Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1507817
kull ħsad qed jarmi sostanzjali ta' prodott aħbarijiet 07 IL-ĦADD 17 TA' SETTEMBRU 2023 • illum xhur biex jikbru, ġimgħa biex jinxfu, u xahar ieħor sabiex ikunu tajbin għall-konsum. "Jirrikjedu ħafna attenzjoni tul dawn il-perjodi, sabiex ikollok prodott tajjeb. Malta, għalkemm għandna klima tajba, hemm diversi fatturi li jagħmluha diffiċli wkoll. Fost l-akbar problema li naffaċċja huma l-insetti, li jagħmlu ħsara kbira. Iżda jekk tieħu l-prekawzjonijiet u tuża l-bexx, idealment organiku għax dan se jispiċċa ġo ġismek, kapaċi tikkontrollaha." Minkejja dan ix-xogħol kollu, ma kull ħasda jgħid li jispiċċa jarmi ħafna mill-prodott. "Pjanta waħda, jekk tkun taf x'qed tagħmel, kapaċi tagħtik 100 gramma ta' ħaxixa meta tnixxia. Issa l-liġi Maltija tgħidlek li tista' żżomm biss 50 gramma ġewwa residenza waħda, "li ma tagħmilx sens." Din ma tista' tagħmel xejn biha legalment, allura trid jew tissogra u żżomm ammonti akbar id-dar, jew inkella tarmi." Stqarr li qabel ma kienet legali, ġieli żamm ammonti d-dar, iżda din kienet sitwazzjoni differenti. "Qabel, ġieli żammejt it grammi d-dar, għall-użu personali ovjament. Iżda jekk kont tinqabad, kont tinqabad b'ammont żgħir, u tkun evidenti li kien għall-użu personali. Imma jekk pjanta tagħtik ammont kbir, diffiċli tagħmel l-istess argument, fil-fehma tiegħi. Allura nipreferi narmi ż-żejjed milli nissogra. Infatti, qas għadni nkabbar aktar minn pjanta waħda f 'ċiklu wieħed, għax nispiċċa narmi ammonti kbar." Għalih, il-liġi għandha wkoll element li hu kemmxejn ambigwu. Dan għalhiex il- liġi ma tagħmilx distinzjoni bejn kannabis li għadha kemm tinqata', u dik imnixxfa. "Meta taqta' l-uri tal-pjanta, dawn ikunu jiżnu ammont. Iżda dawn ovjament ma jkunux tajbin għall-konsum; trid tnixxiom. L-ewwel tħallihom madwar ġimgħa mdendlin, imbagħad madwar xahar ġo vażett. Tul dan il-perjodu jitilfu aktar minn nofs il-piż. Issa jiena, u kull min nitkellem miegħu, nassumu li l-liġi qed tirreferi għall-piż ta' meta tkun imnixxfa, jiġifieri meta din tkun tajba għall-konsum, iżda kjarifikazzjoni tkun tajba sabiex wieħed ikun jista' jserraħ moħħu aktar." Minkejja dan kollu, hu saħaq li l-bqijja tal-liġi kienet maħsuba tajjeb, fir-rigward ta' dawk li jkabbru d-dar. Għalih, "din ġabet bidliet neċessarji. Meta wieħed jikkonsma l-prodott tiegħu stess, apparti l-vantaġġi li semmejt qabel, hemm element kbir ta' sodisfazzjoni ukoll. Il-ħsara tkun biss dak li tkun iddedikajt ħafna ħin għalih jinħela għax ikollok tarmi.