Illum previous editions

ILLUM 12 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511355

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' NOVEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Il-mistoqsija hi jekk l-IA ser taħtfilna xogħol ta' l-id Kumpanija privata tħares li tkompli tibni fil-post fejn kien ġerħa ambjentali "Il-bidla lejn l-awtomazzjoni u l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) toħloq sfidi, partikolarment fl-ispostament tal- impjiegi f 'setturi speċifiċi. L-awtomazzjoni tista' tissostitwixxi l-impjiegi ta' rutina u ripetittivi, speċjalment fis-servizz tal- konsumatur, id-dħul tad-dejta, u xi aspetti tal-bejgħ bl-imnut," stqarr Alexei Dingli. It-tweġiba li ta Dingli fil-bidu tqanqal l-inkwiet u biża', speċjalment għal dawk li jaħdmu fis-setturi li ssemmew, iżda Dingli jkompli jgħid; "din toħloq ukoll toroq għall- evoluzzjoni tal-impjiegi. L-awtomazzjoni ta' xogħlijiet mundani tillibera lill-bniedem sabiex jinvesti aktar ħinu biex isib soluzzjonijiet kreattivi, strateġiċi u kumplessi. Li qed jgħid Dingli huwa li minkejja li l-IA tista' twassal biex tieħu ċerti xogħlijiet mill-bnedmin, dment li l-ħaddiema jirċievu t-taħriġ neċessarju, huma jkunu jistgħu jaħdmu f 'xogħlijiet tekniċi li jwessgħulhom l-għerf filwaqt li joffrulhom xogħol li jirrikjedi l-ħsieb kritiku aktar milli l-ħila li jiakar kif jagħmel sett ta' ħidmiet. Dan ma kienx kliem Dingli biss. Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-GWU, ukoll semma l-isfidi li qed jinħolqu minħabba l-IA. Huwa semma kif ix-xogħol ta' extra (attur li jkun fost il-folla mingħajr irwoli prinċipali) fi produzzjoni tal-films qed jonqos, hekk kif dawn il-ħaddiema qed jingħataw kuntratt ta' it ġranet fejn fihom il-produttur "juża l-profil tagħhom f 'każ li jkollu bżonn profili ta' nies eżempju fil-folla. B'hekk il-producers ikunu qed jiffrankaw il-flus li kieku jerġgħu jqabbdu lin-nies bħala extras. Biex Malta tindirizza dawn l-isfidi, Dingli qal li pajjiżna ppubblika Qafas Etiku tal-IA fl-2019. Dan il-qafas jiffoka fuq il-ħolqien ta' teknoloġiji affidabbli u innovattivi, u l-iżgurar ta' integrazzjoni responsabbli u ġusta tal-IA fis-suq tax-xogħol. Huwa elenka dwar l-isfidi: Trasparenza: L-algoritmi tal-awtomazzjoni u tal-IA għandhom ikunu trasparenti u jiniehmu mill-imsieħba interessati kollha. Dan għandu jiġri filwaqt li jiżguraw li l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikunu ċari għal kull min hu involut. Qafas Legali: Qafas legali robust għandu jipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema u jiżgura li l-ħaddiema spostati jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta' taħriġ mill-ġdid u titjib fil- ħiliet. Edukazzjoni u Tagħlim Kontinwu: Il- ħaddiema għandhom ikollhom l-opportunità li jitgħallmu ħiliet ġodda, mhux biss ħiliet tekniċi iżda wkoll so skills bħall-kreattività u l-intelliġenza emozzjonali. Privatezza u Protezzjoni tad-Dejta: Ir- regolamenti għandhom ikunu fis-seħħ biex jimmaniġġaw id-dejta b'mod sikur u etiku, peress li s-sistemi tal-IA ħafna drabi jeħtieġu ammonti kbar ta' dejta. Approċċ b'diversi Partijiet Interessati: Dawk li jfasslu l-politika, il-mexxejja tal- industrija u ħaddiema konċernati għandhom