Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510124
14 films IL-ĦADD 22 TA' OTTUBRU 2023 • illum L-istorja, fil-qosor, hi din: Bħala kastig talli talab platt ieħor ta' ikel, it-tfajjel Oliver Reed (Mark Lester) jitneħħa mill-orfanatrofju fejn kien jaħdem u jinbiegħ minn Mr. Brumble (Harry Secombe) lil Mr. Sowberry (Leonard Rossiter) li jieħu ħsieb il-funerali. Wara ġlieda mal-assistent antipatiku ta' Sowberry, Noah Claypoole (Kenneth Cranham), Oliver jaħrab biex jipprova jsib il- fortuna tiegħu f 'Londra. Hawn jiltaqa' ma' tifel magħruf bħala The Artful Dodger (Jack Wild), li joffrilu fejn joqgħod f 'maħżen diżabitat li minnu l-anzjan Fagin (Ron Moody), li jaf kif jisraq mill- bwiet u anki jirċievi ħafna oġġetti misruqin, jissorvelja l-attivitajiet ta' assortiment ta' tfal ħallelin. Fl-ewwel spedizzjoni tiegħu Oliver ikun arrestat ta' serqa li The Artful Dodger ikkommetta. Imma, meta Mr. Brownlow (Joseph O'Connor) jinduna bl-innoċenza tat-tifel, hu jieħdu d-dar u jrabbieħ bħala ibnu. Il-kriminal kattiv u vjolenti Bill Sykes (Oliver Reed), imħasseb li Oliver se jittradi lilu u lil Fagin mal- pulizija, juża lil ħabiba Nancy (Shani Wallis), prostituta dejjem ferrieħa, biex tieħu bil-ħlewwa lil Oliver 'il bogħod minn Mr. Brownlow. Meta tinduna li Sykes irid jeqred lit-tfajjel, hi stess tmur għand Mr. Brownlow u twegħdu li se tindaħal; iżda Sykes irrabjat jtiha xebgħa għall-mewt u jkaxkar lil Oliver miegħu hekk kif jipprova jaħrab minn fuq il-bjut. Eventwalment, il-pulizija tispara fuq Sykes meta jipprova jaqbeż minn bejt għall-ieħor u jaqa' mejjet għall-isfel. Oliver jerġa' jingħaqad mal-benefattur tiegħu, li issa għandu konferma ta' dak kollu li kien jissuspetta, li Oliver hu t-tifel illeġittimu tan-neputija mejta tiegħu. The Dodger u Fagin, li tilef it- teżor kollu li kellu moħbi meta ħarab mill-ġustizzja, jitilqu għal għonq it-triq biex ikomplu l-ħajja ta' serq x'imkien ieħor. Dan il-film li kellu ħin ta' kważi sagħtejn u nofs intlaqa' tajjeb ferm u għalkemm qam 10 miljun dollari biex inħadem daħħal 56 miljun dollari minn madwar id-dinja. Film mużikali estravaganti, eżileranti, attraenti u realistiku tal-ħajja fi żmien l-awtur Charles Dickens. Xi kurżitajiet dwar din il- produzzjoni kienu: L-ewwel darba li Mark Lester ra lil Ron Moody mingħajr irtokk dan m'għarfux. Dick van Dyke (li ħadem f 'Mary Poppins) kien ikkuntattjat biex jinterpreta lil Fagin. Il-pjazza sħiħa ta' Bloomsbury f 'Londra ġiet ikkreata fuq in-naħa ta' wara ta' Shepperton Studios għall- kanzunetta estravaganti Who Will Buy? (li ddum aktar minn 8 minuti). Infatti, dan l-istudjo ttieħed kollu waqt li Oliver kien qed jinġibed. Minkejja diċerija ta' nepotiżmu, Oliver Reed kellu jipperswadi lil zijuh, id-direttur Sir Carol Reed, biex itih il-parti ta' Bill Sykes. Għalkemm Ron Moody ħadem il-parti ta' Fagin b'suċċess kbir fuq il-palk ta' Londra, kien biss mogħti dan l-irwol fil-film wara li kemm Peter Sellers u kemm Peter O'Toole rrifjutaw kemm il-darba. Carmel Bonnici Il-klassiku "Oliver Twist" fuq il-liżar ċinematografiku SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA