Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817
s-sitwazzjoni tal-ħajja personali tiegħu. Attur ieħor f 'din il- produzzjoni huwa Chris Camilleri, li ddeskriva din il- produzzjoni bħala, "dramm politiku li ma jdurx mal-politika biss u huwa ferm 'il-bogħod mill-politika partiġġjana." Intant, Shawn Ciantar li se jinterpreta l-karattru tal-Prim Ministru jgħid li l-karattru tiegħu "se jkun kemmxejn differenti u se jkun qiegħed juri stampa ta' x'aktarx li hija l-verità tal-politika ta' llum". Huwa jelabora li d-dramm għandu karattri relatabbli u kitba diretta u bla kantunieri li "turi rendikont preċiż ta' dak li qed jiġri fil-pajjiż u dak li jgħaddu minnu ħafna familji ta' llum il-ġurnata". Id-direttur ta' 'Bank il-Għażż' Stefan Galea Debono, jgħid li "f 'dan id-dramm kurrenti naraw il-lat uman ta' familja li għandha x'taqsam mal-politika" u fid-dramm se jkun hemm "żvolta importanti li ma nkunux qed nistennew". Bank il-Għażż se tittella' fl- 20, fil-21, fit-22, fit-23 u fl-24 ta' Settembru, 2023 fit-8.00pm fil-Black Studio, Malta School of Drama and Dance, Tal- Pietà. Id-dramm se jittella' bi produzzjoni ta' Karl Schembri, Stefan Galea Debono, u Chris Camilleri. Il-kitba hija ta' Karl Schembri u d-direzzjoni hija ta' Stefan Galea Debono. Fost l-atturi nsibu lil Karl Schembri, Vince Micallef Pulè, Moira Muscat, Chris Camilleri, u Shawn Ciantar. 13 kultura IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti ssaqsi dwar il-ħajja privata tal-politiċi Din il-produzzjoni se tittella' bejn l-20 u l-24 ta' Settembru fil-Black Studio, Malta School of Drama and Dance, Tal-Pietà