Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511355
04 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' NOVEMBRU 2023 • illum CLAIRVOYANT Mr TOURE Medium and Psychic of Great Competence. Will solve your problems even in hopeless cases with efficient and speedy results. Specialist in occult work. Will quickly reunite you with your loved one and solve every difficulty finding the person of your life. Helps you fully master the man or woman you love. Provide protection against bewitchment and enchantment. Only by appointment. Payment after results and according to your means. TEL: +356 77 48 45 11 PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET: IL- PJAN STRATEĠIKU TAL-POLITIKA AGRIKOLA KOMUNI GĦAL MALTA 2023-2027 Is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Fondi tal-UE jixtieq jinnotifika l-ħruġ ta' sejħiet taħt il-Politika Agrikola Komuni għal Malta 2023-2027: • Intervent 73.3: Investimenti mhux fl-azjendi agrikoli (titjib ta' toroq rurali) Nota: Din is-sejħa tiffoka fuq l-investiment fit-toroq rurali u hija miftuħa għal entitajiet pubbliċi. • Intervent 73.4: Investimenti produttivi mhux fl-azjendi agrikoli Nota: Din is-sejħa tiffoka fuq l-investiment fl-ipproċessar u ipproċessar u l-iżvi- lupp ta' prodotti agrikoli. Is-sejħa hija miftuħa għall-bdiewa, inklużi kooperattivi u partnerships, negozji oħra kif ukoll entitajiet pubbliċi. It-tnedija attwali tas-sejħiet, flimkien mal-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumen- tazzjoni supplimentari, se jiġu ppubblikati f'Diċembru 2023 u jistgħu jinkisbu minn https://fondi.eu . Is-sejħa mistennija tagħlaq f'Marzu 2024. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Pjan Strateġiku disponibbli fuq https://fondi.eu Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra għas-sessjonijiet ta' informazzjoni dwar is-sejħiet, ikkuntattja lis-Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) fuq info@sem.gov.mt jew billi ċċempel fuq 2779 7300. LUIGI SGHENDO X'inhuma r-raġunijiet prinċipali li qed iwasslu għall- inċidenti tat-traffiku f 'Malta, b'mod partikolari dawk li jinvolvu l-imwiet? Din hi mistoqsija li ġriet fil- kurituri tal-imħuħ ta' għexerien ta' persuni li jitħassbu fuq is- saħħa u s-sigurtà fit-toroq Maltin. Minkejja l-importanza tal-mistoqsija, din ma tistax titwieġeb minħabba l-fatt li l-ebda awtorità ma tinvestiga l-kawżi tal-inċidenti, għajr dawk miftuħa b'inkjesti maġisterjali li jinħatru f 'każijiet serji, inkluż dawk li jinvolvu l-imwiet. Għalhekk l-unika mistoqsija li tista' titwieġeb hija kemm seħħew inċidenti tat-traffiku, iktar milli kif seħħew il-maġġoranza tal- inċidenti tat-traffiku. Għal dan irridu ngħidu grazzi lid-data miġbura mill-Ufiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO. Skont l-NSO, 26 persuna sfaw vittma ta' inċidenti tat-traffiku matul l-2022. L-istess ċifra kisret rekord, hekk kif l-2022 kienet l-aktar sena bl-ammont ta' fatalitajiet fit-toroq Maltin. Fil-fatt meta wieħed jikkumpara l-ammont ta' fatalitajiet fl-2021 mal-2022, Malta kellha żieda allarmati ta' 180% skont il-Kummissjoni Ewropea. Malta kienet segwita min-Netherlands li kellha żieda ta' 20% u l-Belġju li kellu 16%. Statistika tal-NSO żvelat ukoll li matul l-ewwel kwart tas-sena tal-2023, erba' persuni sfaw vittmi ta' inċidenti tat-traffiku, żieda ta' 13.3% mill-ewwel kwart tas-sena l-oħra, filwaqt li kien hemm żieda ta' 6.3% fl-ammont ta' inċidenti tat-traffiku fl-ewwel kwart tal-2023, meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2022. Rigward it-tieni kwart tal-2023, kien hemm erba' fatalitajiet oħra, b'żieda ta' 0.6% mit-tieni kwart tas-sena l-oħra. Dan filwaqt li kien hemm tnaqqis ta' 2.4% fl-ammont ta' mwiet meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2022. Il-lokalità ta' Birkirkara baqgħet fl-ewwel post kemm fl- ewwel kwart, kif ukoll fit-tieni kwart tal-2023, bħala l-iktar lokalità li kellha inċidenti tat- traffiku; 271 fl-ewwel kwart, u 278 fit-tieni kwart. Magħqudin flimkien, Birkirkara esperjenzat 549 inċident tat-traffiku li seħħew sa nofs is-sena. Transport Malta riċentament ħabbret il-ħatra ta' Chairperson ġdida, Theresa Bajada, li se sservi bħala s-suċċessur ta' Pierre Vella f 'dan l-irwol. Fi stqarrija, Transport Malta qalet li din it- tranżazzjoni "waslet f 'mument kruċjali hekk kif il-Gvern joqrob lejn it-tlestija ta' proċess leġiżlattiv li se jistabbilixxi formalment il-pożizzjoni legali tal-Kunsill." Barra minn hekk, Transport Malta qalet li se jkun ippubblikat qafas leġiżlattiv "robust" permezz ta' avviż legali, sabiex "jistabbilixxi pedament sod għall-operazzjonijiet u l-inizjattivi tal-Kunsill taħt it- tmexxija l-ġdida." Kif inhu mifhum, f 'Mejju li għadda, Transport Malta ħabbret tariffi ġodda, b'żieda fl- ammont ta' kemm jiġi mħarrek sewwieq jekk jinqabad jikser ir-regolamenti tat-traffiku, fosthom jekk juża l-mobile waqt is-sewqan jew jekk ma jiqafx fuq l-aħmar. F'dawn il-każijiet is- somma telgħet minn €100 għal €200. Wieħed jittama li ż-żieda fl-ammont ikkawżat bidla fil- mentalità, bit-tama li jitnaqqas in-numru ta' inċidenti fil-futur. L-ebda entità ma żżomm rekord ta' kawżi ta' inċidenti tat-traffiku Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn l-istatistika disponibbli fuq l-inċidenti tat-traffiku u analizzat l-ammont ta' inċidenti li seħħew f'Malta iżda baqgħet bla raġuni għaliex seħħew