Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508763
06 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' OTTUBRU 2023 • illum aħbarijiet NOTICE By means of an application filed in the Civil Court of Voluntary Jurisdiction Section, on the 20th July, 2023, Application number 1383/2023, by Carmen Ellul et whereby they requested that it be declared open in favour of Elias sive Elia Psaila brother of the decujus in the quota of one fourth (1/4) undivided share; in favour of Carmen Ellul, daughter of the late Joseph Psaila the latter brother of the decujus in the quota of one fourth (1/4) undivided share; in favour of Pauline Vassallo, Isabelle Jenkins, Carmen Schembri, Joseph Galea and Patrick Galea children of the late Innocenza Galea the latter sister of the decujus in the quota of one fourth (1/4) undivided share between them and in favour of Paul Galea, Mark Galea, Carmel Galea, Rita Bongailas and Joseph Galea children of the late Maria Galea the latter sister of the decujus in the quota of one fourth (1/4) undivided share between them the succession of Giulia Psaila, unmarried, daughter of the late Carmelo Psaila and Paola Psaila née Debattista, born in Mqabba, resided in Mqabba and died in Msida, Malta, on the 23rd October, 2016, aged 93, and who held identity card number 0344523M. Wherefore, any person who believes to have an interest in the matter is hereby called upon to appear before the said Court and to bring forward his objections hereto by a minute to be filed within fifteen days from the posting of the banns and notices according to law. Registry of the Civil Court, Voluntary Jurisdiction Section Today 25th August, 2023 ALEXANDRA DEBATTISTA For the Registrar, Civil Court and Tribunals MATTHEW FARRUGIA Il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex li ilha snin tiġi mwiegħda minkejja oppożizzjoni mill-Għawdxin infushom, tidher li lanqas għandha l-approvazzjoni tal-Kabinett kollu, hekk kif meta mistoqsi minn din il-gazzetta, il- Ministru Jo Etienne Abela qal li huwa kontra dan il-proġett. Abela kien qed iwieġeb domandi mibgħuta mill-ILLUM lil deputati Laburisti u Nazzjonalisti Għawdxin dwar jekk jaħsbux li l-proġett tal- mina se jwassal għal aktar ġid milli deni għal Għawdex u jekk jemmnux li l-mina hijiex biss wegħda bombastika li se tibqa' tiġi posposta tul is-snin. B'mod skjett, Abela wieġeb, "Personalment, jiena kontra li jkun hemm mina." Dan il-proġett, li ilu jiġi mwiegħed minn żmien l-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat, kien is-suġġett ta' mill-inqas disa' studji minn Infrastructure Malta, u saħansitra nħarġu wkoll tenders għal dan il- proġett multibiljunarju. Minkejja n-nefqa fuq l-istudji li diġà saret fuq mina li x'aktarx mhux se tinbena, bosta Għawdxin minn dejjem kienu mħassba dwar dan il-proġett. Dan minħabba li għall-Għawdxin, din il- mina tfisser li jiżdied l-iżvilupp f 'Għawdex, liema ġżira diġà qed tiġġieled biex ma titlifx il- karatteristiċi tagħha. L-ewwel indikazzjonijiet li dan il-proġett qatt ma kien se jsir realtà kienu f 'Ottubru tal-2022, hekk kif il-gazzetta MaltaToday kienet irrappurtat li ħadd ma kien kommess li dan il-proġett jinbeda. Hawn intqal li l-problemi kkawżati mill-Covid-19 u l-gwerra fl- Ukrajna komplew jaħdmu kontra dan il-proġett. Intant, fil-15 ta' Settembru li għadda, tnediet l-istrateġija għall- iżvilupp reġjonali t'Għawdex għall- erba' snin li ġejjin. Hawn kien intqal li l-benefiċċji u l-iżvantaġġi tal-mina kellhom jerġgħu jiġu eżaminati. Intant il-Ministru għal Għawdex kien evażiv għal mistoqsijiet tagħna: "Jien dejjem emmint u nibqa' nemmen f 'iktar konnettività bejn iż-żewġ gżejjer u kien għalhekk li dejjem tkellimt favur il-proġett tal- mina. "Fl-istess ħin, fl-aħħar snin ma konniex idejna fuq żaqqna u tejjibna bil-kbir il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer għax din hija kruċjali għall-iżvilupp ta' Għawdex. "Għamilna dan b'diversi modi, inkluż bir-raba' vapur, il-fast ferry u issa qed naħdmu wkoll fuq l-ewwel rural airfield f 'Għawdex. "Meta l-imsieħba soċjali Għawdxin kienu kkonsultati bħala parti minn din l-istrateġija, apprezzaw u qiesu dan kollu, u filwaqt li għandhom opinjonijiet imħallta, talbu li fl-istrateġija għal Għawdex ikun hemm punt li jikkunsidra dan kollu biex b'hekk id-diskussjoni tkun waħda sana u b'saħħitha u li tikkunsidra kollox." Id-deputati Nazzjonalisti Alex Borg u Chris Said, kif ukoll il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, ma wiġbux għall- mistoqsijiet tal-gazzetta Illum. Ministru Laburista jiddikjara lilu nnifsu kontra l-proġett tal-mina għal Għawdex Fehmiet differenti niddeċiedu Il-Ministru Abela qal: Personalment, jiena kontra li jkun hemm mina MINN LUIGI SGHENDO L-ILLUM tkellmet mal- organizazzjoni mhux governattiva Moviment Graffiti, mal-Malta Hotels and Restaurants Association u l-Ministeru tat-Turiżmu fejn flimkien taw il-fehma tagħhom fuq sistema ta' Tourism Capping jew aħjar jekk Malta għandha tikkontrolla n-numru ta' turisti li jaslu f 'pajjiżna; u kif u hekk pajjiżna jista' jibbenifika minn din is- sistema. Tourism Capping hija sistema fejn jiġi limitat in- numru ta' "viżitaturi", f 'dan il- każ turisti. Din il-miżura hija frekwentament implimentata f 'destinazzjonijiet turisitiċi popolari sabiex jiġu mħarsa setturi sensittivi bħal-ambjent kif ukoll toffri esperjenza iktar pożittiva lit-turist minħabba li hemm limititu ta' 'overcrowing', iġifieri żżomm postijiet milli jesperjenzaw influss qawwi ta' persuni f 'daqqa. L-Moviment Graffiti qalu li filwaqt li hija possibi li ssir, huma jemmnu li minħabba l-influss qawwi ta' turisti, bejn 2-3 miljun turist, qed iħalli impatti negattivi minn dawk infrastrutturali għat-trasport u l-iskart, iżda ma' jaħsbux li Tourism Cap hija s-soluzzjoni minħabba li "il-problema għandha għeruq ħafna iktar fondi; hija r-riżultat ta' politika ekonomika li tfittex it-tkabbir bla qies minflok it- tqassim ġust tal-ġid." Intant, il-Ministeru tat- Turiżmu qal li il-proposta ta' capping tpoġġi s-settur tat- turiżmu Malti fi żvantaġġ f 'termini ta' kompettivita turistika. Barra minn hekk huma jgħidu li "wara d-daqqa tal-pandemija l-prioritajiet kienu dawk li ngħinu lin-nies, in-negozji u l-ħaddiema biex nirkupraw malajr, u rnexxielna." L-MHRA, similarjament bħal Moviment Graffiti qalet li deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jittieħdu mill- Gvern għax "Il-Gvern għandu l-eżekuttivi responsabbli li jmexxu pajjiżna." Bħal Moviment Graffiti, Tony Zahra saħaq li pajjiżna m'għandux l-infrastruttura neċessarja li jilqa' numru bla limitu ta' turisti fil-gżejjer Maltin. Fost l-eżempji li semma' huwa qal li s-sistema tad-dranaġġ huwa eżempju ċar li l-infrastruttura mhux qed tlaħħaq mad-domandi tal-pajjiż, kif ukoll il-provvista tal-elettriku, fejn minkejja li l-Gvern saħaq li kien tort tas-sħana li laqtet il-pajjiż, iżda bosta sostnew li l-problema kienet in-nuqqas ta' titjib matul is-snin tas-sistema tal-elettriku li wasslet għal qtugħ ta' dawl f 'diversi lokalitajiet għall- ħinijiet twal. Moviment Graffiti u l-MHRA qablu li Malta hija għatxana għal titjib fl- infrastruttura li mhux tlaħħaq mad- domandi li jimponi s-settur turistiku