Illum previous editions

ILLUM 29 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' OTTUBRU 2023 • illum opinjoni L -attakk isteriku u mmirat li sar mill-Prim Ministru ta' Malta Rob- ert Abela lejn il-Maġis- trati kif ukoll lejn il-mexxej tal-għaqda Repubblika fil-Par- lament din il-ġimgħa huma kundannabbli u mhux denji ta' mexxej ta' pajjiż. Li f 'dik li suppost hi l-ogħla istituzzjoni ta' Malta jiġu skreditati l-Maġistratura u ttimbrati bħala partiġġjani u li jżommu ma' xi partit hu diskors perikoluż li sar biex jimmina s-saħħa tal-qrati u jpoġġi d-dubji f 'moħħ il-poplu. Dan id-diskors jieħu xejra kerha fid- dawl ta' dak li ħareġ mill-qrati tagħna ftit qabel dwar il-każ tal-Vitals. Diskors infantili ta' Prim Ministru li għax is- sentenza ma għoġbitux, mela żgur hemm konfoffa, u l-Maġistrati jiffavorixxu l-Partit Nazzjonalista. Donnu nesa li qed imexxi pajjiż u li kliemu jista' jkollhom effetti koroh u jidhru ta' theddid. L-istess theddid li ġarrab Robert Aquilina li alavolja ma ssemmix ismu kien ċar li kien dirett lejh. L-ebda prim ministru ma jista' jagħmel diskors bħal dak immirat lejn ċittadin fil-parlament mingħajr ma' dan ikun jista' jirribatti. Abela qed jabbuża b'mod sfaċċat mill-pożizzjoni ta' awtorità tiegħu u jagħmilha ta' bully ma' min jikkritikah. Dan mhux diskors denju ta' mexxej ta' pajjiż li jissejjaħ demokratiku fejn suppost il-kritika hija s-sinsla tad- demokrazija. Kritika li l-Prim Ministru deher li jrid joħnoq u jrid li tgħaddi biss tiegħu inkella jilgħabha tal-vittma u tal-miskin. Abela għandu jitkellem b'aktar responsabbiltà u maturità u jiftakar li kliemu jista' jkollhom riperkussjonijiet gravi. Deher diskors ta' tifel żgħir li għax ma għaddietx tiegħu beda jattakka lil min jikkritikah. Hemm bżonn il-maturità fit-tmexxija u din nieqsa sew fit-tmexxija ta' Abela li ma' kull każ ta' korruzzjoni dejjem kien it-tarka tal-korrott. Xebbajtna! Bobby vs Robert Sandra Gauci hija Chairperson ta' ADPD Sandra Gauci Li f'dik li suppost hi l-ogħla istituzzjoni ta' Malta jiġu skreditati l-Maġistratura u ttimbrati bħala partiġġ jani u li jżommu ma xi partit hu diskors perikoluż li sar biex jimmina s-saħħa tal-qrati u jpoġġi d-dubji f moħħ il-poplu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 October 2023