Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817
06 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Jgħid li ma' ammont sostanzjali SHABAN BEN TAHER Għalkemm ir-riformi li saru fil-liġijiet tal-użu personali tal-kannabis ġew milqugħa tajjeb minn dawk li jagħmlu użu minnha, u ġabet tibdiliet li l-opinjoni dwarhom hija ġeneralment pożittiva fost id-demografika. Madankollu, jidher li dawk li qed ikabbru fi djarhom stess qed ikollhom jarmu ammont ta' prodott li jkun ħa ħafna xogħol biex kiber, sabiex ikunu konformi mal-liġi. Sors li jixtieq jibqa' anonimu enfassizza mal-ILLUM li, għalkemm il-liġijiet il-ġodda ġabu bidliet "neċessarji" fejn jidħol l-użu personali, xorta waħda hemm aspetti li "ma jagħmlux sens," u li qed iwasslu għar-rimi ta' ammont sostanzjali ta' prodott. Barra minn hekk, iħoss li għad hawn stigma soċjali, kemm fuq min jikkonsmaha, "u aktar u aktar fuq min ikabbarha." Kien għalhekk li għażel li ma jiżvelax l-identità tiegħu, minħabba l-mod ta' kif iħoss li jħarsu lejh in-nies. "Uħud minn sħabi jafu. Però ma rridx li din tkun xi ħaġa magħrufa pubblikament. Inħoss li ċertu nies għadhom jiġġudikawk meta jsiru jafu li tpejjep il- ħaxixa, u mhux biss nies avvanzati fl-età, anke ċertu żgħażagħ. Aħseb u ara kieku jkunu jafu li tkabbar. Naf li nies oħra huma aktar pubbliċi, anke meta tħares fuq il-midja soċjali, iżda jien ma narahiex hekk." Id-deċiżjoni li jibda jkabbar waslet għal diversi raġunijiet. "Jien kien ilni snin inpejjep, u meta tkabbar inti l-ewwel nett tiġik ħafna irħas. Tkun taf ukoll x'qed tpejjep; kemm rigward il-kwalità tal-prodott kif ukoll it-tip. Hemm diversi varjanti ta' ħaxixa, li jħallu effetti simili imma differenti fl-istess ħin. Meta kont nixtri mit-triq, il-kwalità tista' kważi tassiguraha billi dejjem tixtri minn persuna li tavda. Iżda fejn jidħol it-tip, ġieli qas il- bejjiegħ ma kien ikun jaf, u meta jtik risposta ma tkunx taf hux qed jigdiblek lanqas. Hekk, tkun ċert. Barra minn hekk, jien jogħġbuni l-pjanti b'mod ġenerali; inkabbar varjetà kbira, mhux ħaxixa biss." Hu spjega kif dan mhux process faċli; jirrikjedi ċertu attenzjoni u ċertu investiment. L-apparat li xtara fil-bidu sewa aktar minn €1,000, u jinkludi tinda, dwal, tliet fannijiet, dehumidifier, apparat li joqtol l-insetti u numru ta' strumenti ta' kejl ta' temperaturi u umdità. Il-pjanti jieħdu madwar erba' L-ILLUM tkellmet ma' persuna li jkabbar il-ħaxixa għall-użu personali, dwar ix-xogħol li din tirrikjedi, il- problemi li jaffaċċja u n-nuqqasijiet tal-liġijiet kurrenti Aktar minn 11,000 persuna mejta f'Derna SHABAN BEN TAHER Il-Libja kompliet iżżid mal-lista ta' pajjiżi fejn il-maltempata Daniel ħalliet ħerba enormi, hekk kif l-għargħar kaxkar kull ma sab quddiemu fir-reġjun tal- grigal. Tul il-maltemptata, il-Libja esperjenzat xita ta' 260 darba aktar mill-medja ta' xahar, fejn niżlet 400 millimetru ta' xita madwar