Illum previous editions

ILLUM 29 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni 09 IL-ĦADD 29 TA' OTTUBRU 2023 • illum J iena nemmen f 'Alla l-Missier li jista' kollox. Ma nemminx f 'Alla li jibgħat lin-nies l-infern għal dejjem. Nemmen fil-Knisja Kattolika Appostolika. Ma nemminx li hawn xi Knisja waħda b'monopolju tal- verità. Nemmen li Alla Huwa mħabba u jrid li kulħadd imur il-Ġenna. Ma nemminx f 'Alla jew fi Knisja li tikkapparra l-Ġenna kollha bla ma tħalli spazju għal ħadd ieħor li hu barra mill- Knisja. Nemmen li Ġesu' Hu uniku, l-Iben t'Alla. Bħalma l-Buddha u sħabu tal- elf ħsieb għaġnu popli sħaħ biex isiru aħjar. Nemmen f 'min jiġġieled l-inġustizzja u jħallas il-prezz talli jiddenunzja lill-poter. Ma nemminx f 'dawk li jitkellmu biss skont l-aġenda politika partiġġjana u jagħlqu ħalqhom meta l-istess inġustizzja jagħmluha huma stess jew in-nies tagħhom. Nemmen fin-Natura, l-għasafar li jgħannu u jtiru, għelieqi ħammiela mimlijin ilwien li jitkellmu fis-silenzju. Ma nemminx f 'min jitkellem ħafna dwar l-ambjent imma jibni kullimkien biex idawwar sold. Nemmen fil-bniedem. Imma iktar ma nagħmilha mal-bnedmin nemmen iżjed fil-kelb. Nemmen li hemm ħajja oħra, inkella l-ħajja t'issa hi wisq qasira, mimlija mard u bard biex timlieli ħajti u tagħti sens lil ħajti. Ma nemminx li l-annimali m'għandhomx il-Ġenna tagħhom fejn jiltaqgħu mal-iljun li jgħix man-nagħġa flimkien u jħobbu lil xulxin għal dejjem. Nemmen fl-Anġli, u għandi ħolma meta niltaqa' mal-Anġlu Kustodju tiegħi u ta' sħabi, ngħidlu grazzi tal-ħrejjef li emmint u l-'Father Christmas' li laqqgħani miegħu, tar-rigali li xtaqt u ġabli, talli tani motiv biex nobdi u narah bil-moħbi jbus lil ommi f 'lejliet il-Milied u jagħtini s-sikurezza li anki 'Father Christmas' jiġi mill- Antartika apposta għalija. Nemmen fl-anġli għax nemmen li hemm dejjem xi ħaġa tajba f 'kull wiċċ Laskri li spiss niltaqa' miegħu. Nemmen li għandi dritt nibqa' noħlom – anki meta naf li mhux veru. Għax meta nieqaf noħlom, immut. NON OMNIS MORIAR Le, ma mmutx, nibqa'. Nemmen – Ma nemminx Fr Colin Apap huwa qassis Colin Apap Nemmen f'min jiġġieled l-inġustizzja u jħallas il-prezz talli jiddenunzja lill-poter

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 October 2023