Illum previous editions

ILLUM 1 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508763

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 1 TA' OTTUBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Tikkonsidra lilek nnifsek dilettant tal-ġeneru tal-misteru- orrur? F'dak il-każ, għandna attivita' li hija it iktar immersiva għal dawk li minnkom jixtiequ xi ħaġa naqra iktar immersiva mill- ghost-hunting clips ta' Youtube. Forsi taħseb li s-sigħat li qattajt tara filmat tal-orrur iddesensibilizzawk, imma int lest li żżur il-Belt Valletta tard billejl meta l-monumentali u l-binjiet storiċi kollha ikunu abbandunati? Hemm ħafna għajdut li ċerti positijiet fil- belt kapitali għandhom l-iħirsa, bħall- Forti Sant' Iermu jew is- Sagra Infermerija Il-Valleta Ghost Hunt hija taħlita innovativa bejn l-escape rooms u t-tours, kif ukoll attivita' perfetta għal dawk li jixtiequ jesploraw il-Belt imma m'għandhomx ideja minn fejn ser jibdew. Din l-avventura tiggwidak madwar l-aqwa postijiet misterjużi li l-belt għandha x'toffri, bħat-Teatru Manoel u l-Palazz tal-Granmastru. Matul din l-attivita', ser tkun qed tilgħab mill-perspettiva' ta' karattru fittizju; Frederick Wagner huwa psikjatra germaniż li jmur il- Valletta sabiex jirranġa l-problemi taż-żwieġ tiegħu, iżda jidher li l-inkwiet u l-aġir ħażin tal-passat tiegħu ġew miegħu fil-bagalja. Il- logħba tinvolvi djalogu umoristiku u interazzjonijiet sorpredenti sabiex tħossok iktar mdaħħal fid- dinja ta' Frederick. Din l-attivita' ġiet organizzata minn Questo, pjattaforma diġitali li tipprovdi attivitajiet tal- esplorazzjoni b'temijiet differenti. Dawn jintlagħbu minn eluf ta' nies madwar id-dinja, f 'madwar 130 bliet. Il-logħba tibda Bieb il-Belt u titlesta Forti Sant' Iermu, b'kollox iddum 75 minuti bejn wieħed u ieħor, għalkemm tista' twaqqaa u terġa tkompliha meta trid. Il- vantaġġ huwa li peress li l-mobile tiegħek stess ikun il-gwida tat-tur, m'għandekx għalfejn tkun parti minn xi folla li għadha lura jew tistenna sakemm kullħadd jieħu miljun ritratt. Barra minn hekk, tista' tilgħab il-logħba waħdek (sakemm m'intix taħt l-eta', f 'liema każ ikollok bżonn adult biex jakkumpanjak), fi grupp kbir, jew tista' saħansitra tikkompeti fi gruppi żgħar. U ovvjament, avża lil xi ħadd jekk tagħżel li tmur waħdek. Biex tilgħab trid tidħol fuq getyourguide.com u tixtri biljett. Wara, tirċievi email li jgħinek tinstalla l-applikazzjoni ta' Questo u tingħata iktar instruzzjonijiet. Allura xi tgħid? Lest li tiskoppri s-sigrieti ta' Valletta? Valletta Ghost Hunt: fużjoni moderna tal-Escape

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 October 2023