Illum previous editions

ILLUM 27 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506447

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' AWWISSU 2023 • illum aħbarijiet Il-prezzijiet probabbli se jerġgħu jogħlew lejn l-aħħar ta' din is-sena MATTHEW FARRUGIA U SHABAN BEN TAHER Il-Maltin u l-Għawdxin għandhom jistennew li l-prezzijiet tal-ikel jogħlew fiż- żmien li ġej minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, wara attakki kontinwi mir-Russja fuq l-infrastruttura tal-qmugħ. Dan qed iseħħ wara li r-Russja ħarġet minn ehim li kien kruċjali għall-provvista tal-ikel madwar id-dinja, bir-riżultat ta' dan ikun aktar żidiet fil- prezzijiet tal-ikel globalment, kif ukoll miljuni ta' persuni bi problemi serji ta' provvista tal- ikel. Analisti internazzjonali diġà qed janteċipaw li s-sigurtà tal-ikel se tieħu daqqa f 'bosta pajjiżi madwar id-dinja. Lura f 'Lulju li għadda, skada dak li kien magħruf bħala l-ehim tal-Baħar l-Iswed, ehim li kien jassigura l-passaġġ sigur tal-vapuri li jġorr l-qmuħ minn portijiet Ukreni. Il- President tar-Russja Vladimir Putin ħabbar li mhux se jkun qed iġedded il-ehim, wara li allega li dan ma kienx l-iskop veru tal- ehim. Minbarra t-tmiem ta' dan il- ehim, hemm ukoll il-kwistjoni tat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-qamħ mill-Ukranja. Qabel il-bidu tal-gwerra fl-Ukranja, il-pajjiż kien il-ħames l-akbar esportatur tal-qamħ fid-dinja, li kien jikkontribbwixi għal 10% tal-esporti globali kollha, skont l-Organizzazzjoni għall- Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp. Il-President tal-Ukranja Volodymyr Zelensky ħabbar fl- istess xahar li r-Russja qiegħda tagħżel li tattakka faċilitajiet industrijali sabiex twaqqaa milli tesporta l-qamħ lejn il- bqija tad-dinja. Fost dawn, kien hemm l-attakki fuq il-port ta' Izmail fit-23 t'Awwissu, fejn il- kapaċità tal-port tnaqqset b'15% u 13,000 tunnellata ta' qamħ ġiet meqruda. Dan il-port kellu jiżdied fl- importanza, hekk kif jagħmel parti mix-xmara Danube, li saret ir-rotta prinċipali tat-trasport tal-qamħ wara l-kollass tal- ehim tal-Baħar l-Iswed. Dwar dan, l-ILLUM tkellmet mal-ekonomista Clint Flores li jsegwi mill-viċin ix-xena Ewropea u dik internazzjonali. Flores iddeskriva dawn l-attakki bħala attentat mir-Russja biex jagħmlu l-aktar ħsara possibbli billi jużaw l-ikel bħala arma kontra l-Punent, iżda anke kontra l-aktar pajjiżi vulnerabbli. "Apparti l-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u dawk tal-Punent, dawn l-attakki se jaffettwaw l-aktar dawk il-pajjiżi li għandhom provvista ta' ikel bagħtuta. Dawn se jispiċċaw bla ikel," spjega Flores b'mod skjett. Huwa nnota li r-Russja qiegħda f 'pożizzjoni li tagħmel dawn l-attakki li se jaffettwaw miljuni madwar id-dinja, minħabba li l-provvista tal-ikel tagħha hija aktar sigura. Dan isir b'detriment għall-bqija tad-dinja, hekk kif minħabba dawn l-attakki l-prezzijiet tal- ikel jogħlew bil-mod, u l-effetti jieħdu l-ħin sakemm jaslu għas- swieq lokali u jinħassu mill- konsumaturi. Flores saħaq fuq il-possibilità kbira li l-prezzijiet ta' numru ta' prodotti f 'Malta jogħlew, u antiċipa li dawn iż-żidiet se jinħassu mill- konsumaturi Maltin u Għawdxin sa Ottubru jew Diċembru li ġej. Apparti l-effetti fuq is-swieq lokali u dawk tal-pajjiżi tal- Punent, Flores bassar kriżijiet ferm akbar u indiretti li jistgħu iseħħu minħabba dawn l-attakki. Dan hekk kif meta l-prezzijiet jeskalaw u jkunu wisq għoljin għall-pajjiżi tat-tielet dinja, l-ewwel impatt li se jinħass f 'dawn il-pajjiżi huwa l-ġuħ kbir fost il-poplu. Jekk dawn l-effetti ma jiġux mitigati mill-aktar fis possibbli, Flores qal li dan iwassal għal instabbilità kbira f 'dawn il- pajjiżi, u eventwalment ikun hemm mijiet ta' eluf ta' nies minn madwar id-dinja li jkollhom jitilqu minn pajjiżhom minħabba dawn l-isfidi. Għalhekk, Flores saħaq li jekk dawn l-attakki krudili mir- Russja jibqgħu iseħħu, hemm ċans li tinħoloq instabbilità 'lil hinn mill-Ukrajna, hekk kif jekk ikomplu jseħħu mingħajr mitigazzjoni mill-Punent, dan jista' jwassal ukoll għal kriżi ta' immigrazzjoni mill-aktar pajjiżi foqra fid-dinja. Attakki Russi fuq faċilitajiet tal-qmugħ Ukreni huma l-kawża maġġuri wara l-anteċipazzjoni għal aktar żidiet fil-prezzijiet tal-ikel TKOMPLI MINN PAĠNA 1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 August 2023