Illum previous editions

ILLUM 12 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511355

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' NOVEMBRU 2023 • illum opinjoni B ħalissa d-dinja u l-Ew- ropa għaddejjin minn żmien ta' sfida minħab- ba l-gwerra li hemm fil-Lvant tal-Ewropa u l-kunflitt li jinsab għaddej fil-Lvant Nofsani li wasslu għall-inflazzjoni li reġgħet refgħet rasha. Barra minn hekk, għandek ukoll sfidi oħra marbutin mat-tibdil fil-klima. Dan qed joħloq piżijiet ekonomiċi kbar li qed jinħassu mad-dinja kollha u qed iwitti t-triq għal żieda fil-prezzijiet tal-ikel, żieda fil-prezzijiet tal-prodotti u servizzi oħra essenzjali li n-nies jiġu bżonn ta' kuljum. Dak li qed jiġri barra minn xtutna qed jaffettwa lil kull pajjiż saħansitra l-pajjiżi Ewropej li għandhom ekonomiji b'saħħithom. Fl-isfond ta' dawn l-isfidi, il-budget li ressaq il-Gvern wera biċ-ċar kemm il-Partit Laburista għandu qalb soċjali li tħabbat favur in-nies. Dan għaliex minkejja l-isfidi ekonomiċi li qed jaffaċċja pajjiżna, il-Gvern, flok għabba lin-nies bil-piżijiet, refa' l-piż kollu minn kulħadd u offra tarka għall-familji kollha. Aħna spalla għan-nies. Filwaqt li familji u negozji Ewropej oħra qed jogħtru taħt il-prezzijiet għoljin tad-dawl u prodotti essenzjali, il-Gvern tagħna għażel biex jgħin lill- istudenti, lill-familji, lill-ħaddiema u lin-negozjanti. Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Gvern qed joħroġ flus għal sussidji biex il-Maltin u l-Għawdxin ma jaraw l-ebda żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, tal-fuels u ċ-ċereali, tal-qmuħ u l-għalf tal-annimali. Permezz ta' dawn is-sussidji, il-familji u n-negozji tagħna se jiffrankaw eluf ta' ewro fil-kontijiet tad-dawl u fil-prezz tal-fuel. Bis-saħħa ta' ħidma għaqlija tal- Gvern Laburista, minkejja ż-żmien diffiċli li ninsabu fih, xorta bqajna nirreġistraw tkabbir ekonomiku b'saħħtu, rata iżjed baxxa ta' nies f 'riskju ta' faqar, tkabbir qawwi fl-impjiegi u rata baxxa ta' qgħad. Dan ma sarx b'kumbinazzjoni imma twettaq għaliex ħdimna bil-għaqal u konna nafu fejn irridu mmorru u għamilna għażliet favur in-nies. Il-Gvern ma waqafx biss bis- sussidji imma kif għamel f 'budgets preċedenti f 'dawn l-aħħar disa' snin għen lin-nies b'għadd ta' żidiet importanti. Din l-għajnuna finanzjarja qed isservi ta' għajnuna kbira għal faxex differenti ta' nies fis-soċjetà fosthom l-anzjani u l-familji. Waħda mill-aktar żidiet kbar hija bla dubju ta' xejn iż-żieda fl-allowance tat-tfal u żieda oħra fil-bonus għat-twelid u l-adozzjoni. Din hija l-akbar żieda li qatt ingħatat fil-ħamsin sena li ilu jeżisti dan il-benefiċċju u ser tolqot eluf ta' familji. L-Akkomodazzjoni soċjali u affordabbli hija sfida li rridu nkomplu. Il-Gvern irnexxielu jżomm stabbli l-figura tan-nies li japplikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva għaliex żamm ritmu tajjeb ta' allokazzjonijiet ta' units ta' housing soċjali. Ta' min jirrimarka li x-xogħlijiet f 'numru ta' siti ta' żvilupp ta' akkomodazzjoni soċjali madwar Malta qed joqorbu lejn tmiemhom. Il-Gvern se jkompli jixpruna 'l quddiem aktar inizjattivi biex tiġi sostnuta aktar responsabbiltà, aktar serjetà u kwalità ogħla fis-settur tal- kostruzzjoni. Wara li introduċejna r-regolamenti tal-Liċenzjar tal- Kuntratturi u l-proċess li għaddej biex jidħlu regolamenti tal-liċenzja tal-bennej, issa ser nimxu pass oltre billi fiż-żmien li ġej ser nintroduċu skill cards għal min jaħdem fis- settur u se nkomplu x-xogħol biex jibdew jiġu introdotti l-kodiċi tal- bini f 'pajjiżna. Bl-għan li nkomplu nippromovu prattiċi tajba, bħala Gvern ħabbarna li qed naħdmu sabiex naslu għal reviżjoni ta' policies marbuta mal-estetika f 'pajjiżna. L-iStrategic Plan for the Environment and Development, fil-qosor SPED se jkun aġġornat biex jirrispekkja aħjar ir-realtajiet tal-lum il-ġurnata biex jagħtina stampa aħjar tal-pjan ta' pajjiżna għall-qasam tal-iżvilupp għas- snin li ġejjin. Dan il-proċess huwa mistenni li jkun finalizzat matul is- sena d-dieħla. Dan il-Gvern huwa impenjat li jkompli jinkoraġġixxi aktar żvilupp sostenibbli. Fid- dawl ta' dan, Għawdex se jingħata attenzjoni partikolari, anki fid-dawl tal-istrateġija li ġiet imħabbra għal Għawdex bħala gżira tal-Villaġġi. Mill-banda l-oħra, fejn jidħol il- qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il- post tax-xogħol, qed inġeddu l-liġi biex din tkun tirrifletti r-realtajiet tal-lum u twassal biex jissaħħaħ il-qasam leġiżlattiv u t-tħaddim tiegħu. Waħda mill-proposti li ressaqna 'l quddiem hi li l-liġi li tipprovdi għat-twaqqif ta' strumenti amministrattivi ġodda li ser jgħinu lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tkun aktar effettiva u effiċjenti fl- infurzar tagħha. Bħala Gvern impenjati li nkomplu naħdmu biex ngħinu u nipproteġu lill-poplu tagħna mill- isfidi li qed naffaċċjaw attwalment. Irridu nkomplu nsaħħu l-ekonomija tal-pajjiż biex noffru aktar opportunitajiet u noħolqu niċeċ ġodda ta' impjiegi ta' kwalità. Kommessi li nkomplu ninvestu f 'aktar servizzi soċjali, f 'aktar servizzi aħjar tas-saħħa, u f 'servizzi oħra li huma ffukati biex jgħinu lil dawk l-aktar żvantaġġjati fis-soċjetà tagħna. Bħala Gvern kommessi li ninvestu aktar biex filwaqt li nsebbħu l-estetika tal- binjiet tagħna, ikollna ambjent isbaħ fejn ngħixu billi noħolqu aktar spazji miuħa għall-Maltin u l-Għawdxin. Għalhekk Malta Ġusta. Budget b'qalb soċjali li tħabbat favur in-nies Stefan Zrinzo Azzopardi huwa Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Dr Stefan Zrinzo Azzopardi Il-Gvern irnexxielu jżomm stabbli l-figura tan-nies li japplikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva għaliex żamm ritmu tajjeb ta' allokazzjonijiet ta' units ta' housing soċjali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 November 2023