ikunu involuti, biex jiżguraw li l-vuċijiet ta' dawk l-aktar affettwati mill-awtomazzjoni jinstemgħu u jitqiesu. Permezz ta' konferenza, il-GWU qablet ukoll mal-prinċipji msemmija, hekk kif sostniet li "l-għan huwa li l-ħaddiema jingħataw it-taħriġ meħtieġ biex ikunu jistgħu jużaw l-avvanzi tal- IA sabiex jibqa' l-prinċipju li ma jintilef l-ebda post tax-xogħol." Huma komplew jisħqu li għandhom isiru risk assessments sabiex tkun żgurata l-etika ta' data kif ukoll l-effett li dawn is-sistemi ġodda jħallu fuq is-saħħa ħolistika tal-ħaddiema. Bugeja semma wkoll il-qafas Ewropew fejn il-GWU qed tieħu sehem f 'diskussjonijiet dwar l-użu tal-IA. Fis-settur tal-manifattura, l-adozzjoni tal-IA, partikolarment l-użu tat-teknoloġija Digital Twin, fetħet il-bieb għal era ġdida ta' ottimizzazzjoni. Meta wieħed joħloq replika diġitali ta' proċess fiżiku ta' manifattura, il-kumpaniji jistgħu jtejbu l-produttività, inaqqsu l-ispejjeż operattivi, u jikkompetu b'mod aktar effettiv fl-istadju globali. Skont il-Forum Ekonomiku Dinji, iż- żieda mgħaġġla tal-awtomazzjoni, li timmira li tilħaq 42% fis-snin li ġejjin, għandha implikazzjonijiet għas-suq tax-xogħol. Faċilitajiet ta' manifattura ta' lights-out, fejn il- biċċa l-kbira tax-xogħol isir minn robots, diġà qed joperaw f 'Malta, filwaqt li dan inaqqas il-bżonn għall-ħaddiema tal-fabbrika, iżid id- domanda għall-inġiniera u professjonisti oħra b'ħiliet għolja. Dingli kompla billi qal kif is-settur tas- saħħa wkoll mistenni jibbenifika mill-IA, b'mod partikolari fl-identifikazzjoni ta' kanċer avvanzat, fejn l-IA tnaqqas il-ħin ta' dijanjosi, b'mod li toħloq effiċjenza li tista' twassal għal inqas imwiet. Bl-istess mod, l-IA tista' tittrasforma s-settur tat-trasport billi timmaniġġja t-traffiku u konsegwentement tnaqqas il-konġestjoni. Din twassal għal toroq aktar effiċjenti. Dingli spjega kif Malta poġġiet pedament sod għall-IA. Bil-pubblikazzjoni ta' strateġija nazzjonali tal-IA fl-2019, 80% tal-miżuri diġà ġew implimentati. Dan l-approċċ huwa konformi mal-Att dwar l-IA tal-Unjoni Ewropea. Malta qed tippjana li tinkorpora fl-istrateġija tagħha fix-xhur li ġejjin biex tibqa' aġġornata mar-regolamenti u t-teknoloġija li qed jevolvu. Bugeja żied jgħid li dawn il-passi 'l quddiem għandhom jiġu aġġornati skont iċ-ċirkostanzi tal-post tax-xogħol u wissa biex ma jsirux l-istess żbalji li saru fil-globalizzazzjoni. Fid-dawl tal-evoluzzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji tal-IA, hu enfasizza li l-Istituzzjonijiet Edukattivi u l-Gvern għandhom jaħdmu flimkien biex iħejju ġenerazzjonijiet żgħażagħ għal pajsaġġ sigur tax-xogħol. Għalhekk jeħtieġ li l-kurrikuli jiġu aġġornati biex jinkorporaw oqsma relatati mal-IA, filwaqt li għandhom jitrawmu wkoll so skills bħall-ħsieb kritiku u l-kreattività. Opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja u sħubijiet mas-settur privat jistgħu jipprovdu lill-istudenti bil-ħiliet meħtieġa biex jisbqu fid-dominju tal-IA. Il-kampanji ta' għarfien pubbliku jista' jkollhom ukoll rwol sinifikanti fil-promozzjoni ta' fehim realistiku tal- opportunitajiet u l-isfidi li tippreżenta l-IA. Bugeja qabel ma' Dingli u żied jgħid li mhux biss iż-żgħar għandhom jiġu mgħallma iżda wkoll l-anzjani sabiex ma jiġux esklużi mis- soċjetà minħabba nuqqasijiet fil-ħiliet ta' diġitalizzazzjoni. Għall-professjonisti kreattivi f 'Malta, Dingli qal li għandhom jadattaw u jevolvu sabiex minflok jaraw l-IA bħala l-għadu, huma jitgħallmu kif jikkomunikaw sew biha u jużawha biex ikomplu jtejbu l-kwalità ta' xogħolhom. Hekk kif Malta tkompli l-vjaġġ tagħha lejn l-integrazzjoni tal-IA, huwa evidenti li s-sforz mis-setturi kollha tas-soċjetà huwa imperattiv biex jiġi żgurat li l-IA tintuża b'mod responsabbli u tibbilanċja l-benefiċċji u l-isfidi li tippreżenta għan-nazzjon. Luigi Sghendo tkellem ma' Alexei Dingli, Professur fl-Intelliġenza Artifiċjali, u ma' Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union, fejn qasmu l-ħsibijiet tagħhom rigward l-intelliġenza artifiċjali Josef Bugeja Alexiei Dingli Tkompli minn Paġna 1 Il-kumpanija privata Katari Developments Ltd ta' Paul Attard ressqet l-applikazzjoni għall-iżvilupp ta' erba' blokok residenzjali fuq is-sit tal-eks impjant tal-mili tal-gass fil-Qajjenza. Il-faċilità tinsab dekummissjonata u darba kienet tintuża għall-ħażna tal-gass taż-żejt likwidat (LPG) li kien jikkonsisti f '20 tank ta' ħażna. L-applikazzjoni tipprevedi numri ta' erba' blokok ta' appartamenti residenzjali li jvarjaw fl-għoli u żewġ blokok oħra ta' uffiċini ta' erba' sulari. Madankollu, il-maġġorparti tas-sit ta' 23,906 metru kwadru huwa propjetà tal- Enemalta (13,561 metru kwadru) u tal- Gvern (3,408 metru kwadru). It-tankijiet tal-gass li kienu jinħażnu fil-faċilità kienu ġew żarmati wara li l-Enemalta stess ċediet is-settur tal-LPG. Attard kien qal li l-Enemalta ma biegħet l-ebda art u li llimitat ruħha biex tagħti kunsens lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tirrevedi l-applikazzjoni. Attard, li huwa wieħed mis-sidien tal- iżviluppaturi ta' Fort Cambridge GAP Ltd, qal li hu mhux l-uniku sid tas-sit inkwistjoni imma ssottometta formoli li jindikaw li kien avża lis-sidien tal-art bl-intenzjoni tiegħu – dik li jiżviluppa blokok ta' appartamenti. Fost is-sidien elenkati fid-dokument hemm l-Enemalta, il-Gvern u l-familja Mifsud. Id-dekummissjoni tal-impjant tal- gass fil-Qajjenza kien ġie approvat fl- 2014 wara t-trasferiment tal-operat mill- Qajjenza għal faċilità ġdida taċ-ċilindri tal-LPG żviluppata minn Gasco Malta Limited f 'Birżebbuġa. L-applikazzjoni tfittex bidla fil-pjan lokali, li bħalissa tillimita l-iżvilupp fiż- żona għall-blokok ta' appartamenti tul ix-xatt. L-applikazzjoni tinkludi wkoll propjetà privata tal-familja Mifsud soġġetta għal sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl- 2021. Il-Qorti ordnat lill-Gvern biex jirritorna parti mill-art espropjata mis-sidien fi żmien tliet xhur fl-1984 taħt l-iskuża ta' interess pubbliku jew iħallashom €500,000. Ir-residenti tal-Qajjenza leħħnu t-tħassib tagħhom u oġġezzjonaw għall- proġett u esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-impatt viżwali u anke l-impatt negattiv fuq il-karattru seren tar-raħal. Barra minn hekk, jibżgħu wkoll li jiżdied it-traffiku u jkun hemm pressjoni akbar fuq l-infrastruttura li mhux se tkun ta' benefiċċju għall-komunità eżistenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 November 2023