il-kosta meta kkumparata mal- 1.5 millimetru li ssoltu tinżel f 'Settembru kollu. Dan kien aktar għargħar li kkaġuna mwiet fl-Afrika f 'aktar minn 100 sena. Fi stqarrija maħruġa mill-Ministru għall-Intern tal- pajjiż, iddikkjara li aktar minn 5,000 persuna nstabu mejta, apparti l-10,000 persuna oħra li ġew irrappurtati neqsin. Derna tidher li ntlaqtet l-aktar gravi, hekk kif il-maġġoranza tal- belt tinsab mgħerrqa taħt l-ilma. Il-Kunsill Lokali tal-belt iddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda "katastrofika," u li l-belt qed titkarrab għall-għajnuna. Is-Sindku tal-belt Abdulmenam Al-Ghaithi stqarr li huwa stmat li bejn 18,000 u 20,000 persuna tilfu ħajjithom, abbażi ta' stimi skont il- ħsara enormi li sofrew numru kbir ta' distretti. 30,000 persuna minn din il-Belt kellhom iħallu djarhom sabiex imorru f 'postijiet aktar siguri. Dan huwa reġjun imdawwar bil-muntanji, li b'hekk jinġarr lejh ammont sostanzjali ta' ilma. L-esperti qed jaħsbu li kien ħajt li jilqa' l-ilmijiet 12-il kilometru bogħod mill-belt li ċeda l-ewwel, u b'hekk ammont ferm akbar mis- soltu ta' ilma nġarr lejn il-widien. Ftit wara, ċeda ieħor viċin ħafna tal-belt. Il-Gvern li jmexxi n-naħa tal-Punent tal-pajjiż sejjaħ għal investigazzjoni rigward kif u għala il-ħitan krollaw, u talab li jitressqu l-Qorti kull min jinsab li kkontribwixxa għal dan, anke kawża ta' traskuraġni. Huwa allegat li kienu għaddew snin minn mindu dawn sarilhom xi forma ta' xogħol ta' manutenzjoni. Esperti qed jgħidu wkoll li dawn ma kienux mibnija b'materjal tajjeb. Il-Ġnus Magħquda ħarġu twissija f 'dan ir-rigward, hekk kif l-ilma ukoll ġie kkontaminat. Sabiex jikkumbattu kontra dan, hemm numru ta' uffiċċjali fuq il-post sabiex jikkoordinaw it-tqassim ta' provvisti tal-ikel, hekk kif il-ħażna kollha li kien hemm fil-pajjiż qed tittieħed lejn din iż-żona. Numru ta' pajjiżi oħra wkoll bagħtu riżorsi umani sabiex jgħinu fl-operazzjonijiet ta' salvataġġ li għaddejjin. Fost dawn insibu kontinġent Malti kompost minn 73 uffiċċjal tal-Forzi Armati u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ta' Malta, li għamel triqtu lejn il-Libja sabiex jagħti l-għajnuna wara l-ħerba li ħalliet il-maltempata Daniel. Il-kontinġent telaq minn Malta permezz tal-lanċa P61, lanċa tal- Forzi Armati. Fost dawn insibu 30 suldat, 31 membru tal protezzjoni ċivili, kif ukoll 12 il-uffiċċjal tal-Forzi Armati fosthom mediċi. Fi stqarrija, il-Ministru għall- Intern Byron Camilleri qal li, "għal darb'oħra Malta se tkun solidali ma' pajjiż ieħor, din id-darba wieħed ġar tagħna b'relazzjonijiet storiċi. Ser nibqgħu kommessi li mhux biss nassistu u nsalvaw f 'pajjiżna, iżda wkoll ngħinu popli oħra f 'mument ta' bżonn." Kollass ta' ħitan li jservu ta' lqugħ mill-ilma wassal għal eluf jitilfu ħajjithom, bin- numru mistenni li jkompli jogħla. 10,000 huma rrappurtati neqsin, filwaqt li 30,000 kellhom iħallu djarhom