Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447
SHABAN BEN TAHER Diżgwid qabel il-bidu Bħal daż-żmien sena, Spanja ġiet eliminata mill-Kampjonat Ewropew tan-Nisa fil-kwarti tal- finali mill-Ingilterra, hekk kif sofrew gowl ta' parita fl-84 minuta, wara li kienu minn fuq, li bagħat il-logħba għall-ħin addizzjonali. Fis-96 minuta, sofrew gowl ieħor li finalment kien iddetermina l-partita. Segwentament, 15-il plejer mill- iskwadra ħadu deċiżjoni sabiex jirtiraw mill-futbol internazzjonali fix-xhur ta' wara. Dan minħabba ilmenti li kien hemm fir-rigward tal-kowċ tal-iskwadra Jorge Vilda, fejn il-plejers bagħtu ittra lill- federazzjoni Spanjola fejn qalu li l-fatt li qed jilgħabu taħt l-istess Vilda qed ikollu impatt negattiv fuq is-saħħa mentali tagħhom. Madankollu, tlieta minn dawn għażlu li jbiddlu d-deċiżjoni tagħhom u rritornaw mal-iskwadra sal-bidu tat-Tazza tad-Dinja. Kalejdoskopju ta' riżultati Għalkemm il-wassla sal-bidu tal-kampjonat kienet waħda turbulenti mmens għat-tim, minħabba l-problemi interni li kienu għaddejjin, dan ma deherx li ħalla daqshekk impatt fil-grawnd. L-anqas ma dehret li kien qed ikollha impatt fuq l-oppinjoni tas- segwaċi tal-futbol, peress li bosta xorta waħda kienu qed iqisuhom bħala wieħed mit-timijiet favorit. L-Ispanjoli kienu kwalifikaw diġa mill-fażi tal-gruppi wara li kienu lagħbu biss żewġ logħbiet minn tlieta, hekk kif għelbu lill- Kosta Rika u ż-Żambja, bl-iskor ta' 3-0 u 5-0 rispettivament, hekk kif iddominaw għalkollox il-partiti. Is-sorpriża waslet fit-tielet logħba, kontra l-Ġappun. Biż-żewġ timijiet ċerti mill-kwalifikazzjoni tagħhom mal-aħħar 16, it kienu li stennew li l-Ġappun kienu se joħorġu rebbieħa, aħseb u ara b'skor umiljanti ta' 4-0. Il-Ġappuniżi, li rmew kull tama li jistgħu iwaqqfu lill-Ispanjoli milli jikkontrollaw ir- ritmu tal-partita. bbażaw il-pjan tagħhom fuq il-kontrattakk. Huma rnexxielhom jiksbu dan ir-riżultat minkejja li gawdew biss 23% tal- pussess, l-iżgħar ammont minn tim rebbieħ fl-istorja tat-Tazza tad- Dinja tan-Nisa. B'hekk, Spanja ġew fit-tieni post ta' grupp C, u sabu ruħhom kontra l-Iżvizzera, ir-rebbieħa ta' grupp A. Din ma kinitx logħba kkumplikata għall-qawwa Spanjola, hekk kif rebħu b'skor komdu ta' 5-1. Żewġ rebħiet fit-tard Fil-kwarti tal-finali, iltaqgħu mal-Olanda, għal dik li sa dak il-punt kienet l-akbar sfida li affaċċjaw tul il-kampjonat kollu. Il-partita kienet bilanċjata ferm, bl- Ispanjoli jieħdu l-vantaġġ biss wara 81 minuta logħob, minn penalty ta' Caldentey. Van der Gragt ġabet parità għall-Olandiżi fid-90+1 minuti, biex bagħtet il-logħba għall-ħin addizzjonali, f 'mument fejn il-partitarji Spanjoli zgur mhux forsi reġgħu bdew jimmaġinaw xeni simili ta' dak li kienu raw fil- kwarti finali tas-sena preċedenti. Però, gowl ta' Paralluelo fil-111-il minuta aċċerta li, din id-darba, dan ma jkunx il-każ. Is-semi finali laqqgħet l-Ispanjoli mat-tim tal-Isvezja, tim li kienet qed jagħti s-sorpriżi hekk kif fil- fażi tal-aħħar 16 elimina l-Istati Uniti, li kienu l-favoriti. L-aħħar 10 minuti ta' din il-logħba żammew lil kulħadd fuq ix-xwiek, hekk kif kienu mimlija azzjonijiet u emozzjonijiet. Spanja ħadu l-vantaġġ minn gowl ta' Paralleulo fil-81 minuta, li dehret li kienet se terġa tkun l-eroj tal-lejl. Blomqvist sikktet lill- partitarji Spanjoli fit-88 minuta, iżda minuta biss wara Carmona reġgħet refgħet lit-tim Spanjol fil-vantaġġ, b'gowl li ddetermina l-post tat-tim fil-finali. Ċans ta' tpattija, ċans ta' glorja F'avveniment tad-destin, ġara li t-tim li Spanja kienet se taffaċċja fil-finali kien propju l-Ingilterra, it-tim li kien eliminaha fl-aħħar kampjonat li pparteċipat fih. Ċertament, id-diskors ta' qabel tal-kowċ Vilde kien jinkludi dan il- punt; li issa kien iċ-ċans li jagħmlu tajjeb ta' dak li ma rnexxielhomx sena qabel. Il-logħba kienet dominata mill- Ispanjoli, kemm mill-aspett ta' pussess kif ukoll xuttijiet. Din id- darba kienet Carmona li kienet l-eroj tal-ġurnata, hekk kif gowl fid-29 minuta kien biżżejjed sabiex Spanja jkunu nkurutati rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa wara t-tisfira finali; tisfira li tefgħet lin- nazzjon sħiħ f 'delirju ta' ferħ. Id-dieqa u l-kontroversji Sfortunatament għal Carmona, lejl li kellu jkun fost l-isbaħ f 'ħajjitha kien kompletament l-oppost. Dan hekk kif, it wara t-tisfira finali, ġiet infurmata bil-mewt ta' missierha. Hu kien miet jumejn qabel, iżda l-familjari tagħha għażla li jżommu l-aħbar mistura, sabiex jaċċertaw li hi tibqa' ffokata fuq il-finali. Barra minn hekk, aktar kontroversja kompliet tinħoloq rigward l-intern tal-federazzjoni Spanjola, hekk kif waqt iċ- ċelebrazzjonijiet, il-kowċ Vilde ġie ffilmjat imiss sider waħda mill- plejers, għalkemm diffiċli wieħed jgħid jekk din kinitx b'intenzjoni. Dan filwaqt li l-President tal- federazzjoni, Luis Rubiales, ġie ffilmjat ibus plejer oħra. Minn dakinhar, il-FIFA ħabbret li fetħet proċeduri dixxipplinarji kontrih. Minn naħa l-oħra, il- federazzjoni Spanjola qed thedded lill-plejer b'azzjoni legali, hekk kif qed tafferma li l-bewsa ingħatat f 'kuntest fejn "kien hemm kunsens," u tilmenta li s-sitwazzjoni hija minħabba "feminiżmu falz." 16 rokna sportiva Ħarsa lejn il-vjaġġ ta' kif l-Ispanjoli waslu s'hawn; x'seħħ qabel il- kampjonat, l-andament tal-logħob, il-finali u ċ-ċelebrazzjonijiet IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • illum Il-vjaġġ tat-tim Spanjol li wassal għar-rebħa storika Teddy Teuma Zach Muscat L-Ispanjoli jiċċelebraw wara rebħa fil-finali kontra l-Ingilterra