Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511355
14 films IL-ĦADD 12 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Id-deċennju tas-sittinijiet u l-ewwel nofs dak tas-snin sebgħin kienu ddominati mill- films avventurużi tal-Aġent Sigriet Brittaniku, James Bond 007, bil-liċenzja li jista' joqtol. Stejjer oħrajn dwar eroj paladini ta' stoffa li jidħlu, bla ma jqisu, għal kull xorta ta' riskju u periklu u ppreparati bi pjanijiet inkredibbli, ħarġu mill-pinna tal- awtur Skoċċiż, Alistair MacLean. Il-produtturi tal-films, li ma jaħrabilhom xejn minn dak li jkun jiġri kurrenti, dlonk indunaw li dawn il-kotba f 'forma ta' "thrillers" ukoll joffru spettaklu u divertiment lill-udjenzi li jżuru s-swali tat- "talkies". B'hekk, fuq medda ta' kważi 20 sena ċ-ċinema kellu regolarment rakkonti li setgħu jikkomplimentaw max-xogħlijiet ta' James Bond, permezz ta' l-awtur prolifiku Alistair MacLean. Alistair Stuart MacLean twieled nhar il-21 ta' April 1922 fil- belt ta' Glasgow. Missieru kien ministru taċ-Church Of Scotland u kantant, ommu ta' lingwa Irlandiża (Ċeltika). Sa minn meta kien għadu żgħir beda jitgħallem l-Ingliż. Wara l-mewt ta' missieru ħa l-edukazzjoni tiegħu f 'Hillhead High fejn studja l-Ingliż, l-Istorja u l-Latin. Fl-1941, ta' 18-il sena daħal fir-Royal Navy. Fit-Tieni Gwerra Dinjija kien kapaċi ħafna biex jillandja u jispara t-torpedos u b'hekk offra s-servizzi tiegħu fil- Mediterran u mal-flotta tal-lvant. Ħafna min-novelli li kiteb kienu ispirati mill-esperjenzi marittimi tiegħu. Fl-1946 reġa' lura lejn id-dar, u it wara beda jattendi l-Universita' ta' Glasgow fejn kiseb dottorat fl-Ingliż. Kif ħareġ beda jgħallem fi skola sekondarja u fil-ħin liberu li kellu intefa jikteb stejjer qosra. Il-gazzetta Glasgow Herald fl-1954 ħabbret li se tniedi kompetizzjoni dwar stejjer qosra fejn hu pparteċipa u anki rnexxielu jirbaħ l-ewwel premju bl-istorja Dilcas. Dan ir-rakkont jippreżenta b'mod vividu l-qilla tal-baħar. Il- kumpanija Collins, li tistampa l-kotba, ħeġġewh biex jikteb novella. Dan id-debutt litterarju tiegħu, H.M.S. Ulysses, kien ispirat mill-esperjenzi personali kbar li akkwista dwar skorti ta' bastimenti merkantili meta serva fir-Royal Navy, kif ukoll mill-esperjenzi ta' ħuh dwar il-ħajja marittima. Din in-novella mill-ewwel irnexxiet u saret "bestseller" tant li MacLean beda jinvesti l-enerġija kreattiva kollha tiegħu biex jikteb stejjer dwar spiji, sitwazzjonijiet ta' periklu palpabbli u avventuri oħra anki dawk ta' żmien il-gwerra. Is-suċċess kbir li kisiblu e Guns Of Navarone (1957) kien jikkonċentra dwar grupp ta' esperti qalbiena fuq missjoni mill-aktar perikuluża u sigrieta biex jeqirdu żewġ kanuni kbar. Fl-1961, din l-istorja ġiet addattata f 'xogħol ċinematografiku spettakulari, mimli ntriċċi kważi mpossibbli u azzjoni furjuża li rebaħ l-Oscar. Is-"sequel" ta' dan il-ktieb, Force 10 From Navarone inkiteb fl-1968. Din id-darba l-missjoni hi biex jinqered pont straġetiku li kien ta' mportanza kbira għan-Nażisti. Volum ieħor, issa dwar spjunaġġ kien e Last Frontier fejn missjoni sigrieta organizzata minn aġent hi li jeħilsu xjentist Ingliż minn taħt difrejn l-għadu. Iż-żewġ novelli li kien imiss kitibhom taħt il-psewdonimu Ian Stuart, biex jittestja jekk hux il-materjal tas-suġġett jew il- popolarita' ta' ismu veru li kien qed jattira dan is-suċċess. Kienu ħafna li kkomparawh ma' Ian Fleming, l-awtur ta' James Bond. Pero' l-element prinċipali li jwarrab it- "thrillers" ta' MacLean minn dawk ta' awturi oħrajn hu li hu aktar jiffoka fuq l-ecitament milli fuq ir- romantiċiżmu, li skont hu jwaqqaf il-pass ħabrieki tal-andament. Il- protagonosti kif jurihom hu huma ta' stoffa, ċiniċi u trankwilli taħt pressjoni urġenti bit-tir ewlieni li jikkonkludu l-missjoni fdata lilhom. Is-suċċess kbir tal-bidu, l-aktar bil-ktieb u bil-film e Guns Of Navarone ħajjar lil MacLean iħalli x-xogħol tiegħu ta' edukatur u jintefa fuq karriera ta' awtur ta' kotba li jappellaw għal ħafna. B'kollox, dan il-kittieb ħareġ 29 volum, tnejn minnhom taħt isem fittizju u żewġ bijografiji dwar Lawrence Of Arabia u Captain Cook. L-istil tiegħu tbiddel matul iż-żmien iżda l-fattur komuni li baqa' jesibixxi hu dwar stejjer li jinvolvu lil dak li jkun immexxija b'azzjoni li kważi ma taqta' xejn. Fl-1967 kiteb Where Eagles Dare li nħadem fi produzzjoni "blockbuster" fis-sena ta' wara u fejn hu, taħt l-insistenza tal-produttur tal-film Elliot Kastner, beda jkollu sehem fl-iskrinplej tal- film. B'kollox kiteb 14-il waħda minn dawn, u it minnhom saru novelli. 25 mill-istejjer tiegħu saru "bestsellers" u hu kkalkulat li l-kotba tiegħu nbiegħu mal-150 miljun. Alistair MacLean għamel l-aktar żmien ta' ħajtu adult jgħix fl- Iżvizzra. Hu żżewweġ darbtejn u kellu 3 itfal. Fl-1983 ingħata l-unur ta' Dottorat mill-Universita' ta' Glasgow. Hu miet fi Munich, il-Germanja nhar it-Tnejn ta' Frar 1987 fil-għomor ta' 64 sena. Indifen f 'Coligny l-Iżvizzra qrib ħafna tal-qabar ta' Richard Burton li ħadem f 'Where Eagles Dare. Il-films kollha li nħaddmu minn fuq il-kotba tiegħu, huma dawn: e Guns Of Navarone (1961) e Secret Ways (1961) e Satan Bug (1965) Ice Station Zebra (1968) Where Eagles Dare (1968) Puppet On A Chain (1970) When Eight Bells Toll (1971) Fear Is e Key (1972) Caravan To Vaccares (1974) Breakheart Pass (1975) Golden Rendezvous (1977) Force 10 From Navarone (1978) Bear island (1979) e Hostage Tower (1980) (propjament ghat-TV) Carmel Bonnici L-awtur Alistair Maclean fuq il-liżar ċinematografiku SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA