema tar-rifużjoni tat-taxxa ilha eżistenti għal snin twal u ma tintużax biss għal dan is-settur. Hija għodda li tippreżenta benefiċċji sinifikanti għall-pajjiżna għaliex biha pajjiżna jattira l-investiment dirett barrani, jistimula l-ekonomija u jippromovi l-iżvilupp ekonomiku. L-iskema tħajjar kumpaniji internazzjonali biex iġibu l-operazzjonijiet f 'Malta bil-premessa li jingħataw rifużjoni fuq it-taxxa, li effettivament ifisser tnaqqis fit- tassazzjoni globali li jridu jħallsu fuq il-profitti u d-dividendi. Din l-għodda toffri inċentivi fiskali kemm lill-individwi kif ukoll lin-negozji li jixprunaw eżiti pożittivi għall-ekonomija tagħna u permezz ta' din l-iskema li ġiet imsaħħa matul l-aħħar snin għall-industrija tal-films, pajjiżna qed jirnexxilu jattira dawn il-produzzjonijiet kbar li qed ipoġġu lil pajjiżna fuq il-mappa tal-industrija internazzjonali, u aktar minn hekk, qed iħallu l-qliegħ fl- ekonomija Maltija u qed joħolqu eluf ta' impjiegi. Naturalment, dan joħloq ambjent favorevoli għal dawn il-produzzjonijiet li fl- aħħar mill-aħħar, dan it-tnaqqis jinkoraġġihom jonfqu iktar għaliex iktar ma jonfqu, inqas iħallsu taxxa. Għaldaqstant, li wieħed jallega li qed jingħataw miljuni mit- taxxi tal-poplu daqslikieku qed jingħataw bla raġuni ta' xejn u bla ritorn fuq l-investiment huwa inġust. Il-fatt li wieħed jgħid li qed jingħataw rifużjoni daqstant kbira jfisser ukoll li hemm nefqa kbira u li hemm effett pożittiv fuq l-ekonomija ta' pajjiżna. Naturalment, hawn qed nitkellmu fuq produzzjonijiet kbar u professjonali, u nemmen li din il-ħidma li qed iwettqu l-Gvern u l-Kummissjoni tal-Films biex jattiraw tali produzzjonijiet kbar, mhux biss qed ikollha impatt pożittiv fuq l-ekonomija tal-pajjiż, iżda hija wkoll investiment fil-futur ta' din l-industrija f 'pajjiżna. Dan l-investiment qed iwassal ukoll biex il-kumpaniji lokali f 'pajjiżna li investew f 'din l-industrija jkomplu jikbru u jiżviluppaw in-negozju tagħhom. Bħal kull industrija oħra, l-industrija tal-films kellha bżonn din l-injezzjoni li tistimula n-negozji biex l-ewwel u qabel xejn ittihom is-serħan il-moħħ li jinvestu, iżda fuq kollox biex tkompli ssostnihom u jibqgħu jikbru. L-intraprenditorija lokali u l-effett fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li jgawdu wkoll minn dawn l-iskemi, jiksbu ħelsien minn piżijiet għoljin tat-taxxa, u b'hekk ikunu jistgħu jiffukaw iktar fuq l-innovazzjoni, l-espansjoni u l-kompetittivita' tan-negozju. Professjonisti li jiġu ma' dawn il-produzzjonijiet il-kbar, inkluż atturi ta' fama internazzjonali, jippromwovu wkoll aktar esperjenza u qsim tal-għarfien fl-industrija tagħna li jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta' Malta bħala ċentru għat-talent u l-għarfien espert. Minnu nnifsu dan joħloq ċiklu u jiggarantixxi li jkomplu jiġu attirati lejn pajjiżna produzzjonijiet importanti. Għaldaqstant nappella għall- maturita' u l-attenzjoni għaliex l-inċertezza u l-biża qatt ma wasslu għall-ġid u l-prosperita'. Ejja ma nisparawx f 'saqajna u naraw li ma nxekklux. Dawn l-attakki fuq industrija li qed trendi huma biss attakki fuq l-ekonomija ġenerali tal-pajjiż u fuq kollox fuq l-istabbilta' ta' pajjiżna. Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba